Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • illum 'Il-Laburisti rrabjati għall-mod kif ġie umiljat Muscat' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Teatrin sħiħ, għalhekk irrabjati l-Laburisti. Mela dak mod li bih jiġi trattat eks PM li fetaħ rikors hu stess biex imur jixhed? Hemm rabja kbira fost il- Laburisti li Muscat ġie umiljat b'dan il- mod." Hekk sostna Ministru, wieħed minn erba' sorsi differenti li tkellmu ma' din il-gazzetti, kemm Ministri u anke Deputati, imma li kollha xtaqu li jibqgħu anonimi. Id-Deputati kollha, mistoqsijin dwar is- sentiment tal-Laburisti fuq ir-raid li sar fid-dar ta' Joseph Muscat semmew tliet affarijiet: Rabja, għeruq li ħraxu kontra l-PN u finalment ukoll l-elezzjoni. Wieħed mill-Membri tal-Kabinett li tkellmu mal-ILLUM qal li l-Prim Ministru ma jista' jagħmel xejn, ħlief pass wieħed: "Xi tridu jagħmel il-Prim Ministru? Jindaħal jew? Ejja naqbdu u mmorru għal elezzjoni għax dan l-inkwiet ma għandniex x'nambuh," sostna dan il-membru tal- Kabinett. Huwa stieden lill-gazzetta biex timmaġina xenarju fejn Muscat ikun mgħajjat id- Depot u jmorru numru ta' partitarji fuq il-post. "Issib xi ħadd rasu sħuna! Dan l-inkwiet x'irriduh? Aħna inżidu iktar voti ma tantx nistgħu nnaqqsu nistgħu f 'dan il- punt, għalfejn se noqgħodu nistennew?" L-istess sors sostna li hu jemmen li Muscat mhu se jagħmel xejn biex iweġġa' lill-Partit Laburista jew jagħti palata lill- Partit Nazzjonalista, imma sostna li forsi Muscat iħoss li Abela mhux joħroġ għonqu biżżejjed għalih. Wara r-raid il-Prim Ministru Robert Abela saħaq illi l-Gvern qed jagħti l-fiduċja lill-istituzzjonijiet imma qal li dawn iridu jirriċiprokaw dan ir-rispett lura, fi kritika indiretta lejn ir-raid. Huwa wkoll esprima dubji serji dwar it-teħid tal-mobile tat-tfal ta' Muscat. 'Ġustizzja mhux witch hunts' Membru ieħor tal-Kabinett li tkellem ma' din il-gazzetta sostna wkoll li hemm rabja, iżda li it minnha hija direzzjonata lejn il- Prim Ministru. Huwa sostna li r-rabja hija lejn il-mod kif saru l-affarijiet, speċjalment quddiem il-fatt li kien hemm ġurnalist u anke d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qabel u waqt li kien qed iseħħ ir- raid, ħdejn id-dar ta' Muscat. "La hu stess fetaħ rikors! Jiena man-nies li qed nitkellem ir-rabja mhix għax saret imma l-mod kif saret. Anke ngħidlek, nirrabja" jgħid dan is-sors mal-ILLUM. "Il- Prim Ministru ma tantx jissemma' ħlief li wħud staqsew kif jista' jkun ma kienx jaf. Dan kif sar kollu teatrin," insista wkoll it- tieni membru tal-Kabinett. Huwa qabel ukoll dwar l-elezzjoni. "Aħna fis-sena tal-elezzjoni qegħdin, naqbdu u mmorru mill-ewwel... dak li ġara iktar ħarrax lil-Laburisti kontra l-PN," sostna. Temm jgħid li l-ġustizzja trid issir u li ħadd mhu Alla, iżda saħaq ukoll li "ġustizzja għandha ssir, mhux witchhunts." Membru ieħor tal-Kabinett li tkellem mal-ILLUM qal li "b'dak li ġara l-Laburisti ħraxu iktar, jiġifieri jekk il-PN qed jaħseb li se jiggwadanja xi ħaġa minn dan kollu nista' ngħidlek li huwa pjuttost il-kontra. L-effett kien il-kontra, għax qajjem l-entużjażmu u r-rabja fost il-Laburisti" Huwa ammetta li hemm rabja iżda fost ħafna Laburisti li qed jiltaqa' magħhom għax dan il-Membru tal-Kabinett ukoll jgħid li dan kien "teatrin sħiħ." Finalment l-aħħar sors ukoll qal ma' din il-gazzetta li Abela għandu jmur għal elezzjoni, "kif wara kollox bosta kienu qalulu biex jagħmel u ma għamilx f 'Novembru... ejja ħa naqbdu u mmorru għall-elezzjoni, xejn xejn xorta din is-sena trid issir." Huwa qal li s-sitwazzjoni fost il-Laburisti hija "ħażina ħafna" għax iħossu li Muscat ġie umiljat u qal li dan jirrapreżenta lil dawk il-Laburisti umiljati u li - skont hu - ġew minsija. Dan is-sors ma tantx qabel mal- argument li l-Laburisti qed jiħraxu wara dak li ġara, anzi sostna li probabilment diġà hemm element ta' astensjoni li jkompli jikber jekk Muscat jerġa' jitkellem u jagħti l-impressjoni li Abela mhuwiex qed joħroġ għonqu għalih. Nhar il-Erbgħa filgħodu Muscat stess ħabbar f 'filmat fuq Facebook li ġie segwit minn eluf ta' nies, illi sar raid fuq id-dar tiegħu u tteħdulu l-mobiles, tiegħu, ta' martu u anke uliedu b'rabta ma' investigazzjoni relatata mal-kuntratt mal-VGH. Huwa qal li barra d-dar tiegħu meta waslu l-Pulizija kien hemm ġurnalist ta' e Times kif ukoll d-Deputat Jason Azzopardi. Dan il-filmat wassal għal mewġa ta' appoġġ minn ħafna votanti Laburisti u anke rabja, ħafna minnha lejn Azzopardi u parti wkoll lejn il-PM Abela. Abela fil- fatt ta kummenti f 'żewġ okkażjonijiet fejn wera' tħassib għat-teħid tal-mobile tat-tfal ta' Muscat u qal ukoll li kif il-Gvern dejjem wera' rispett lejn l-istituzzjonijiet, l-istess għandhom jirriċiprokaw l-istituzzjonijiet, fi kritika indiretta lejn it-talba tal-Maġistrat. F'Novembru li għadda kien żvelat li Joseph Muscat irċieva madwar €60,000 mingħand Accutor AG, kumpanija li kienet ħadet il-miljuni mingħand Steward Healthcare meta din ħadet f 'idha l-kuntratt mingħand il-VGH għat-tmexxija ta' tliet sptarijiet pubbliċi. Sorsi differenti mill-Kabinett u l-Grupp Parlamentari jitkellmu ma' din il- gazzetta dwar l-effett tar-raid fid-dar ta' Muscat fuq il-Partit Laburista...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022