Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 B'digriet tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar, tal-24 ta' Ġunju, 2021, ġiet ordnata l-pubblikazzjoni tal-estratt li jidher hawn taħt għall-finijiet ta' notifika skont l-Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12). Anthony Azzopardi (KI 419957M) u Charles Azzopardi (KI 205854M) eżerċenti l-kummerċ taħt l-isem Azzopardi Fisheries, Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar, ippreżentaw Talba, fil-21 ta' Ġunju, 2021, fejn talbu lit-Tribunal sabiex jikkundanna lil Hush Ltd (C59457) ta' Portomaso Business Tower, Portomaso, San Ġiljan, sabiex tħallas lill-atturi s-somma ta' €3375, liema ammont huwa dovut lill-atturi. Bl-ispejjeż u bl-imgħaxijiet Il-kawża (Avviż numru 176/2021LC) hija differita għat-28 ta' Frar 2022 fis-1.00pm Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta), illum l-5 ta' Novembru, 2021 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali Sistema ġdida ta' elettriku għas- 670 familja u negozju fil-Baħrija Mas-670 familja u negozji fil- Baħrija u l-madwar se jkunu qed igawdu minn sistema ġdida ta' provvista tal-elettriku, fi proġett li għandu l-għan li jsaħħaħ l-infrastruttura u jtejjeb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti tal-Enemalta. Dan l-investiment huwa maqsum f 'żewġ fażijiet: fl- ewwel fażi, b'investiment ta' €400,000, tpoġġa taħt l-art cable ta' 11KV fuq medda ta' kważi żewġ kilometri. Dan se jieħu post il-linji li bħalissa jinsabu għaddejjin fuq l-arbli. Minħabba li din l-infrastruttura hi esposta għall-elementi tan-natura, ir- residenti kienu qed jesperjenzaw interruzzjonijiet fil-provvista tal- elettriku, speċjalment fit-temp xitwi. Fl-aħħar xhur, l-inġiniera tal-Enemalta wettqu numru ta' studji biex jindirizzaw din il- problema. Intant, l-Enemalta implimentat diversi miżuri intermedjarji biex kemm jista' jkun jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti tal- lokalità tal-Baħrija. Fit-tieni fażi ta' dan il- proġett, b'investiment ta' madwar €600,000, l-Enemalta qed timmodernizza numru ta' substations li jissupplixxu l-provvista tal-elettriku lil din il- komunità, inkluż bi tqegħid ta' linji ġodda. Dan se jiżgura aktar stabbilità fil-provvista tal-elettriku għar-residenti u n-negozji tal- Baħrija. "L-Enemalta hija impenjata li tkompli ssaħħaħ is-sistema ta' distribuzzjoni f 'pajjiżna. Dan il-proġett huwa wieħed minn sensiela ta' proġetti li l-Enemalta qed taħdem fuqhom bħalissa bħala parti minn pjan ambizzjuż ta' ħames snin," saħħqet il- Ministru Miriam Dalli. "Dan l-investiment huwa meħtieġ anke fid-dawl taż-żieda kontinwa fid-domanda għall- elettriku. Biżżejjed jingħad li s-sena li għaddiet, minkejja l-pandemija, iI-ħaddiema tal- Enemalta taw aktar minn 10,200 servizz ġdid lil familji u negozji. Dan huwa kważi d-doppju tas- servizz li kienu ngħataw fl-2013 meta kienu ngħataw it aktar minn 5,000 servizz." Ic-chairman tal-Enemalta Jonathan Scerri qal li bħalissa qed tingħata spinta lil dawn ix- xogħlijiet li jaffettwaw diversi komunitajiet. Dan qed isir wara analiżi dettaljata li l-inġiniera tal-Enemalta għamlu biex jaraw il-ħtiġijiet tal-grid biex jingħata l-aħjar servizz lill-klijenti tal- Enemalta. "Dan il-programm ta' xogħlijiet jipprovdi soluzzjonijiet differenti f 'lokalitajiet differenti iżda b'għan komuni li tiġi rinfurzata s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Per eżempju, f 'Ħad-Dingli tpoġġa low voltage regulator. Fil-Qrendi, matul il-ġimgħa li għaddiet, tbiddlu kilometri ta' wires f 'diversi toroq. Xogħol ieħor għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni sar fost oħrajn fis-Siġġiewi, fiż-Żurrieq, f 'Ħal Luqa, f 'Ħaż- Żebbuġ u l-Mosta. F'lokalitajiet oħrajn bħal Għajnsielem, Wied il- Għajn u l-Kalkara għaddej, jew se jibda, xogħol ta' rinfurzar. Dan minbarra investimenti kapitali oħra li jinkludu substations ġodda u t-tkabbir taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni biex jipprovdu għaż-żieda fid- domanda li l-pajjiż qed ikollu sena wara sena." Is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus qal li l-Baħrija kienet ilha snin mitluqa minkejja li l-komunità tal-Baħrija qed tkompli tikber, u sostna li sal-2013 it-talbiet persistenti tal-kunsill tar-Rabat biex isiru x-xogħlijiet ma kinux jingħataw widen. "Sa qabel l-2013, lanqas sistema ta' drenaġġ ma kien hemm. Din saret fl-ewwel leġislatura tal-gvern Laburista, li investa l-miljuni sabiex kull familja tkun imqabbda ma' sistema ta' drenaġġ komuni. L-investiment li qed tagħmel l-Enemalta biex timmodernizza s-sistema infrastrutturali tal- elettriku huwa pass importanti ieħor għar-residenti," qal is-Sur Craus. Il-Ministru Dalli, Craus u Scerri fil-Baħrija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022