Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum Call for Applications: The Broadcasting Authority is seeking to fill the post of Programme Monitors A detailed job description is to be found on the Broadcasting Authority's website: http://www.ba.org.mt. Applicants must submit a letter of application together with a detailed copy of their CV by: • e-mail to administration.ba@ba.org.mt • not later than noon, Friday 7 th January 2022 Late applications will not be considered Jobs Plus Permit 580/2021 The Broadcasting Authority is a constitutional entity which regulates, licences and monitors all radio and television broadcasts originating from the Maltese Islands. Broadcasting Authority 7, Mile End Road, ĦAMRUN ĦMR 1719, Malta. Telephone: +356 2201 6000 ANTHEA CACHIA L-ADPD fi stqarrija tisħaq li r-rapport ta' 89 paġna li jinkludi x-xhieda mogħtija lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jagħti stampa ċara ta' ksur ta' etika mill-Ministru għall- Edukazzjoni Justyne Caruana u dan fuq diversi livelli. Il-Partit jgħid li anke jekk wieħed jillimita ruħu għal dak li ġara fi ħdan il-Ministeru "wieħed jikkonkludi illi mhux biss kienet il-Ministru responsabbli għal dak li twettaq imma s-Segretarju Permanenti Frank Fabri li approva dak li twettaq minkejja li jokkupa kariga li suppost tara li dawn l-abbużi ma jsirux. Mix-xhieda jirriżulta li kien hemm ukoll attentat ta' ħabi tal-provi li jagħmel dak li ġara iktar u iktar serju." L-ADPD qalet illi l-fatt li dan twettaq mill- Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni ta' wliedna, bil-kollaborazzjoni tal-ogħla kariga fi ħdan il- Ministeru, "iżid fil-gravità tal-każ." Fi stqarrija l-ADPD qalet illi hija tal-mistħija kif "la l-Prim Ministru u lanqas is-Segretarju Permanenti Ewlieni ma kienu kapaċi jieħdu azzjoni immedjata dwar każ li hu ċar daqs il-kristall. Riżultat ta' hekk iridu jġorru huma ukoll fuq spallejhom ir- responsabbiltà għal dan il-ħmieġ," tgħid l-ADPD. Intant ċ-Chairperson tal-ADPD, Carmel Cacopardo temm jgħid li l-fatt li ġimgħa wara li ġew ikkonfermati l-abbużi ċari li twettqu fil-Ministeru għall-Edukazzjoni għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni fil-konfront ta' dawk involuti "jkompli jitfa' dell ikrah fuq l-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna." 'Il-fatt li ma tneħħietx Justyne Caruana jitfa' dell ikrah fuq pajjiżna' - Cacopardo "Għax il-Ministru tal- Edukazzjoni qed tiffoka biss fuqha nnifisha, l-edukaturi, l-għalliema u l-istudenti qed jitħallew waħedhom." Hekk qal waqt konferenza tal-Aħbarijiet il-Kelliem għall-Edukazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, kif ukoll minn żewġ Kandidati għall-elezzjoni ġenerali li ġejja Stefan Caruana u Julie Zahra, ġimgħa wara li l-Kummissarju għall-Istandards sab lil Ministru Justyne Caruana li kisret il-kodiċi ta' etika. Clyde Puli qal li quddiem ir- rapport tal-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika pajjiżna għandu jara li jittieħdu l-passi meħtieġa, iżda wkoll li nimxu 'l quddiem. Kompla li l-Prim Ministru jrid iżomm f 'moħħu li bid-deċiżjoni jekk ineħħihiex jew iżommhiex fil- kariga lil Caruana, ikun qed jaffettwa l-edukazzjoni ta' ulied il-poplu. Fost l-oħrajn, hu staqsa jekk fil-Ministeru hemmx sinerġija fit-tmexxija dwar l-isfidi li qed iġġib magħha l-pandemija, kif ukoll kif beħsiebu jindirizza sfidi bħal tal-early school leaving, is-sigurtà fl-iskejjel u l-fatt li hemm studenti li għadhom mhux attrezzati - almenu bil-bażiku - tat-teknoloġija meħtieġa. 'Il-Ministru qed tiffoka fuqha nnifisha minflok fuq l-għalliema u l-istudenti'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021