Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 editorjal illum • Il-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-ġimgħa l-oħra l-editorjal ta' din il-gazzetta kien iddedikat għall-għoli tal-ħajja u propju f 'dan l-ispazju dan l-istess editorjal kien sostna li hemm bżonn nagħtu ħarsa lejn diversi soluzzjonijiet għall-għoli tal-ħajja. Dawk fl-immedjat, permezz ta' għajnuna diretta lill-konsumatur u dawk għat-tul permezz ta' elenku ta' miżuri: Fosthom li togħla l-paga minima fuq medda ta' snin u li l-Gvern jaċċerta - jekk hemm bżonn bil- liġi, li l-ħaddiema kollha jkunu membri ta' trejd unjins, sabiex b'hekk jiġi assigurat li l-ħaddiem ikun kopert b'kundizzjoni- jiet stabbiliti fi ehim kollettiv, jinqata' l-abbuż u ma nibqgħux għaddejjin f 'din il-ġirja 'l isfel ta' min se jħallas l-aktar biċ-ċiċri (ħafna drabi lill-barranin) f 'ċerti setturi. Ftit ġranet wara l-Gvern ħabbar dak li kien diġà indika fl-aħħar Baġit, u allura l-għoti ta' ċekkijiet f 'rifużjoni ta' taxxa u ċekk ieħor addizzjonali ta' €100. B'din l-injezzjoni persuna b'paga bejn €20,000 u €30,000 tirċievi €195, koppja tirċievi kważi €400 u koppja miżżewġa li għandha wild li jinsab l-Università tieħu madwar €510. Koppja pensjonanti jirċievu €400 u single mother li taqla' €12,000 fis-sena u għandha wild l-iskola wkoll se tkun qed tirċievi (flimkien ma' binha) €225. Minkejja l-kritika tal-bżar fl-għajnejn - ġustifikata biss għax suppost ninsabu lejliet elezzjoni - din l-injezzjoni hija pożittiva u qed tibda tilqa' b'mod effettiv u serju l-għoli tal-ħajja. Il-fatt li - kuntararjament għall- vouchers - dawn il-flus mhumiex marbutin għal settur partikolari tal-ekonomija jfisser li b'dawn il-flus eluf ta' persuni se jkunu jistgħu jkampaw xi it aktar mal-ħajja, jagħmlu xi kappriċċ żgħir - li normalment ma jaffordjawx - jkollhom aktar għall-mediċini jew prodotti ta' kura li jridu jixtru jew inkella jitfgħuhom il-bank biex jużawhom għall-bżonn. Tħares kif tħares lejha poitikament, b'din il-miżura - anke jekk parti minnha hija fil- fatt rifużjoni ta' flus li diġà ħallast - il-Gvern qed jibda jilqa' u jindirizza l-għoli tal-ħajja. Min jgħix bl-eżatt jew min għandu paga ta' €13,000 fis-sena mhux ser isir sinjur b'€125 jew b'€250 f 'każ ta' koppja - imma €250 għal dawn tagħmel differenza kbira, differenza li forsi għal xi ħadd bħal xi Ministru, konsulent jew xi eks Ministru ma tagħmilx għax għall-grazzja ta' Alla għexu u għadhom jgħixu komdi. Mela ejja l-abjad ngħidulu abjad u iswed, iswed. B'din il-miżura - il-Gvern qed jibda jindirizza bis-serjetà u b'mod li l-ebda Gvern ieħor ma indirizza fi snin (qabel kienu jgħidulna 'heq m'hemmx x'tagħmel tridu tidrawhom il-prezzijiet u l-kontijiet') il-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja. Imma beda biss. Iċ-ċekk mhuwiex soluzzjoni għal dejjem u lanqas huwa soluzzjoni fit-tul. Is-soluzzjonijiet fit-tul hemm qegħdin u Gvern wara ieħor injorahom. 1) L-ewwelnett, l-importanza li nipproteġu l-produzzjoni tal-ikel - bħal ħxejjex, frott, ħalib, ħut u laħam - lokali. Dan isir billi ngħinu lill-bdiewa, lis-sajjieda u lir-raħħala, mhux neħdulhom l-art jew nitrattawhom ta' ċittadini tat-tieni klassi. 2) Billi l-Gvern jiddeċiedi u jkun kuraġġuż - minkejja li se jsib l-oppożizzjoni u l-mewġ - fuq il-bżonn li l-ħaddiema jkunu membri ta' trejd unjin tal-għażla tagħhom. B'hekk biss - u nissottolinejaw il-kelma "biss" - jista' jkun assigurat li l-ħaddiema jkunu koperti legalment u jkollhom ħlasijiet kif xieraq. 3) Li kemm jista' jkun malajr u bil-lest għall-baġit ta' Ottubru li ġej ikun maqbul kif se jinħadem il-mekkaniżmu l-ġdid tal- COLA, b'toqol ħafna akbar fuq prodotti ta' bżonn, bħall-ikel. 4) Li l-Gvern jaħdem biex jimbotta sistema edukattiva li taħseb għall-futur, mhux li tipproduċi magni lesti biex jaħdmu f 'setturi fejn ma hemmx bżonn nies. Imma studenti li kapaċi jimirħu fir-riċerka, fix- xjenza, fin-negozju. B'hekk jogħlew il-pagi. 5) Equal work, for equal pay. Bis-serjetà imma, mhux ta' fuq il-karta. Li infermier mal-Gvern u l-infermier tal-kuntrattur li jagħmlu eżatt l-istess xogħol, jingħataw l-istess perkaċċi u paga. U ma hemmx skużi! Dawn huma wħud mill-affarijiet u miżuri fit-tul li l-Gvern għandu jibda jaħdem fuqhom biex jassigura livell ta' għixien ogħla u dħul diċenti. Jiddispjaċina naraw illi minkejja proposti tajbin mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, dwar Living Income, il-PN iffaċċjat quddiem din it-tħabbira ma kienx reattiv u propożittiv biżżejjed u fil-ħin, biex minn naħa jilqa' u jfaħħar dawn iċ-ċekkijiet imma mill-oħra jkun hu li joffri soluzzjonijiet aktar fit-tul u aktar maħsubin, li se jagħtu soluzzjoni għal għada! U mhux biss joffrihom, imma jfakkarhom! Minflok Grech, prattikament ma deher imkien, meta l-pajjiż kollu kien propju qed jitkellem dwar dan. Għażiż Kap tal-Oppożizzjoni, l-abbozzi tajbin u meħtieġa u aħna faħħarnihom, pero' n-nies mhux bl-abbozzi se jieklu! Forsi wasal iż-żmien li l-partiti kollha jingħaqdu u flimkien jihemu fuq is- soluzzjonijiet għat-tul, biex il-pjaga tal- faqar - speċjalment il-faqar fost dawk li għandhom impjieg - mhux ikompli jonqos, imma jiġi eradikat! Tkellimna ħafna fuq roadmaps. Uħud minnhom seħħew u oħrajn le. Forsi wasal iż-żmien għall-aktar roadmap importanti, dik li nkunu verament soċjetà ġusta! Pass 'il quddiem fuq l-għoli tal-ħajja. Imma għad fadal xi jsir!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022