Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 aħbarijiet F'Malta l-każi jlaħħqu l-291 hekk kif il- mewġa 'Omicron' tiqliel sew fl-Ewropa ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-varjant Omicron qed jiżdied b'qawwa liema bħalha madwar l-Ewropa, inkluż f 'Malta fejn bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ġew irreġistrati 291 każ, filwaqt li fiequ 100 persuna, biex b'kollox il-każi attivi issa huma ta' 1,791. Il-każi fl-Isptarijiet baqgħu stabbli, għalkemm żdiedu xi it, 22 b'kollox li minnhom tlieta biss jinsabu l-ITU. Intant l-Ewropa bħalissa tinsab maqbuda f 'dik li bosta mexxejja ewropej qed jiddeskrivu bħala 'l-ħames mewġa tal-Covid-19' bir-Renju Unit jirreġistra rekords ġodda u l-Prim Ministru Ingliż iwissi kontra din il-mewġa ta' każi kkawżati mill-varjant Omicron, li jaf l-oriġini tiegħu fl-Afrika ta' Isfel. Fl-14 ta' Diċembru, fir-Renju Unit, ġew irreġistrati 58,870 każ u 149 mewt, l-għada ġew irreġistrati 78,158 każ u 165 mewt filwaqt li fis- 16 ta' Diċembru ġew reġistrati 88,195 każ ġdid ta' Omicron u 146 mewt. Fl-aħħar sigħat in- numri fir-Renju Unit komplew telgħin għal rekord ta' 93,045 każ ġdid reġistrati nhar il-Ġimgħa. Intant jidher li l-Gvern Ingliż qed jevalwa l-possibilità ta' lockdown wara l-Milied, li jdum ġimagħtejn u li jwaqqaf kemm jista' jkun mit-trażmissjoni tal-Covid-19. Minkejja dan, fil-fatt bosta siti tal-aħbarijiet irrappurtaw kif ħafna nies xorta jerħulha għal barra hekk kif issa riesaq sew il-Milied. Is-Sindku ta' Londra Sadiq Khan qal li s-26,000 każ f 'Londra biss nhar il-Ġimgħa qed joħloq impatt qawwi fuq is-servizzi ta' emerġenza tal-belt. "Il-kwistjoni li għandna huwa n-numru kbir ta' persuni minn Londra li għandhom il-virus u dan qed iwassal għal kwistjonijiet kbar ta' nuqqas ta' ħaddiema u l-abilità li s-servizzi pubbliċi jaħdmu kif suppost." Anke fi Franza... Anke fi Franza il-varjant qed jiżdied sew u se jkun qed isir il-varjant dominanti sal-bidu tas-sena d-dieħla, wissa l-Prim Ministru Franċiż Jean Castex. Franza għadha kif imponiet restrizzjonijiet stretti fuq dawk kollha deħlin fil-pajjiż mir- Renju Unit. Franza waqfet ukoll l-attivitajiet u l-kunċerti kollha li kienu ppjanati li jsiru għall- aħħar tas-sena. Anke fil-Ġermanja l-każi żdiedu sew hekk kif fis-16 ta' Diċembru il-każi tal-Covid-19 telgħu għal 53,000, minn kważi 30,000 fit-12 ta' Diċembru. Il- Ministru tas-Saħħa Ġermaniż Karl Lauterbach wissa dwar "il- ħames mewġa massiva" li qed tolqot lill-Ġermanja, bil-pajjiż din il-ġimgħa iwaqqaf lin-nies milli jmorru fi Sports Stadiums, fost miżuri oħrajn. Intant l-Olanda hija l-aħħar pajjiż minn elenku ta' pajjiżi Ewropej li qed idaħħlu restrizzjonijiet ġodda bis-sit Reuters jirrapporta li lbieraħ il-Gvern Olandiż kien qed jiltaqa' biex jiddetermina jekk isirx lockdown "strett" għall- Milied. L-istess sit jirrapporta kif esperti tas-saħħa Olandiżi qed jirrakkomandaw li jingħalqu l-ħwienet kollha non-essenzjali, skejjel, barijiet, ristoranti u postijiet pubbliċi oħrajn. Id-Danimarka wkoll mistennija tkompli tagħlaq postijiet bħal teatri, ċinemas, swali tal- kunċerti u mużewijiet hekk kif qed tirreġistra żidiet rekord ta' każi minħabba l-Covid-19. Ristoranti u ħwienet se jkollhom jgħalqu fil-11:00 p.m, kunċerti b'aktar minn 50 persuna ġew projbiti u l-maskra trid tintlibes f 'ristoranti meta mhux bilqiegħda. Iktar kmieni din il-ġimgħa l-Italja, il-Greċja u l-Portugall ukoll ħabbru li turisti ġejjin mill- UE jeħtieġ jippreżentaw test negattiv malli jaslu - anke fil-każ ta' persuni vaċċinati. Il-Gvern Irlandiż ħabbar curfew sat-8 p.m. għal ristoranti u pubs minn għada filwaqt li attivitajiet fuq ġewwa se jkunu ristretti ukoll. Intant il-Gvern tal-Portugall introduċa mill-ġdid restrizzjonijiet fl-1 ta' Diċembru sabiex, fost oħrajn, l-ilbies ta' maskri jsir mandatorju. Dan filwaqt illi biex tidħol f 'ristoranti, ċinemas jew lukandi persuna trid turi ċ-ċertifikat tal-vaċċin. F'Malta sa issa l-Gvern ħabbar li l-maskri huma mandatorji kullimkien fil-pubbliku, anke jekk persuna tkun waħedha. Il-Gvern Olandiż jiddiskuti lockdown, ir-Renju Unit jaqbeż id-90,000 każ u Franza tikkanċella l-attivitajiet tal-Ewwel tas-Sena...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021