Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616
27 films illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 Carmel Bonnici Jesse James - Qattiel u ħalliel jew eroj? (Ikompli mill-Ħadd li għadda) Għat-tieni parti ta' dan ir-rapport se niffoka biss fuq e Long Riders minħabba l-mużika evokattiva tiegħu u xi affarijiet speċjali oħrajn. Biex nibda, l-film kien irreklamat hekk: "ere were nine men from four families. ey rode together from Missouri to Minnesota, and from Texas to Tennessee. is is their story .... and as close to the truth as legends can be". e Long Riders dirett minn Walter Hill kien film stilizzat ħafna, pero' wkoll vjolenti, mimli dmija. Xi ħaġa tassew partikulari kienet li f 'din il-produzzjoni ħadmu diversi pari ta' aħwa veri fil-parti ta' aħwa wkoll fil-film. Fost dawn insibu li Stacy u James Keach (Frank u Jesse James), David, Keith u Robert Carradine (Cole, Jim u Bob Younger), Randy u Dennis Quaid (Ed u Clell Miller) u Nicholas u Christopher Guest (Bob u Charlie Ford). Il-mużika eċċellenti kienet komposta minn Ry Cooder, b'kanzunetti u ballati tradizzjonali. Din hi l-istorja ta' e Long Riders:- F'Missouri wara l-Gwerra Ċivili, għaqda ta' aħwa f 'gang maħrubin mill-liġi. Frank u Jesse James, James, Cole, Jim u Bob Younger, Ed u Clell Miller huma meqjusa eroj folkloristiċi mill-popolazzjoni lokali mxebba ħafna. Wara li Ed Miller (Dennis Quaid) li jħobb jispara jkun imkeċċi mill-gang waqt żifna tal- kommunita' fejn hemm Jesse James (James Keach) li jipproponi lil kuġintu Zee (Savannah Smith), għax kważi jisfratta serqa minn bank, Ed jannunzja li se jitgħarras lil Beth Mimms (Amy Stryker) li darba kienet il-maħbuba ta' Jim Younger (Keith Carradine). Fl-istess ħin, Cole Younger (David Carradine) jipprova jaqbad relazzjoni fit-tul imma mhux ta' spiss ma' Belle Starr (Pamela Reed), il-propjetarja ta' burdell. Meta jwaqqfu u jisirqu ferrovija oħra, l-propjetarju joffri rigal għal min jaqbadhom. Nies mill-aġenzija tad-ditektivs Pinkerton jibdew jgħarrblu l-għoljiet ta' Missouri. Il- kuġin tal-Youngers, John (Kevin Brophy) li qatt ma kien mal-grupp jinqatel waqt attakk fuq id-dar tal-aħwa. Il-Pinkertons bin-nar joqtlu lil ħuhom tar-rispett li kien inkapaċitat u jweġghu lil ommhom, Mrs. Samuel (Fran Ryan). B'ritaljazzjoni, l-aħwa joqtlu tnejn mill-Pinkertons u d-ditektivs isibu lin-nies tal-post ostili. Jim jerġa' jirbaħ lura lil Beth minn Ed Miller, li meta jkun arrestat fuq kas ieħor ma jagħtix informazzjoni fuq il-gang. Frank jipproponi lil Anne Ralston (Shelby Lovenington) b'wegħda li se jitlaq lill-gang u jissetilja. Cole imur wara Belle lejn Texas imma jitlaq wara ġlieda bis-skieken ma' żewġha Sam (James Remar). Il-gang jiddeċiedu fuq attakk ieħor, l-aħħar wieħed, biex ikollhom biex jgħixu minkejja t-tensjoni li qed tiżdied bejn James u Cole. L-aħwa jpoġġu fil-belt ta' Northfield, Minnesota. Kif joħorġu mill-bank jinqabdu mill-isparar tan-nies tal-post, ġej minn kull naħa u l-aħwa Youngers u Clell Miller jitħallew mill-aħwa James biex jinqabdu. L-aħwa Bob u Charlie Ford (Nicholas u Christopher Guest, li darba ma tħallewx jingħaqdu ma' dan il-grupp), xi it snin wara joqtlu lil Jesse James f 'daru stess għal rigal ta' $15,000 dollari offrut mill-Pinkerton Agency. Waqt li jkunu għaddejjin il-kreddti tal- aħħar tal-film e Long Riders tinstema' l-kanzunetta tal-widna e Ballad Of Jesse James minn Dickie Bishop: Jesse James was a man And he killed many men He robbed the Glendale train And he took from the richer And he gave that to the poorer He'd a hand and a heart and a brain O Jesse had a wife to mourn for his life ree children they were so brave But that dirty little coward at shot Mr. Howard Has laid Jesse James in his grave ....