Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
13 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 ħames snin għaddejjin (1) kien ġie żvelat kif il-kumpanija 17 Black għamlet profitt mill-proġett tal-Windfarm tal-Montenegro (ara aktar 'il fuq). Ta' min insemmu wkoll li it qabel, wara li tħalla barra mill- ewwel kabinett ta' Robert Abela (diġà sinjal ċar), Chris Cardona wkoll kellu jirriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Deċiżjonijiet bħal dawn, għal min mhuwiex mgħammad bil- partiġġjaniżmu, huma deċiżjonijiet għaqlin li warajhom kien hemm Robert Abela. Madanakollu, daqstant ieħor, kienu mumenti koroh għall-Partit Laburista. Qed nitkellmu fuq persuni li kienu fil- qalba tal-Gvern. Keith Schembri jidħol Kordin Imma minnhom kollha, Keith Schembri spiċċa l-agħar. Dak li sa it qabel kien l-eroj tal- Laburisti u jiaħar li kien hu r-raġuni w a r a r - r e b ħ i e t kbar li għamel il- PL, issa spiċċa m m a n e t j a t , fl-iżbarra u saħansitra fiċ-ċella ta' Kordin. Kulħadd jiakar f 'dan il-mument meta Keith Schembri, flimkien ma' diversi persuni oħra, fosthom il- famużi Brian Tonna u Karl Cini ta' Nexia BT, dehru deħlin il-Qorti u it wara, abbord il-vann tal-ħabs, jidhru deħlin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, akkużati b'ħasil ta' flus (fost akkużi oħra). Jibqa' ikoniku r-ritratt ta' Schembri, fil-vann tal-ħabs, b'għajnejh magħluqa. Dak li kien wieħed mill-aktar persuni b'saħħithom fil-Gvern, issa ma seta' jagħmel xejn. Minjaf x'kien għaddej minn moħħu. U ejja ngħiduha kif inhi! Anke jekk ħafna ma jniżżluhx u ma jridux jafu bih, dawn id-deċiżjonijiet fissru biss ħaġa waħda. Żgur li kien hemm bosta, inkluż Laburisti, li fis-skiet ta' darhom, mingħajr ħafna storbju fuq Facebook, qalu: Simon Busuttil kellu raġun! Kellu raġun jitbaqbad u jniżżel lin-nies fit-toroq. Imiss il-lista l-griża... Sfida li kellu jiffaċċja l-Partit Laburista u li għadu qed jissielet kontriha, hija dik tal-lista l-griża. Nhar it-23 ta' Ġunju 2021, Malta saret l-ewwel pajjiż tal- Unjoni Ewropea li tpoġġiet fuq il-lista l-griża wara l-vot li ttieħed mill-Financial Action Task Force (FATF). Din id-deċiżjoni jista' jkollha riperkussjonijiet serji fuq l-ekonomija u l-impjiegi, partikolarment is-setturi tas- servizzi finanzjarji u dak bankarju. Forsi għadhom mhux jinħassu daqshekk, imma ma jfissirx li mhux se jinħassu u li din ma tatx daqqa ta' ħarta lill-Gvern. Id-deċiżjoni ma waqgħetx mis- sema! Il-pajjiż kien qed jistenniha wara dak kollu li seħħ. Ħbieb tal-Ministri, Whatsapp chats, rigali tal-Birthday u ċessjoni Donnhom dawn id-daqqiet ma kinux biżżejjed għall-PL. Matul il-ħames snin, b'mod partikolari fl- aħħar ġimgħat ħarġu diversi stejjer ta' favuri u ta' neputiżmu sfaċċat. L-aktar wieħed frisk huwa dak ta' Justyne C a r u a n a . F'leġislatura w a ħ d a , C a r u a n a j k o l l h a t i r r i ż e n j a darbtejn minn Ministru. L-ewwel kellha tirriżenja minn Ministru għal Għawdex, meta ħarġet fil-beraħ il-ħbiberija tal-eks raġel tagħha, Silvio Valletta (li kien Assistent Kummissarju u l-ewwel uffiċjal responsabbli mill-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Caruana Galizia) ma' Yorgen Fenech. Jekk l-ewwel darba, ma kellha l-ebda tort, it-tieni darba, meta kellha tirriżenja minn Ministru għall-Edukazzjoni, ma setgħet bl- ebda mod taħsel idha. Caruana tagħti kuntratt ta' €15,000 lis- sieħeb tagħha biex iħejji l-kurrikulu nazzjonali dwar l-isports, xi ħaġa li hu ma kellu l-ebda kompetenza fiha. Stejjer dwar nepotiżmu u kuntratti mogħtija lil persuni viċin uffiċjali tal-Gvern, komplew joħorġu sal-aħħar ġimgħat u kienu jinvolvu, fost oħrajn, anke lid- Deputat Prim Ministru Chris Fearne u lill- Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo. Storja oħra hija dik tal-famuża senserija jew id-€9,000 'rigal tal-Birthday' li Rosianne Cutajar ħadet mingħand Yorgen Fenech, anke din switilha postha fil- kabinett. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll il- Whatsapp Chats ta' Yorgen Fenech u l-kumment tal- Ministru Edward Zammit Lewis meta ddeskriva l-votant Laburista bħala "ġaħan." Żgur li kien hemm Laburisti li din ma niżlitilhomx tajjeb. Dan biex ma nsemmux il-bqija taċ-chats li kellu Fenech, inkluż ma' Joseph Muscat u Keith Schembri. Imsomma, dan l-imbierek Fenech kellu l-ogħla uffiċjali tal-Gvern kważi pupazz f 'idejh! Kollha daħħalhom f 'butu! Kien protagonist f 'din il-leġislatura daqs l-aqwa Ministru! Iwa issa Robert Abela wkoll? Issa qed joħorġu wkoll stejjer dwar il-Prim Ministru Robert Abela. L-ewwel ma ħarġet kienet l-istorja dwar il-flus li l-kumpanija legali tiegħu ħadet għal servizzi ta' konsulenza mal-Awtorità tal- Ippjanar, meta Abela kien konsulent tal-Kabinett. Issa fil-qalba ta' kampanja elettorali, ħarġet ukoll l-istorja dwar l-€45,000 qligħ li allegatament Robert Abela ħa minn ehim (ċessjoni) ma' Christian Borg (persuna li qed tiffaċċja proċeduri kriminali) fuq biċċa art għall-iżvilupp f 'Ħaż-Żabbar. Skont Abela din hija 'spin.' Nistennew u naraw. Imma l-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn. Joseph Muscat jhedded? Lejliet kampanja elettorali, il-Pulizija jmorru jfittxu fid-dar ta' Joseph Muscat bħala parti minn investigazzjoni fuq il-ehim tal-Gvern mal-Vitals Global Healthcare, biċċa uġigħ ta' ras oħra għall-Gvern. Veru li Joseph Muscat ma kienx għadu Deputat imma jibqa' l-fatt li din il-leġislatura li qed tiġi fi tmiemha tibqa' tiegħu, fis-sens li hu rebbaħ lill-PL. Suspetti kontrih ma tantx jitfgħu dawl sabiħ fuq il-Gvern. Forsi aktar mit-tfittxija nnifisha, aktar inkwetanti huma l-filmati li ppubblika Joseph Muscat u anke l-preżenza mil-ġdid tiegħu għall-intervisti u anke f 'kampanji ta' kandidati differenti tal-Partit Laburista. X'ried jgħid Muscat meta qal li riedu 'jumiljawh?' X'ried jgħid biha Muscat meta qal li beħsiebu jibda jitkellem aktar? Għaliex mhux jeskludi kompletament li jerġa' jirritorna fix-xena pubblika? Wieħed jista' jargumenta li Muscat ma jaqbillux u ma jista' jkollu l-ebda interess li b'xi mod jgħid xi kelma u biha jitfa' lura l-Partit Laburista. Imma ħadd ma jaf x'għandu f 'moħħu! Spiċċa kif spiċċa, Joseph Muscat għadu b'saħħtu! Kif qalet l-eks Deputat Marlene Farrugia mal-ILLUM, Abela għad ma għandux mandat min-nies u sa ċertu punt idejh huma marbuta. Kelma żejda minn Muscat tista' titfgħu l-baħar. Il-Covid-19? Daqqa jew 'taħfer' id-dnubiet tal-Labour? Donnu Robert Abela ma sabx biżżejjed problemi. Kien imiss il-pandemija li waqqfet il-pajjiż. Mhux ċert toqgħodx mal-agħar mumenti għall-Partit Laburista. Mal-għar mumenti għax forsi kieku mingħajr pandemija, Abela seta' jagħmel ħafna aktar. Fixkluh xi it kummenti żejda bħall- famuża "mewġ fil-baħar qiegħed" jew "tfottulix sajf," u forsi hemm xi niċeċ li għadhom mhux kuntenti daqshekk, inkluż l-artisti għax għadhom ma jistgħu jagħmlu tista' tgħid xejn. Mill-banda l-oħra, kif jgħid il- Malti, baħri tajjeb tagħrfu mill- maltemp. Il-Gvern mexa tajjeb u għen kemm felaħ f 'dan iż-żmien diffiċli u bla preċedent. X'aktarx li dan il-perjodu u d-deċiżjonijiet għaqlija li ħa Robert Abela u l-Gvern immexxi minnu, taffew xi it il-feriti li ġarrab il-PL tul din il-leġislatura u x'aktarx li fis-26 ta' Marzu se jkun iġġudikat fuq dan. Il-ġimgħa d-dieħla nkomplu bl-agħar mumenti tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ħames snin. Nittama li żewġ paġni jkunu biżżejjed għax hemm x'ngħidu mhux ħażin