Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 aħbarijiet MARIANNA CALLEJA Il-fondi dejjem kienu sfida kbira għall-artisti. Għaldaqstant id-direttur u produttur Justin Farrugia mill- kumpanija SharpShoot qal mal-ILLUM li "xi wħud iwaħħlu fil-fondi, jattakkaw lill-Kummissarju tal-Films iżda sal- lum il-ġurnata produċew materjal tal- mistħija." Dawn kienu biss it mill-kummenti li ta Farrugia lil gazzetta ILLUM meta mistoqsi dwar l-artisti f 'Malta fid-dawl tal-kontroversja ġdida li laqtet lil xtutna, dik madwar il-Malta Film awards. Fil-kummenti tiegħu huwa tenna dwar kif hawn min jgħix "biex jerda' minn dawn il-flus biex ikunu ħadu l-fondi iżda l-mod kif iwasslu l-produzzjoni tagħhom għal prodott finali jkun akk u ma jwassal għal imkien." Dan għalih juri biċ-ċar li biex nibdew naraw bidla fl-industrija tal-films u t-televiżjoni f 'Malta, "trid tibda wkoll mill-artist mhux biss mill-Gvern." Allura x'inhi l-vera problema tal-arti ċinematografika fil-pajjiż? Justin Farrugia li flimkien mal- kollegi tiegħu tella' wħud mill-aktar produzzjonijiet popolari f 'Malta bħal Strada Stretta u l-Għarusa, ġie mistoqsi mill-gazzetta ILLUM dwar kif jemmen li għandha ssir il-bidla. Huwa rrisponda li tajjeb li tibda' tisaħħaħ l-infrastruttura tal-industrija sabiex anke dawk ta' età żgħira li jħossu l-ġibda għal dan ix-xogħol, ikunu jistgħu jistudjaw bla preġudizzju mill-mentalita li dan mhux xogħol imma sengħa. Kompla jirrakkonta kif għalih kienet disfatta kbira f 'ħajtu li kellu jitgħallem mill-iżbalji minflok edukazzjoni formali. Għal Farrugia, hawn fejn għandhom jiżdiedu l-fondi iżda xorta hemm xi jtellef milli dan isir. "Nemmen li għandhom jiżdiedu l-fondi f 'din l-industrija f 'kull aspett imma dan qatt mhu se jseħħ qabel tinbena l-kunfidenza neċċessarja minn min jista' jinvesti," spjega aħjar l-produttur. Minkejja dan, bħal artisti, xorta jistennew li n-nies jimu li dan huwa xogħol diffiċli u rispettabli iżda b'potenzjal biżżejjed li jrendi lura fl-ekonomija tal- pajjiż. Filwaqt li jenfasizza li hemm rieda għal bidla, huwa jgħid li sa issa xorta għadhom jibdew bi it jew assolutament b'xejn riżorsi iżda m'hemmx triq oħra. Fil- fatt hu jerġa' jtenni li l-passjoni mhijiex bizzejjed biex tgħix, imma hija l-punt minn fejn jibda' kull progett. "Kull storja, film jew dokumentarju li wieħed iwassal, trid tħares lejh qisu kapitlu minn ħajtek, malli jispiċċa tipprova timxi 'l quddiem." 'L-idea tal-film awards affaxinatni sa mill-ewwel ġurnata' Mistoqsi mill-ILLUM dwar jekk jaqbilx mal-idea tal-Malta Film Awards, huma fil-pront wieġeb li "l-idea tal-film awards affaxinatni sa mill-ewwel ġurnata." Fost ir-raġunijiet li ta lill-gazzetta, Justin Farrugia jsemmi li din kellha tkun bidu ta' storja li toħloq kompetizzjoni sana fil- pajjiż sabiex taspira għal xi ħaġa aħjar. Fl- istess waqt din kellha toħloq il-kunfidenza li semmejna mumenti ilu, li twassal biex in-nies jinvestu iktar f 'din industrija, iżda jidher li "xi gruppi qed jippruvaw inaffru dan milli jiġri." Dawn in-nies skont Schembri qegħdin biss jisparaw għal saqajhom. "Jumejn oħra se jkunu qed jissottomettu l-proġetti tagħhom għall-fondi, u jekk minn kien qed jibda jemmen fl-industrija jaqta' qalbu qabel jibda', l-investiment jintilef," jgħid lill-gazzetta ILLUM. Jispjega li urta ruħu li l-istess nies li għamlu bojkott bil- film tagħhom mill-awards pretendew li jaraw il-films li għamlu huma waqt ix- show. Fuq kollox, Schembri sostna li t-talent lokali ġie ppremjat waqt l-avveniment, "min għamel bojkott fuqu u ma ssottomettiex xogħolu, hu baqa' barra. Jekk ma tixtrix biljett tal-lottu kif tista terbħu nghid jien?" 