Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616
21 opinjoni illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 Ivan Bartolo Ivan Bartolo huwa Deputat u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Faqar u Housing Ħaddiema frustrati u sfruttati B la dubju li x-xogħol prekarju fostna żdied u mhux naqas. Tistaqsi lilek innifsek, imma dan għaliex għandu jkun, f 'pajjiż li tant u tant jiaħar li fostna hawn ġid? Taħseb u tibqa' taħseb, u ssib li l-egoiżmu jispikka fil-bniedem li l-għan tiegħu huwa biss butu. U għalhekk jeħtieġ li jsir xi ħaġa, qabel inkomplu nkissru dak li bnew ta' qabilna. Qed nirriduċu lill-bniedem għal messaġġ waħdi- eni sottili, li bil-malti qed nagħtuh il-messaġġ li hu tajjeb biss għar-ri- mi, imma qabel nużawk. Nużak u narmik. X' ħasra! Bla dubju ħaddiema barranin Afrikani u mil-Lvant Nofsani f 'din is-sitwazzjoni ssib, imma dan qed jaffettwa wkoll ħaddiema Maltin, speċjalment żgħażagħ. Huma min huma, kulħadd għandu jikkundanna b'qawwa kollha lil dawk, speċjalment li kważi raqdu meta kienu pijunieri f 'dar- rigward, li suppost jaraw li dawn l-affarijiet ma jseħħux. Il-kampanji għandhom isiru fuq diversi livelli, imma l-aktar fuq livell edukattiv. Min iħaddem b'xogħol prekarju għandna ngħinuh jiem li bil- prekarjat huwa stess mhux qed jibbenefika. Il-kelma "Prekarju" isimha magħha, tfisser nuqqas ta' stabilità u sigurtà. Dan apparti d-dehra ta' nuqqas ta' serjetà, kemm fl-employer innifsu u anki fil-kumpanija, li qed iwasslu l-messaġġ lill-ħaddiem li "jien qed nużak" u awtomatikament il-ħaddiem imur għax-xogħol taħt madmad. Ikollu jmur għax bilfors, l-aktar jekk huwa kommess finanzjarjament. Min iħaddem bil-prekarjat ma jirrispettax lilu nnifsu, għaliex lanqas biss jaf iħaddem mingħajr ma jqarraq bil-bniedem. U hawnhekk is-soċjetà nnifisha qegħda tbati. Mhux wisq żmien ilu kellna każ mill-aktar ikrah, ta' dak il-ħaddiem barrani, mixħut fuq bankina, li eventwalment sirna nafu li kien mixħut fuq bankina minn min iħaddmu wara li waqa' minn għoli u li suppost ħadu għal kura fl-isptar. Storja li bħala soċjetà ċappset lil kulħadd. Ma naħsibx li Malta tagħna jixirqilha hekk, il- Malta li rawwmitna u l-Maltin! Il-Maltin għandhom timbru sabiħ ta' bnedmin solidali u ta' ħniena. Għadna nħaddnu l-istess ideal li rawwmuna fih missirijietna! Apparti li l-ħaddiem qed jinsteraq minn xogħol diċenti, dan huwa abbuż minn min iħaddem fuq il-vulnerabbiltà tal-ħaddiem. Min iħaddem stess, flok ħoloq ambjent ta' armonija, ħoloq "għar tal-ħallelin". Jiddispjaċik tisma' b'diversi stejjer ta' ħaddiema li qegħdin jiġu misruqa minn xogħol diċenti u mhux ta' b'xejn allura li nibqgħu insostnu li l-faqar żdied. Saħansitra mmissuh b' idejna. Mhijiex ħasra, dawk il-barranin jiġru fuq il-muturi, fit-toroq tagħna biex iwasslu l-ikel lin-nies, għal paga fqira, fejn jaħdmulek mas-60 siegħa fil-ġimgħa? Fejn hu r-rispett lejn il-ħaddiem? Fejn fadlilna naslu? Sfaċċatament, lill- ħaddiem armejnih taħt bankina! Flimkien mal-Partit Nazzjonalista, ħarist fil-mod ta' kif inħarsu lejn diversi mudelli finanzjarji. Tkellimna dwar il- Living Income. Ħaddieħor ilu li wegħda snin, imma aħna rridu niddiskutuha bis-serjetà, għax dak li jitlob minna l-ħaddiem fl- immedjat. Mhijiex l-intenzjoni tagħna li b'living Income nifhmu piż fuq it-tax payer, li se jkollu jdaħħal idejh fil-but, għax fl-aħħar mill-aħħar l-ekonomija tkissirha b'dan il-mod. Aħna qed inħarsu lejn il-paga tal- ħaddiem u li din - permezz tal-kunċett tal-Living Income - għandha tkun viċin kemm jista' jkun biex tikkontribwixxi biżżejjed dħul disponibbli għall- familja jew l-individwu. U dan mhux neċessarjament tagħmlu billi toqgħod iżżid il-paga b'mod artifiċjali. Fost oħrajn dan tista' żżidu billi ttejjeb il-produttività. Ix-xogħol prekarju huwa realtà fid-dinja tax-xogħol, realtà negattiva li tajjeb nagħmlu ħilitna kollha biex tiġi mrażżna. Mid-diskussjonijiet tagħna, fuq kollox bil-ħidma tagħna għandna ngħaddu għall-fatti. Bnedmin minn kull strata tas- soċjetà flimkien mal-imsieħba soċjali, politiċi, NGOs, l-unjins, il-Knisja, min iħaddem, u dawk kollha nvoluti għandhom jaħdmu flimkien u jemmnu li b'rieda tajba nistgħu neliminaw ix-xogħol prekarju. Ħaddiem frustrat u sfrutatt jistenna minna li nkunu vuċi għalih! Mhijiex ħasra, dawk il-barranin jiġru fuq il-muturi, fit-toroq tagħna biex iwasslu l-ikel lin-nies, għal paga fqira, fejn jaħdmulek mas-60 siegħa fil-ġimgħa? Fejn hu r-rispett lejn il-ħaddiem? Fejn fadlilna naslu? Sfaċċatament, lill-ħaddiem armejnih taħt bankina!