Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum Malta m'għandha tkun qatt l-art tal-mibegħda P ajjiżna għandu dejjem ikun l-art tal-ugwaljanza fejn indipendentement minn kif tidher, lil min tħobb jew f 'min temmen, jew ma temminx, għandu jkollok ugwalment l-ikbar opportunità li tirnexxi u tilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħek. Dan li għadni kif semmejt hu biss il-bażi għaliex imbagħad, f 'soċjetà ġusta, jidħol l-element ta' l-ekwità jiġifieri li bħala soċjetà nagħtu dik id-daqqa t'id meħtieġa lil min għal raġuni jew oħra hu leġittimament żvantaġġjat sabiex tabilħaqq ħadd ma jaqa' lura. Dawn huma prinċipji li huma l-ġebla tax-xewka f 'dak kollu li nagħmlu. Għalhekk Ahmed Diriye huwa f 'mewtu vittma ieħor tad- deumanizzazzjoni ta' persuni ta' ġilda sewda. Sirna nafu, mill-mezzi tax- xandir, li dan Ahmed Diriye ilu jgħix u jaħdem Malta mill-2004. Huwa kundannabbli b'mod assolut iż-żebliħ li assistejna għalih meta intalbet l-għajnuna tal-pubbliku fit-tfittxija tiegħu, qabel ma rriżultaw fatti oħra tal- każ. Ninsab ċert li l-maġġoranza tal- poplu huwa xxukkjat li għad hawn min iħossu li jista' juża il-mezzi soċjali għall-kliem ta' mibgħeda u ksenofobija. Aħna bħala Gvern ninsabu determinati li, filwaqt li ma jixxekkel bl-ebda mod id-dibattitu demokratiku dwar id-diversitaà, fl-istess ħin inkunu ċari li hemm linji li ma jistgħux jinqabżu. Il-mibgħeda m'hemmx postha fostna. Il-mibgħeda bil-kliem twassal għal reati ta' mibgħeda, b'konsegwenzi traġiċi. Dan huwa il-messaġġ li qed ngħaddu fid-diversi miżuri fl-Istrateġija l-ġdida Kontra r-Razziżmu li bdejna nimplementaw din is-sena stess, b'mod parallel mal-infurzar tal-liġijiet eżistenti. Ta' warajna, uliedna u ulied uliedna, għad jiġġudikaw dak li qed nagħmlu jew ma nagħmlux bħalissa fejn jidħol ir-rispett jew in-nuqqas tiegħu lejn nies ta' karnaġġjon skur. Nestendi l-kondoljanzi tiegħi lil dawk kollha li huma qrib Ahmed Diriye f 'dan il-mument diffiċli. Storja ta' nazzjon Ngħid għalija, xejn ma jogħġobni iktar milli naqra u nifli l-istejjer ta' pajjiżi, speċjalment dawk li jinsabu f 'partijiet mbegħda fid-dinja. Tintebaħ minnufih li kull storja ta' pajjiż hija waħda ħajja, mimlija deċiżjonijiet ta' nies kuraġġużi, rieda ta' l-azzar ta' ġnus u kulturi li żammew kommunitajiet kbar u sħaħ ta' familji magħqudin flimkien. L-istorja ta' pajjiżna hija waħda mill-isbaħ. Malta kollha hija iżgħar minn kapitali li bilkemm qatt smajna bihom iżda x-xorti riedet li sabet ruħha f 'ċentru ġeografiku fejn - għallinqas sat- tieni gwerra dinjija - l-avvanzi kollha ewlenin tista' tgħid li kienu jsiru fih. Fuq Malta nnifisha, l-impatt li ħalliet fuq il-Mediterran u l-Ewropa, għajr modest, hu ferm u ferm ikbar mid-daqs ġeografiku tagħha u xorta waħda importanti. Kieku Malta nzertat fuq il-kontinent, probabbilment aħna parti minn xi ħaġa ferm ikbar minna, sakemm mhux għax konna nkunu mdawrin dawra tond minn xi muntanja jew xmara jew sakemm xi Re f 'xi żmien kien jidhirlu mod ieħor. Il-fatt li għandna ġurisdizzjoni awtonoma, rispettata mill- komunità internazzjoni u midħla tal-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin m'għandu qatt jiġi sottovalutat minn dan il-ġens. Wettaqna ħafna fis-snin li għaddew u se