'Xi wħud jattakkaw lill-Kummissarju tal-films iżda sal-lum il- ġurnata produċew materjal tal-mistħija' – Justin Farrugia Taqbel mal-idea ta' Film Awards imma mhux qabel ma jsiru tibdiliet mill-qiegħ fl-industrija tal-films u t-televiżjoni f'Malta Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' membru tal-organizazzjoni ĊelebrAZZJONI. Wiċċ familjari ma' bosta u l-moħħ wara diversi produzzjonijiet kbar f 'pajjiżna, Abigail Mallia. Mallia kienet fost in-numru ta' produtturi tal- films lokali li ddeċidew li ma jipparteċipawx fil-Malta Film Awards minkejja l-proġetti b'saħħithom li kellhom inkluż Evanġelisti, Deċeduti, Miraklu, Limestone Cowboy u Merjen. Fid-dawl ta' dan il-gazzetta staqsiet lil Mallia dwar ir-raġuni wara din id-deċiżjoni. Hija twieġeb li ma pparteċipawx biex jagħtu sinjal ċar li hemm bżonn bidla mill-qiegħ fl- industrija tal-films u t-televiżjoni f 'pajjiżna. Hi sostniet li huwa importanti li nifhmu li min jaħdem f 'din l-industrija huwa professjonist mhux sempliċiment dilettant. Żiedet tgħid li dan għadnu jsir filwaqt li l-awtoritajiet ikkonċernati jagħmlu t-tibdiliet neċċessarji biex din il-mentalità tkun żgurata. "Jekk ma nimbuttawx il-prodott lokali, u anka nwassluh lil hinn minn xtutna, il- probabbiltà hi li dal-prodott ma jibqax jeżisti fis-snin li ġejjin. Issa huwa l-mument li dak li hemm bzonn jiġi attwat," saħqet Mallia mal- ILLUM. Mistoqsija dwar it-talba tal-organizzazjoni ĊelebrAZZJONI fil-konfrott ta' artisti Maltin, il-produttur wieġbet li l-iktar ħaġa importanti għalihom hija li jibda' proċess intensiv ta' konsultazzjoni biex id f 'id mal- awtoritajiet titfassal il-bidla neċessarja. Mitluba ssemmi eżempji tat-talbiet, hija elenkat numru ta' sitwazzjonijiet fejn l-artisti għandhom bżonn attenzjoni. Fosthom inħass il-bżonn li jinħolqu strutturi li permezz tagħhom jiġi attirat investiment barrani f 'produzzjonijiet Maltin. Intant hija tfakkar li dawn l-istess strutturi diġà huma stabiliti f 'pajjiżi oħra tal-Ewropa u lil hinn, bihom pajjiżi zgħar bħalna jistgħu jibbenifikaw u saħansitra jesportaw il- produzzjoni tagħhom mad-dinja kollha. L-aħħar mistoqsija għal Mallia kienet jekk hijiex kontra l-idea ta' Film Awards minħabba l-kritika qawwija min-naħa tagħha fuq il- midja soċjali. Hija tgħid li hi tilqa' l-idea li jsiru xi tip ta' Film Awards, iżda "mhux qabel ma niffukaw biex ikollna iktar films u serje ta' kwalità Maltin filwaqt li min jaħdem f 'dan il-qasam jiġi stmat kif għandu jkun stmat kull ħaddiem." Ġimgħa ġdida kontroversja ġdida, din id-darba l-Malta Film Awards. Bl-artisti stess jagħmlu bojkott fuq l-attività, u oħrajn jgħidu li ħela ta' flus, l-ILLUM titkellem mal-artisti biex tifhem il-vera kwistjoni x'inhi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022