Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
D iġa' kont ilni xi ħames xhur infittex xogħol. Mhux għax ma ġejtx offrut xogħlijiet tafx. Imma jiena naqra fonqla fejn jidħol xogħol. Inbati b'ħafna allerġiji u ħinijiet twal jgħejjuni. U biex inkun għedt kollox, ġo uffiċju wieħed wara skrivanija niddejjaq għax dik li nkun magħluq bejn erba' ħitan kienet tagħtini ġewwa u barra fix-xita u r-riħ niddejjaq mod ieħor. Kont ilni xi ħames xhur nirreġistra. U mbagħad kont mort intervista, ħassejtni li kont mort ħażin pesta u wara ġimgħa kienu ċempluli biex nibda'. Tistgħu taħsbu kemm kont ħadt gost. Kont ser inkun wara skrivanija, nilqa' n-nies f 'mużew tal-affarijiet strambi fil-Belt Valletta. L-intervista kienet għamlithieli waħda b'wiċċha kollu rtokk imma ħelu mhux it, xagħar kulur id-deheb u kienet liebsa libsa kemmxejn skullata żżejjed u qasira wkoll. Fil-bidu bdiet issaqsini it affarijiet fuqi u bdejt nixraq fil-bżieq tiegħi stess, f 'moħħi għaddejjin ħafna ħsibijiet li żgur ma kellhomx x'jaqsmu mal- intervista! "John, int għandek bżonnu dan ix-xogħol," imbagħad bdejt nisma' s-subkonxju jċanfarni u għalhekk tfajt moħħni fil-karti ta' quddiemi u f 'mod aktar akkademiku. Issa ma nafx hux għax forsi lilha għaddewlha l-istess ħsibijiet fuqi, għax ejja ngħiduha kif inhi, ma kontx inħossni ġuvni ikrah jew mitluq! Kieku ridt, kien ikolli nisa bl-abbundanza! Imma jiena persuna li ma nħobbx min jindaħalli jew min joqgħod jgħidli x'għandi nagħmel jew le! Peress li ommi kienet nutara, meta kont iżgħar kont noqgħod nara ħafna nies ġejjin biex jagħmlu l-att tas-separazzjoni u dawn l-affarijiet kienu mpressjonawni u ttrawmatizzawni biex ma niżżewwiġx! "Jekk tibqa' sejjer hekk, ser tispiċċa tixjieħ waħdek," kien jgħidli missieri. Ħuti ma kellix u huma kienu jinkwetaw għalija. U iva, x'jimpurtani! Jien kont persuna ta' waħdi! U llum ġejt bil-karozza tal-linja. L-ewwel ġurnata xogħol. Fil-Belt Valletta. Minn dejjem kont xtaqt li jkolli xogħol hawnhekk, minħabba li nħoss li hawnhekk huwa ċ-ċentru tal-kummerċ ta' Malta b'abbundanza ta' ħwienet u nies ta' kull ġens għaddejjin bil-ħajja ta' kuljum, jixtru u jonfqu ġidhom fuq affarijiet materjali. U xi ngħidu għas-swar u l-palazzi? Ġmiel. Ġmiel in-natura! U eżatt malli nżilt minn fuq tal-linja, ġejt quddiem il-funtana tat-Tritoni u ħadt nifs twil. Ħassejtni tajjeb. Tajjeb ħafna. Kien għadu kmieni filgħodu u ma tantx kien għad hawn nies jippassiġjaw jew sejrin għax- xogħol. Kont bakkart mhux ħażin! U l-mużew fejn kont ser inkun xogħol, kien qiegħed eżatt fiċ- ċentru ta' Triq Merkanti, b'tabella kbira daqsiex ħalli wieħed seta' jinduna li hemmhekk kien hemm mużew tal-affarijiet strambi. Dawn l-affarijiet kienu jibdew minn xi biċċa fuħħar li kienet instabet dan l-aħħar imma li kienet ilha midfuna taħt l-art minn żmien it-tempji neolitiċi sa' xi arloġġ li kienu jgħidu li kien imsaħħar. U skont dik il-ġisem li kienet għamlitli l-intervista, dawn kienu ilhom ifittxu ħaddiema għax kull min kien jiġi, kien jisparixxi jew jitlaq wara xi ġimgħa! "Għalfejn imma?" kont staqsejtha b'kurżita. "Għax ikun jonqoshom il- kuraġġ." U jien għalkemm kont inbati b'ħafna ċirimelli tal-moħħ, kelli kuraġġ daqs għaxar iljuni f 'daqqa. Nemmen fil-fatati qatt ma kont. U iżjed u iżjed