21
kultura
illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021
mill-presepju u jniżżlu fit-toroq
dimostrazzjoni bil-Bambin
għalhekk, maż-żmien ġew ink-
lużi fanali sempliċi tal-gass li
kienu jinżammu fuq lasta twila
biex jixgħelu d-dimostrazzjoni u
l-madwar.
Dawn il-fanali ġew żviluppati
u bdew jiġu mżejna b'disinn
tal-injam, bi ħġieġ jew karti
kkuluriti u li fuqhom ikun hemm
ukoll siltiet mill-Iskrittura li
jfakkru l-ġrajja tat-twelid ta'
Ġesù Bambin.
Il-gass ingħata l-ġenb u dawn
il-fanali bdew jinxtegħlu bix-
xemgħa li ddawwal il-karti
kkuluriti u jagħtu atmosfera mill-
isbaħ lil din id-dimostrazzjoni.
Maż-żmien anke l-baned tal-
lokal bdew jieħdu sehem fil-
purċissjoni. Bid-daqq tal-innijiet
tal-Milied, dawn ikomplu jżidu
mal-atmosfera ferriħija li din
id-dimostrazzjoni bil-Bambin
hija magħrufa għaliha, kif wara
kollox xtaq il-qaddis Malti.
Id-drawwiet komplew
jiżdiedu. Hija drawwa f 'ħafna
rħula li wara l-purċissjoni ssir
polza biex tfal li jkunu preżenti
jirbħu xi xbieha tal-Bambin jew
inkella xi grotta żgħira.
Anke din hija inizjattiva biex is-
Soċjetà tal-Mużew, tkompli dak li
ried il-fundatur tagħha, jiġifieri
li t-tfal jimu li l-Bambin huwa
ċ-ċentru ta' dawn il-festi.
Il-fanali tradizzjonali
li jintużaw waqt
id-dimostrazzjoni
bil-Bambin
Ritratt tal-Arċidjoċesi
ta' Malta
San Ġorġ Preca
Dun Ġorġ Preca fil-presepju Malti li kien intrama fil-Pjazza tal-Vatikan