Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 kummerċjali illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 L-aktar parti l-ġewwa tal-Port il-Kbir, tul iż-żona kostali tal-Marsa, se tingħata viżjoni strateġika ġdida li tiffoka fuq opportunitajiet sostenibbli, dan wara li l-Awtorità tal-Ippjanar bdiet il-proċess biex isir reviżjoni tal-ippjanar għaż-żona kollha. Minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha, iż-żona ġiet industrijalizzata ħafna biex tintuża għall-bini u t-tiswiji- et tal-vapuri, l-immaniġġjar u d-distribuzzjoni tal-merkanzi- ja, il-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-ħażna tal-uwil, fost attivitajiet oħra. B'riżultat ta' dan, l-ambjent urban taż-żona mar għall-agħar b'mod konsiderevoli, bil-Marsa tesperjenza l-ogħla perċentwal ta' telf ta' popolazzjoni minn kwalunkwe lokalità f 'Malta. Il-viżjoni hija li din l-industrija kollha titnaqqas jew tiġi riloka- ta b'mod sinifikanti biex tagħti liż-żona ċ-ċans li terġa' issir des- tinazzjoni ewlenija għat-turiżmu u post ta' divertiment. Integra- ta f 'din il-viżjoni hemm ukoll il-ħolqien ta' komunità residen- zjali matul il-kosta fis-sit tal-eks Power Station tal-Marsa u ż-żo- ni immedjati tagħha. Albert Town se jinbidel f 'ċen- tru ta' innovazzjoni ta' kwalità għolja b'faċilitajiet u spazji kon- diviżi għal start-ups fl-industri- ji kreattivi. L-aċċess pubbliku għall-kosta għandu jiġi rrestaw- rat bħala parti minn netwerk ta' spazji pubbliċi ħodor miftuħa u żoni ta' rikreazzjoni. Il-viżjoni hija li jiġi eskluż il-potenzjal ta' bini għoli ġdid f 'din iż-żona peress li jista' jn- aqqas mill-valur usa' tal-pajsaġġ storiku tal-fortifikazzjonijiet. Il-bini għandu jadotta disinji arkitettoniċi innovattivi li je- vokaw l-istorja marittima tal- port u jirrelataw sew mal-bini eżistenti ta' importanza kultura- li, speċjalment il-Bini Chadwick, il-Bini ex-Sea Malta u l-binjiet tradizzjonali tal-imħażen l-oħra li jinsabu madwar il-moll. Se jkun hemm bżonn ukoll skambju kbir ta' trasport biex jakkomoda l-firxa wiesgħa pos- sibbli ta' trasport pubbliku, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il- baħar. Martin Saliba, Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PA rri- marka "il-futur ta' din iż-żona għandu jkun immexxi minn viżjoni komuni mill-istakehold- ers kollha – residenti, mexx- ejja tal-komunità, il-komunità tan-negozju u l-Gvern. L-għan huwa li l-ewwel jiġu prijor- itizzati l-bżonnijiet attwali u urġenti tal-komunità u jiġi stab- bilit il-qafas ta' politika ta' ppja- nar tal-futur biex din iż-żona strateġika f 'Malta tinbidel f 'post attraenti fejn tgħix, tibda ne- gozju u toħloq esperjenza unika għall-viżitaturi. Il-pjan huwa li jiġi żgurat li kwalunkwe żvilupp ifittex li jkun newtrali fil-karbon- ju u effiċjenti fl-enerġija, filwaqt li jirrispetta l-wirt kulturali u in- dustrijali taż-żona." Il-lista sħiħa tal-għanijiet proposti, il-prinċipji u l-mappa taż-żona tas-sit li se jiggwidaw l-emendi meħtieġa għall-Pjan Lokali tal-2002 għall-Port il- Kbir jinsabu fuq il-websajt tal-Awtorità: www.pa.org.mt/ consultation L-Awtorità tistieden lill-parti- jiet interessati biex jissottomet- tu l-kummenti tagħhom dwar dawn l-għanijiet proposti fuq l-indirizz elettroniku ghlp@ pa.org.mt. Din l-ewwel fażi ta' konsultazzjoni pubblika se tagħlaq fil-15 ta' Jannar 2022. L-Awtorità tal-Ippjanar tibda l-proċess biex tirriġenera l-Port tal-Marsa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022