Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
24 IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum kummerċjali L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) kompliet bir-rivoluzzjoni tal- online mapping billi nediet il-MapServer il-ġdid tagħha. Din is-sistema t' informazzjoni ġeografika onlajn (GIS) se ttejjeb l-esperjenza tal-klijenti u ser tressaq lill-pubbliku eqreb lejn id-dejta u s-servizzi li l-Awtorità tipprovdi lill-pubbliku f 'ħin reali. Ing. Stephen Ferrito Direttur għall-ICT, Mapping u Servizzi Diġitali qal "bl-aspettattivi tal- immappjar interattiv li nbidlu ħafna matul l-aħħar it snin, komplejna ninvestu fis-soware infrastrutturali tagħna biex niżguraw li nintegraw dejjem aktar il-GIS fil-qalba tal- operazzjonijiet tagħna. Illum, aħna konxji sew li l-mapep diġitali huma għodda pubblika importanti, kapaċi li tieħu l-ammont kbir ta' dejta taż-żoni urbani tagħna u tippreżentahom b'mod komprensibbli." "Wara li s-sena li għaddiet nedejna basemap ġdida għall- Gżejjer Maltin, il-pass li jmiss kellu jkun l-aġġornament tal- GIS tagħna. Din hija parti oħra importanti mil-pjan fit-tul sabiex inkomplu niżviluppaw l-Infrastruttura Nazzjonali tad-Dejta Spazjali ta' Malta. Il- MapServer tagħna jgħaqqad fuq mappa il-volum kbir ta' dejta tal-ippjanar li niġbru minn sorsi differenti, u tintegra d-dejta tal-postijiet mat-tipi kollha ta' informazzjoni deskrittiva." Funzjoni importanti li ġiet miżjuda mal-MapServer hija l-funzjoni tal-islide. B'sempliċiment għafsa ta' buttuna u mingħajr il-bżonn li jinbidel l-iskrin, il-pubbliku issa jkun jista' jqabbel faċilment ritratti mill-ajru ta' snin differenti jew ma' mappa li tintuża bħala bażi. Hemm ukoll il-possibbiltà li jinżammu l-preferenzi personali billi in-nies jidħlu fis-sistema permezz tal-e-ID tagħhom. Funzjoni ta' bookmarking tippermetti lill-persuna iżżid, tneħħi jew tirranġa, postijiet li huma ta' interess u li tixtieq li terġa tara. Ġiet miżjuda wkoll il-funzjoni li tagħti aċċess dirett għall-aħħar verżjoni meta jerġa' jintuża il-MapServer. Xi wħud mill-funzjonijiet u servizzi ġodda oħrajn jinkludu li tirrapporta żvilupp illegali billi tikklikkja fuq sit partikolari. Ser tingħata wkoll l-għażla li wieħed jibqa' anonimu u li jtella' ritratti tax-xogħlijiet suspettati llegali. Peres li Google Maps hija sistema ta' navigazzjoni popolari, is-sistema l-ġdida tippermetti lill-pubbliku jfittex post billi juża l-koordinati ta' Google. Ġew inklużi għodod addizzjonali tat-tpinġija li jippermettu lil persuna tiġġenera pjani tas-sit li juru l-oġġetti mfassla. Barra minn hekk, il-Mapserver il- ġdid se jippermetti lil kull utent jagħmel użu minn kwalunkwe dejta permezz ta' kwalunkwe sistema GIS oħra. Funzjoni ta' lingwa doppja (Malti/Ingliż) ġiet inkorporata fl-għażla tal-menu. Ing. Ferrito rrimarka "fadlilna ħafna biex inkunu lesti". L-għan li jmiss huwa li ninkludu il-MapServer tagħna direttament mas-sistema tal-e- Applications. Dan se jippermetti lill-klijenti jkollhom aċċess dirett għall-pjanijiet, tpinġijiet u dokumentazzjoni oħra kollha li huma speċifiċi għas-sit. Billi l-ambjent tagħna qiegħed dejjem jinbidel, bdejna wkoll ix- xogħol impenjattiv li naġġornaw il-basemap għal Malta. Dan qed isir permezz ta' drones u infrastruttura teknoloġika ġdida." Il-MapServer jista' jiġi aċċessat minn fuq il-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq www.pa.org.mt. L-Awtorità tal-Ippjanar tkompli ttejjeb l-online mapping 2 TA' JANNAR 2022