ma kienux jiddisturbawni affarijiet relatati ma' sħaħar u mbarazz minn dan! Jien l-importanti li kont ser inkun xogħol f 'dan il-mużew kbir mhux it, armat b'madum sabiħ, ħitan tal-irħam, gandlieri kbar u sbieħ, twapet ħomor mill- ien nett u biex ma nsemmux il-ġmiel ta' purtieri li kien hemm imdendlin! Meta kienet ħaditni ndur dawra fih, kont qtajt nifsi b'dik is-sbuħija kollha! U mela, xogħol hekk ridt jien! Mela xi fattiga ġol-latrina ta' wara d-dar t'ommi! Jew inkaħħal xi post u wara nagħmel xi tlett ijiem b'għajnejja ħomor nar! "Dik il-kamra għal fejn tagħti?" staqsejt lil dik it-tfajla tal-intervista hekk kif konna għaddejna minn quddiem bieb jidher tqil tal-injam mastizz skur u donnu s-serratura tiegħu kienet tinfetaħ b'muieħ kbir. Il-bieb jidher qadim ħafna u donnu kien jistona mhux it mal-kumplament ta' dawn il-ġmiel ta' swali! "Temmen li ma nafx!" qaltli bi tbissima li għal mument lanqas kien għad fadalli moħħ bibien u mfietaħ! "Qatt ma aħtu! Naħseb lanqas għandi muieħ għalih!" U dak il-ħin kienet qabdet turini l-mazz ċwievet li kienu tawha u ma kien jidher ebda muieħ ħlief ċwievet ta' kull għamla u daqs biex jinfetħu swali u kmamar oħra. "X'kurżita!" għedtilha bis- sinċerita kollha. L-aktar kamra li kienet għoġbitni kienet kmajra żgħira fuq in-naħa ta' wara li kienet tikkonsisti mill- kċina. Kien fiha kitla, magna biex tixwi l-ħobż, bank mimli affarijiet relatati mal-kafe' u zokkor, pasti fil-boroż ssiġillati u gallettini. "Minn dawn tista' tieħu kemm trid," kienet qaltli. Ix-xi tiegħi seta jkun ta' billejl ukoll u għalhekk wieħed ma kienx jiddejjaq li kien hemm l-attrezzaturi biex tagħmel kafe' tajjeb fil-ħin tax-xogħol. U mhux wieħed. Imbagħad skont id-daqqa, niżfnu. U wara li mxejt tul it-triq tal- Belt, wasalt eżatt quddiem il-bieb kannella tal-mużew fejn kont ser inkun xogħol dik il-ġurnata. Ħarist 'l fuq lejn il-bini ta' quddiemi li xi darba kien parti minn pjanta ta' La Vallette bħala palazz kbir, deffist idi fil-but tal-qalziet tan-naħa ta' wara, sibt iċ-ċavetta tal-bieb imdaqqas tal- injam kannella tal-faċċata, daħħalt iċ-ċavetta, dawwartha u dħalt ġewwa. L-ewwel żewġ passi tiegħi smajthom jidwu madwar is-sala fid-dlam sakemm bdejt infittex bit- torċ tal-mowbajl dawk il-qaħbeċ swiċċijiet tad-dwal. Xegħelt u fil-bidu għalaqt il-bieb warajja. Ħassejtni qisni kont għamilt xi bravura diġa. Ir-riħa qawwija ta' għeluq laqgħatni mill-ewwel eżatt malli dħalt ġewwa u bdejt inlesti ħalli l-mużew jinfetaħ għan-nies. Lestejt il-biljetti, mort għamilt kafe' u kont rieġa' sejjer lejn l-iskrivanija tiegħi li kienet tinsab eżatt faċċata tal-bieb il-kbir. U għaddejt minn quddiemu. Dak il-bieb kbir tal-muieħ tal- injam skur. Bieb tqil. Misterjuż. Kif stajt nagħmel ħalli nsib mod sabiex niħu? Il-kurżita' kienet ser tiekolni. Minjaf x'kien hemm warajh? Forsi kien hemm xi teżor. Xi ħaġa tal-biża'. Jew inkella xi sigriet kbir li ma kienx ta' min jitilfu. Ridt insib muieħ. Imma ma kellix ħjiel kif stajt nagħmel biex insibu. U bdejt nipprova naħseb f 'soluzzjoni. Dak il-bieb. Ma kontx ser nistrieħ sakemm niħu. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD 23 rakkont illum • IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 It-Tlett Pitturi (L-EWWEL PARTI MINN ERBA') Sharon Calleja