Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068
08 analiżi IL-ĦADD19 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum MILL-2003 SAL-2017: FORTIZZA KBIRA NAZZJONALISTA IŻDA S-SWAR KWAŻI ĠĠARFU GĦAL KOLLOX YENDRICKK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM qed tkompli bis-sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif ninsabu it biss 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid- distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Illum imiss it-tmien distrett elettorali, li jinkludi l-lokalitajiet ta' Ħal Balzan, Birkirkara, Fleur-de-Lys, is-Swatar, l-Iklin u Ħal Lija. Dan id-distrett elettorali kien magħruf bħala d-distrett ta' Fenech Adami u xi it jew wisq hekk għadu jissejjaħ sal-lum. Kien ukoll magħruf bħala d-distrett tal-mexxejja għax fuqu kienu joħorġu kemm Eddie Fenech Adami u anke Alfred Sant. Li hu żgur huwa li dan kien wieħed mill- akbar fortizzi tal-Partit Nazzjonalista. Madanakollu, is-saħħa tal-Partit Nazzjonalista f 'dan id-distrett tnaqqret mhux bi it. Fl-2003, il- Partit Nazzjonalista kellu l-appoġġ ta' 61.62% ta' dan id-distrett u sal-aħħar elezzjoni dan kien niżel għal 52.89% u kien kważi għeb totalment fl-2013. Kif għamilna fl-aħħar seba' ġimgħat, l-ILLUM se tagħti stampa ta' dak li ġara f 'dan id-distrett fl- elezzjoni ġenerali tal-2003, l-2008, l-2013 u l-2017. Għaddew ħames snin. Il-Partit Nazzjonalista kellu Kap ġdid u l-pajjiż Prim Ministru ġdid. Il-Malta Labour Party (kif kien għadu jissejjaħ) kien għadu bl-istess mexxej. In-nies kienu bdew jixbgħu mill-Partit Nazzjonalista iżda r-rieda ma kinitx biżżejjed biex jinbidel il-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ din l-elezzjoni bi it mijiet ta' voti. Fit-tmien distrett, l-appoġġ għall-PN kien għadu qawwi iżda kien naqas b'mod sostanzjali mill-2003. Fil-fatt, fit-tmien distrett, il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 12,714-il vot jew inkella 56.52% tal-voti. Il-Malta Labour Party kien kiseb 9,309 voti, jiġifieri kien kiseb 41.38% tal-appoġġ f 'dan id-distrett. Din id-darba, Eddie Fenech Adami li issa kien President ta' Malta, ma kienx fil-lista tal- kandidati. L-aktar kandidat popolari dik is- sena kien Alfred Sant li kiseb 7,110 voti mal- ewwel għadd. Tista' tgħid li l-voti tan-Nazzjonalisti, anke jekk fuq il-lista kien hemm iben Eddie, jiġifieri Beppe Fenech Adami, inqassmu bejn żewġ kandidati li kienu diġà familjari magħhom. Fil-fatt, Tonio Fenech u Tonio Borg qabżu l-kwota mill-ewwel u t-tnejn li huma ġew eletti fl-ewwel għadd. Ta' min isemmi li din id-darba, Tonio Fenech, li sa dak iż-żmien ma kien għadu ngħata l-ebda rwol fil-Kabinett, qabeż lil Borg li issa kien Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern. Fenech kiseb 5,509 voti, filwaqt li Borg kiseb 3,780 vot. Anke jekk l-appoġġ għall-Partit Nazzjonalista kien naqas xi it, xorta waħda rnexxielu jeleġġi t-tielet siġġu minn dan id-distrett, bla problemi ta' xejn. Fis-16-il għadd, il-Partit Nazzjonalista eleġġa wkoll lil Beppe Fenech Adami b'5,101 vot. Apparti Sant, il-Labour eleġġa lil Chris Cardona fis-17-il għadd bi 3,202 voti. Eventwalment, wara din it-telfa sorpriża għall-Malta Labour Party, Alfred Sant kien irriżenja minn Mexxej Laburista u minn Kap tal-Oppożizzjoni iżda kien żamm is-siġġu tiegħu fil-Parlament. Madanakollu, Sant kien ċeda dan id-distrett u minfloku, wara elezzjoni każwali kien elett Joe Debono Grech. Intant, Tonio Borg kien irriżenja mill- Parlament Malti fl-2012 meta nħatar Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur. Għas-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett kienet saret elezzjoni każwali u minfloku kien ġie elett Michael Axiak. F'din l-elezzjoni, il-Malta Labour Party kellu seba' kandidati, fosthom lil Edward Zammit Lewis, illum Ministru, li dik is-sena ma kienx ġie elett. Il-Partit Nazzjonalista kellu tmien kandidati. Fl-2003, il-Partit Nazzjonalista, li kien għadu kemm rebaħ ir- referendum għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, rebaħ ukoll l-Elezzjoni Ġenerali, b'Eddie Fenech Adami jerġa' jkun ikkonfermat Prim Ministru. Fit-tmien distrett, id-distrett tal- mexxejja, il-Partit Nazzjonalista kiseb maġġoranza kbira u kompla jniżżel ismu bħala d-distrett ta' Fenech Adami. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kiseb 13,373 vot jew inkella 61.62% tal-voti. Il-Malta Labour Party (kif kien jissejjaħ dak iż-żmien), ġab 8,131 vot, jew 37.46% tal-voti. Kif wieħed jista' jimmaġina, Eddie Fenech Adami, dak iż-żmien Prim Ministru kaxkar fil-voti. Huwa kiseb 11,537 vot fl-ewwel għadd. Għalhekk huwa kien ikkonfermat Prim Ministru u seta' jħalli Malta biex imur jiffirma t-Trattat tas-Sħubija fl- Unjoni Ewropea. Fuq l-istess distrett ta' Birkirkara, kien jikkontesta Alfred Sant, il- Mexxej Laburista u l-Kap tal- Oppożizzjoni. Fl-2003, Sant kiseb 6,560 vot mal-ewwel għadd. Għall-Partit Nazzjonalista kienu eletti wkoll Tonio Borg u Tonio Fenech. Borg, li dak iż-żmien kien Ministru għall-Intern kien elett fil- 11-il għadd wara li kiseb 3,865 vot. Huwa kien l-aktar kandidat li wiret mill-voti ta' Fenech Adami. Fenech kien elett għall-ewwel darba fl-14-il għadd bi 3,132 vot. Apparti Sant, il-Partit Laburista eleġġa wkoll lil Chris Cardona. Huwa kien elett fit-13-il għadd b'4,557 vot. Anke jekk dan huwa d-distrett tiegħu, Alfred Sant kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett biex minfloku, wara l-elezzjoni każwali, kien elett Joe Debono Grech, li mal-Karkariżi ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni. Sena wara, fl-2004, Eddie Fenech Adami kien irriżenja minn Kap Nazzjonalista u għalhekk minn Prim Ministru u anke minn Deputat, b'Lawrence Gonzi jeħodlu postu. Għas-siġġu ta' Fenech Adami saret elezzjoni każwali u kien elett it-tabib Michael Axiak. F'dik l-elezzjoni, il-Malta Labour Party kellu ħames kandidati filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu disgħa. 2003: Rebħa kbira għall-Partit Nazzjonalista fid-distrett ta' Eddie 2008: Eddie mhux fuq il-lista u jonqos l-appoġġ għall-PN ... imma xorta jtella' tliet siġġijiet Il-gazzetta ILLUM tkompli bil- ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss it- tmien distrett MLP PN 37.46% 61.62% MLP PN 41.38% 56.42%