Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 Pressjoni qawwija fuq Caruana... imma Abela għadu ma jridx jieħu passi ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-gazzetta tinsab infurmata li minkejja d-dikjarazzjonijiet tiegħu li se jistenna "l-eżitu kollu" tar-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards, hemm pressjoni kbira biex il-Ministru Justyne Caruana twarrab, anke fid-dawl ta' baraxx ta' kritika, inkluż minn attivisti Laburisti fil- miuħ, fuq il-midja soċjali. L-ILLUM iżda hija infurmata li minkejja li l-Prim Ministru Abela mhu kuntent xejn b'dan ir-rapport u d-dettalji ta' dan il- każ imbarazzanti għall-Gvern, qed jibqa' lura milli jġiegħel lil Caruana tirriżenja u jixtieq li hi tagħmel dan minn jedda. Dawk li tkellmu ma' din il- gazzetta u huma qrib il-Gvern qalu li dan huwa għal bosta raġunijiet, l-aktar għax tant qrib elezzjoni ma jridx jirrabja aktar attivisti u għeruq, speċjalment f 'Għawdex fejn Caruana xorta jidher li qed tikkompeti sew għat- tielet siġġu għall-Partit Laburista, jekk jirbħu. Dan huwa kkonfermat minn sondaġġ xjentifiku li deher fuq din il-gazzetta ġimagħtejn ilu li juri lil Clint Camilleri u warajh Anton Refalo u Justyne Caruana quddiem sew kwalunkwe kandidat Għawdxi tal-PL ieħor. Abela qal li dan huwa każ differenti minn ta' Rosianne Cutajar li wkoll instabet li kisret l-etika mill-istess Kummissarju, minħabba li f 'dan il-każ kien imdaħħal Yorgen Fenech. Filwaqt li dan huwa minnu l-pressjoni u l-iskunentizza dwar l-istorja ta' Caruana hemm qegħda, iżda l-PM Abela qed jibqa' jżomm lura, anke jekk jidher - skont rapporti fuq e Sunday Times il-Ħadd li għadda - li l-Kummissarju Hyzler qal li hemm lok għal investigazzjoni kriminali fil-konfront tal-Ministru. Il- Pulizija fil-fatt kkonfermaw din il- ġimgħa li infetħet investigazzjoni fuq il-kuntratt mogħti lil Daniel Bogdanovich - is-sieħeb ta' Caruana. Bogdanovich kien se jingħata €15,000 sabiex jaħdem fuq kurrikulu nazzjonali dwar l-isports, xi ħaġa li huwa dwarha ma għandux esperjenza. L-istess artiklu nhar il-Ħadd għadda spjega kif minkejja li Bogdanovidh kellu r-rapporti dwar is-suġġett miktubin f 'ismu, fil-fatt allegatament kienu qed jinkitbu minn persuna oħra li taħdem fil-Ministeru, tant li meta mistoqsi kemm-il darba tissemma' Ċipru fir-rapport Bogdanovich ma kienx kapaċi jirrispondi u l-ewwel wieġeb "ħafna" u wara "it drabi". Fil-fatt Ċipru ma jissemmiex f 'dan ir- rapport. Jidher li l-Ministru kienet taf li fil-fatt ir-rapporti ma kinux qed jinkitbu minn Bogdanovich, imma minn Dr Paul Debattista, konsulent tal-Ministru għall- Edukazzjoni. Hyzler insista li dan il-fatt inżamm moħbi minnu meta kien qed jiġbor ix-xhieda f 'dan il-każ. Mas-sit illum.com.mt il- Ministru Justyne Caruana qalet li hi ma kellhiex ir-rapport tal- Kummissarju tal-Istandards f 'idejha u allura ma tistax tgħaddi kummenti dwar x'se tagħmel jew ma tagħmilx f 'każ illi jinstab li kisret l-etika. Dawn id-dettalji waslu għall- kritika qawwija kontra l-Ministru Caruana, mhux biss mill- Oppożizzjoni u l-ADPD imma minn bosta attivisti Laburisti wkoll. Kien il-Gvern stess li waqqaf il-kuntratt li Caruana tat lil Bogdanovich, wara li dan kien diġà rċieva €5,000.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021