nwettqu ħafna iktar biex nilħqu l-milja tal-potenzjal tagħna. L-aħbar li rajna din il-ġimgħa, fejn il-media outlet awtorevoli Forbes b'titli daqsiex qalet li wara li Malta llegalizzat il-kannabis għall-użu personali l-Ġermanja se ssegwi, turi kif dan il-pajjiż ċkejken fid-daqs jista' jkun fost l-ikbar fl-ideat u l-kuraġġ li jmexxi 'l quddiem. Storja ta' riċerkaturi Ħafna nies staqsewni x'kien l-isbaħ avveniment li seħħ lili matul is-sena 2021 li se tintemm dalwaqt. Il-leġiżlazzjoni li mplimentajna dwar il-qasam tal-użu responsabbli tal-Kannabis bla dubju ta' xejn kienet xi ħaġa pożittiva għaliex saret b'mod effiċjenti u wara li iddedikajna numru ta' xhur nisimgħu, nagħrblu u niddiskutu. Biss forsi l-iktar ħaġa li ħadt gost huwa li niskopri d-diversi riċerkaturi ta' talent kbir li għandna f 'pajjiżna fil-ħidma assidwa tagħhom biex isibu soluzzjonijiet ġodda li, meta jiġu implimentati, jtejbu l-ħajja tal- pubbliku in ġenerali jew isaħħu l-kompetittivita' ta' pajjiżna. Ngħid għalija din kienet l-ewwel sena sħiħa ta' ħidma f 'dan is-settur u nemmen li rnexxielna ngħollu l-profil tar-riċerkaturi tagħna. Biżżejjed naraw li wara x-xogħol eċċellenti tar-riċerkaturi fl-Universita' issa anke r-riċerka fl-MCAST, li nbdiet b'mod formalizzat fl-2019, qed tirranka sewwa. Ir-riċerkaturi innifishom f 'pajjiżna huma bravissimi, it-talent li għandhom hu kbir immens u jagħti riżultati impressjonanti. Ngħidu aħna li l-iskoperta ta' kuri ġodda għal tipi ta' kanċer jew sistemi ġodda biex ċertu testijiet mediċi isiru fi stadju bikri huma lkoll affarijiet sbieħ immens. Jonqos li r-rabta bejn ir- riċerkaturi fid-dinja akkademika u d-dinja tal-industrija tissaħħaħ u tikber. Bdejna billi ħloqna dak li jissejjaħ "Industrial Phd" jew "post-DOC" biex riċerkaturi jagħmlu xogħol fi ħdan l-industrija. Dan hu l-bidu u fis-snin li ġejjin bla dubju din id-direzzjoni se tissaħħaħ u tikber. Kruċjali li r-riċerkaturi Maltin ikunu protagonisti fuq livell Ewropew biex joħolqu soluzzjonijiet li jkunu "disruptive", jiġifieri li jagħmlu differenza kbira. Irridu naraw iktar "unicorns", jiġifieri kumpaniji innovattivi ta' suċċess kbir li jitwieldu frott ir- riċerka u l-innovazzjoni. Irridu li r-riċerkaturi Maltin jiksbu iktar u iktar fondi Ewropej u mhux biss dawk li tamministra tant tajjeb l-MCST. Nemmen ukoll li r-riċerkaturi nfushom - din m'għandhiex tkun xi ħaġa ta' Gvern - għandhom jorganizzaw irwieħhom ukoll u bħalma għandna kmamar tal-Kummerċ u kmamar ta' professjonijiet diversi, għandu jkun hawn assoċjazzjoni li ġejja mir-riċerkaturi nfushom li tiġbor lir-riċerkaturi taħt kappa waħda biex b'hekk jissaħħaħ u jogħla l-livell u l-istatus tar-riċerkatur bħala professjoni. Storja ta' sena gdida Nieħu l-opportunita' li nawgura minn qalbi lill-Editur, lill-ħaddiema kollha tal-ġurnali ILLUM u Maltatoday u lill- qarrejja tagħhom sena mill-isbaħ mimlija kuntentizza u hena. Nixtieq nawgura wkoll lill- ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet tal-Ministeru għall-Ugwaljanza, r-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill- familji tagħhom: grazzi mmens ta' din il-ħidma għall-ġid tal-preżent u l-futur ta' pajjiżna. Owen Bonnici Owen Bonnici huwa Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022