Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-ambjent sar is-suġġett fuq fomm ħafna nies u fost l-akbar tħassib fil-pajjiż bħalissa, speċjalment fost iż-żgħaħagħ. Skont sondaġġ ta' Ernst&Young - aktar kmieni din is-sena - disa' minn kull 10 żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-25 sena jħossu li l-ambjent qed jiggrava filwaqt li 90% ta' dawk bejn 25 u 40 sena jemmnu l-istess. Skont sondaġġ ippubblikat nhar il-Ħadd li għadda fuq l-ILLUM 35.5% tal-Għawdxin huma inkwetati fuq il-"bini bla rażan" f 'din il-gżira filwaqt li sondaġġ f 'Ottubru fuq il-gazzetta Maltatoday juri illi l-ambjent huwa t-tielet l-akbar tħassib fost il-poplu b'21%. Għalhekk il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Gvern u lill- Oppożizzjoni dwar dak li qed jagħmlu, jipproponu u jikkritikaw f 'dan is-settur li qed jinwkieta tant u tant nies! 'Irridu nimbuttaw għal aktar estetika u żvilupp komprensiv' Il-Ministru Aaron Farrugia jibda billi jispjega mal-ILLUM li l-Gvern għaddej fuq ħidma vasta u estensiva fuq l-ambjent, f 'diversi oqsma u jelenka: Il-politika għat-tneħħija ta' speċi invażivi u aljeni għal Malta, politiki ġodda għall-Bidla fil-Klima u Green Public Procurement. Dwar tal-aħħar Farrugia sostna illi l-Gvern issa qed jara li kemm jekk huma l-karozzi kollha li jintużaw minn ħaddiema tal-Gvern jew prodotti, bħal żebgħa, li se jintużaw fuq binjiet tal-Gvern ikunu dejjem skont standards ambjentali mitlubin f 'dan il-Green Procurement. Huwa qal li l-Gvern għaddej b'konsultazzjoni dwar il-politika rurali tal-ODZ biex tinbidel dik tal- 2014, filwaqt li qal ukoll illi l-Gvern ħabbar li qed jaħdem fuq politika li titratta l-estetika hekk kif isostni li l-akbar problema ta' ħafna nies mhix li qed ikun hemm bini ġdid, imma li l-bini ġdid huwa ikrah. Jisħaq ukoll li l-Gvern qed jara kif jista' - fejn possibbli - jevità dawk li jsejjaħ "pencil developments", fejn ikollok triq sħiħa li minnha jkollok biss żewġ blokok ta' appartamenti u l-oħrajn djar, għaliex is-sidien ma jkunux iridu jew ma jkollhomx il-mezzi biex iwaqqgħu u jibnu mill-ġdid. Farrugia spjega kif il- Gvern qed jara kif ikun hemm żvilupp komprensiv u fejn il-bini jkun ikrah, abbandunat u bla valur jinċentiva t-twaqqigħ tiegħu u li l-post jinbena mill-ġdid. 'Fuq quddiemnett fil- projbizzjoni tas-single use plastics' Induru fuq il-plastik - wieħed mill-akbar għadu tal-ambjent, inkluż tal-ibħra, hekk kif huwa materjal li jdum ħafna biex jitkisser. Il-Ministru jfakkar illi l-Gvern pprojbixxa minn din is-sena stess il- bejgħ ta' single use plastics - jiġifieri oġġetti bħal frieket, skieken u anke kontenituri tal-plastik, ħafna drabi wżati għal xi BBQ jew picnic u li jintermew wara li jintużaw. "Fuq l-ambjent fl-aħħar 50 sena konna dejjem minn tal-aħħar fost il-pajjiżi tal-UE, bil-Kummissjoni tiġri warajna. Kuntent li qegħdin fuq quddiemnett fuq din il-kwistjoni, hekk kif konna l-ewwel pajjiż li pprojbixxa tali plastiks," sostna Farrugia. Dwar il-bidla fil-klima - kwistjoni oħra li tiela' dejjem 'il fuq fl-aġenda politika u soċjali internazzjonali - il-Ministru jfakkar li Malta għandha obbligi ċari xi ssegwi, inkluż wara l-konferenza fi Glasgow. Huwa qal li Malta trid tnaqqas l-emmissjonijiet b'19% sal-2030, għalkemm fakkar li Malta hija wieħed mill-inqas pajjiżi li jniġġsu, speċjalment fid-dawl tal- fatt li diġà saret il-qalba għall-gass u tneħħa l-użu tal-faħam b'mod komplet filwaqt li l-ekonomija hija bbażata l-aktar fuq is-servizzi. Għalfejn il-poplu jissepara l-iskart u n-negozji le? Il-mistoqsijiet daru mbagħad fuq is-separazzjoni tal-iskart, Filwaqt li l-poplu qed jintalab jissepara l-iskart, eluf ta' negozji għadhom mhux qed jagħmlu dan. Għaliex? Il-Ministru Farrugia jikkonferma li s-sitwazzjoni hija tali u li l-istabbilimenti kummerċjali ma għandhomx l-obbligu li jisseparaw l-iskart. "Imbagħad ġiet il-pandemija u n-negozji talbuna biex apparti dik id-daqqa ma jiħdux daqqa oħra permezz ta' hekk. Fil-ġimgħat li ġejjin iżda se nkunu qed inħabbru proġett pilota ta' ġbir ta' skart separat minn negozji," ħabbar Farrugia. Huwa qal li jinsab kuntent bir- rata li biha l-familji qed jisseparaw l-iskart għalkemm qal ukoll li l-isforzi jridu jiġu rdoppjati. Kien hawn li fakkar fil-proġett tal-inċineratur, imsejjaħ Eco-Hive, u jfakkar li dan se jfisser 47,000 tunnellata ta' skart "illi kieku kien jintefgħu fil-miżbliet li jkomplu jikbru u jieklu aktar art u spazju. Minflok - permezz ta' dan l-impjant - se nkunu qed noħolqu biżejjed elettriku biex nixgħelu lil Għawdex u lill-Mellieħa f 'daqqa." 'Meta sirt Ministru ddeċidejna li nwaqqfu l-politika tal-miżbliet' U l-Magħtab, f 'liema proċess tinsab? Il-Ministru jgħid li l-Magħtab għad fadalla 20 sena biex tkun magħluqa b'mod komplet, hekk kif issa għaddew 20 sena mill-40 sena li tieħu miżbla ta' din il-kobor u snin biex tkun ħelset mill-gassijiet kollha fiha. Huwa qal li meta sar Ministru, flimkien mal-PM Robert Abela, ġie deċiż li titwaqqaf il-politika tal-miżbliet li jfakkar illi hawn fil-Magħtab stess, l-Għallies, il- Qortin u anke Wied Fulija. "Issa naturalment il-fatt li l-Magħtab għad fadalla 20 sena oħra biex tagħlaq ma nista' nagħmel xejn dwarha, biss qed inkomplu naħdmu biex ikomplu jitnaqqsu l-irwejjaħ u allura l-inkonvenjent." Farrugia jgħid li "mhux talli waqqafna l-miżbliet talli, illum f 'Wied Fulija għandna park bis- siġar, tant sabiħ u qed nagħmlu l-istess fil-Qortin, f 'Għawdex." 'Il-problema huma l-policies li saru mhux l-PA' U finalment il-gazzetta tistaqsi dwar l-Awtorità tal-Ippjanar - waħda mill-aktar entitajiet li taqla' kritika fil-pajjiż hekk kif trid tiddeċiedi fuq żvilupp differenti, 'Se nibdew proġett pilota biex anke l-ħwienet u l-stabbilimenti jibdew jisseparaw l-iskart' Minkejja li eluf u eluf ta' familji jissperaw l-iskart dan l-obbligu għadu ma jeżistix għal eluf ta' negozji u stabbilimenti kummerċjali. Il-Ministru Farrugia jindika bidla...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021