Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

20 kultura IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum Joħroġ il-Bambin mill-presepju 100 sena mill-ewwel dimostrazzjoni Anke jekk din is-sena se ssir differenti u se tkun ridotta ħafna, il-gazzetta ILLUM tiċċelebra l-ewwel ċentinarju mid-Dimostrazzjoni tal- Bambin li beda San Ġorġ Preca YENDRICK CIOFFI Din tal-lum hija l-aħħar gazzetta qabel Jum il-Milied u għalhekk il-gazzetta ILLUM ħasbet li tiċċelebra tradizzjoni li din is- sena tagħlaq mitt sena. Din hija d-dimostrazzjoni bil-Bambin. Anke jekk minħabba l-pandemija u l-protokolli li ġew imposti, din il-purċissjoni mhijiex se ssir, jew almenu mhux se ssir kif imdorrija biha, il-gazzetta ILLUM ħasbet li xorta waħda tiċċelebra din it-tradizzjoni li ma ssibha imkien aktar, ħlief fil-gżejjer Maltin. Il-purċissjoni tal-Bambin hija esklussivament xi ħaġa tagħna l-Maltin u l-Għawdxin u għalhekk għandna ngħożżu din it-tradizzjoni li tagħmel il-Lejl tal- Milied uniku f 'Malta. Meta saret l-ewwel purċissjoni bil-Bambin? Kien propju fl-24 ta' Diċembru tal-2021, mitt sena ilu, meta San Ġorġ Preca organizza l-ewwel purċissjoni bil-Bambin fit-toroq tal-Ħamrun. Jingħad li meta saret l-ewwel purċissjoni, is-soċi tal-Mużew ma kinux ippreparati, iżda Dun Ġorġ ma kienx xi wieħed li jaqta' qalbu. Daru kemm felħu biex isibu Bambin tajjeb għall-purċissjoni. Ma setgħu jsibu b'xejn, sakemm fl-aħħar iddubbaw Bambin mingħand Patri Franġiskan Konventwali mill-Komunità tal- Belt. Il-purċissjoni saret u ħafna tfal u rġiel ħadu sehem fiha jżommu xemgħat u weraq tal-palm. San Ġorġ Preca u l-misteru tal- Inkarnazzjoni... It-tir ta' San Ġorġ Preca kien wieħed. Anke jekk il-Milied huwa kkaraterizzat mir-rigali u l-festini, it-tfal minn ċkunithom għandhom jimu li l-veru sens tal-Milied, jibqa' t-twelid ta' Ġesù. Fil-fatt, Dun Ġorġ kellu ħafna għall-qalbu l-misteru tal- inkarnazzjoni, jiġifieri t-twemmin li l-Iben ta' Alla sar Bniedem. Wara kollox kien hu li għażel "il- motto" tas- Soċjetà tad-Duttrina Kristjana jew tal-Mużew kif insibuha llum, u ried li l-membri u s-soċi tagħha jeħduha magħhom kull fejn ikunu. "Verbum Dei Caro Factum Est," li tfisser "Il-Kelma ta' Alla Saret Bniedem." L-ewwel Superjur tal-Mużew, Ewġenju Borg jgħid lil Dun Ġorġ, dawn il-kelmiet mill-Iskrittura kienu jaffaxinawh u mhux l-ewwel darba li kien jieħdu għalih waħdu biex joqgħod ikellmu u jispjegalu l-Bibbja, b'mod partikolari l-ewwel it versi tal-Evanġelju skont San Ġwann, fejn wieħed isib dan il- kelmiet. San Ġorġ ma riedx li jżomm dan biss għalih. L-imħabba lejn il-ġrajja tal-inkarnazzjoni ried li jxerridha kemm jiflaħ u hekk għamel bil- purċissjoni tal-Bambin. Ried li jressaq dan il-misteru, fundamentali għall-ħajja ta' kull Nisrani, viċin in-nies. Ħareġ il- Bambin mill-presepju u niżlu fit-toroq. San Ġorġ Preca ried li l-Bambin jintwera u jkun fiċ-ċentru tal-Milied. Propju għalhekk li aktar milli purċissjoni, Dun Ġorġ Preca ried li din tissejjaħ id-Dimostrazzjoni tal-Bambin. Huwa ried li din tkun ċelebrazzjoni ta' fidi u mhux biss mixja wara Bambin tal-ġibs. Il-purċissjoni tinfirex... Dun Ġorġ irnexxielu. Il- purċissjoni tal-Bambin saret għall-ewwel darba mitt sena ilu u niżlet tajjeb immens. Mis-sena ta' wara, din il- purċissjoni nfirxet u l-fergħat tal-Mużew imxerrda madwar Malta u Għawdex bdew jorganizzaw il-purċissjoni tal- Bambin ukoll. Għalhekk issa, akkumpanjata mill-għanjiet 'Ninni, la tibkix iżjed, 'O Lejl tas-Skiet," "Qed jinfirex mal- Widien" u għanjiet tradizzjonali oħra tal-Milied, il-purċissjoni tal- Bambin bdiet issir fl-ibliet u l-irħula madwar Malta u Għawdex. It-tfal, bl-innoċenza tagħhom, kienu qed iwasslu wkoll dan il-messaġġ, li l-Bambin huwa fil-qalba taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied, fit-toroq u fil-pjazez tal-gżejjer Maltin. Wara kollox, il-Milied ma kinitx u mhijiex festa tat-tfal. San Ġorġ Preca kien jinsisti li l-Milied hija l-festa ta' kulħadd. Il-famużi, il-banda u l-polza... Ġeneralment, id-dimostrazz- joni tal-Bambin issir filgħaxija u Id-Dimostrazzjoni bil-Bambin Ritratt tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021