Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum L-edukazzjoni qed tgħinna ngħixu saħħa emozzjonali tagħna? Min għallmek kif tagħraf u titratta mal-emozzjonijiet tiegħek, kif tinduna bihom meta jitfaċċaw u kif tagħmel sens minnhom? Spiss ir-risposta tkun: "Ħadd!" Kont int stess li kkumbattejt triqtek minn ġol-kunflitti interni tiegħek, waħdek. Skont numru dejjem jikber ta' riċerkaturi, hemm bżonn li dawn l-affarijiet jiġu mgħallma fl-iskola, jemmnu li l-ħiliet emozzjonali għandhom ikollhom l-istess importanza fl-edukazzjoni tat-tfal daqs il- matematika, l-qari, l-istorja u x-xjenza. Dan mhux kunċett ġdid – filfatt kien mingħand il- filosfu grieg Aristotli (384–322 QK) li aħna writna l-prinċipju li "jekk teduka l-moħħ mingħajr ma teduka wkoll il- qalb ma tkun qed teduka xejn". Naħseb li naqblu lkoll li l-edukazzjoni hija importanti ħafna, anzi essenzjali. Filfatt, spiss nisimgħu li hija ċ-ċavetta għal ħajja iktar dinjituża, għal għixien iktar deċenti, sabiex inkunu ħielsa u awtonomi. Dan id-diskors spiss niltaqgħu miegħu fil-kuntest tal-ġlieda tad- drittijiet tan-nisa b'mod speċjali, fejn nisimgħu li l-edukazzjoni tal-bniet isservi biex dawn jeħilsu mill-oppressjoni, f 'pajjiżi fejn il- mara għadha mċaħħda minn ħafna drittijiet. Bilkemm ma saritx cliche' din il-metafora taċ-ċavetta. Hija vera u mhix, fil-verità. Dan għaliex jiddependi mit- tip ta' edukazzjoni li persuna tirċievi jew li għandha aċċess għaliha. Huwa fatt magħruf li mhux kull skola tgħallem l-istess affarijiet, jew toffri edukazzjoni emanċipatorja. Spiss huma proprju dawk il-korsijiet li m'għandhomx 'valur ekonomiku' li jkollhom il-potenzjal li jwasslu għall-ħsieb kritiku. Naturalment l-istudenti kollha jkunu jixtiequ jsibu xogħol għal qalbhom malli jispiċċaw l-iskola, iżda huwa perikoluż li niddisinnjaw kurrikulu li huwa bbażat biss fuq l-hekk imsejħa 'bżonnijiet tas- suq'. Edukazzjoni iżjed wiesgħa tagħti l-opportunita' lill-istudenti li jsiru awtonomi u li jemanċipaw lilhom infushom. L-edukazzjoni pubblika għandha tgħallem kif taħdem is-soċjeta' in ġenerali, l-istrutturi tal-poter eżistenti fiha, u l-metodi użati minn gruppi soċjali varji sabiex jaqbżu għall- interessi tagħhom. Huwa proprju dan li jiddistingwi l-'edukazzjoni' mit-'taħriġ', fejn dan tal-aħħar jiffoka esklussivament fuq it- tagħlim ta' ħiliet li huma rilevanti għal xogħol partikulari biss. L-istudenti ta' kull eta' jeħtiġilhom li jitgħallmu kif Kollox importanti fil-ħajja. Li tkun taf poeżija u l-grammatika, li tkun taf liema hija l-Kapitali ta' fejn jew kif titkellem b'lingwa barranija, kollha importanti. Iżda l-edukazzjoni qed tippreparana biżżejjed emozzjonalment? Il-Kummissarju dwar Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika Audrey Friggieri tanalizza...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022