Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
15 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 jivvota għax il-Labour biss jista' tassew għamel' Fakkar illi x-xejriet fit-turiżmu nbiddlu għax illum apparti s-sigurtà f 'termini ta' kriminalità, it-turisti qed iħarsu wkoll lejn is- sigurtà f 'termini ta' Covid-19. Huwa qal illi meta l-pajjiż kien "magħluq" għat-turiżmu l-Gvern kien qed jaħdem biex Malta jkollha rotot minn u lejn pajjjżna. "Ma qagħdniex bilqegħda u aċċettajna li ma nistgħu nagħmlu xejn imma ħdimna biex ikollha konnettività," qal Bartolo li saħaq illi kieku l-Gvern ma għamilx dan, it-turiżmu kien jiffaċċja problemi kbar. "Aħna kkuntattjajna iżjed linji tal-ajru, ġibna linji tal-ajru ġodda u erġajna ġibna lura linji tal-ajru li kienu waqfu joperaw minn u lejn Malta." L-MTA mistennija tiftaħ uffiċċju fil-Polonja... suq emerġenti għal Malta Imma Malta hija konnessa biżżejjed? L-akbar suq ta' Malta huwa r-Renju Unit, per eżempju, u l-linja tal-ajru ttir biss minn żewġ bliet. Aħna konnessi biżżejjed mar-Renju Unit? Bartolo jwieġeb fl-affermattiv u jisħaq li Malta għandha konnessjonijiet tajbin mas-swieq kollha, mhux biss mar-Renju Unit, imma wkoll mal-Ġermanja, l-Italja, Franza u qal issa anke l-Polonja. Fil-fatt dwar dan tal- aħħar, il-Ministru tat-Turiżmu qal illi l-Awtorità Maltija għat- Turiżmu se tkun qed tiaħ uffiċċju fil-Polonja. Bartolo kompla jispjega illi l-Gvern qed jistenna rkupru akbar din is-sena, irkupru akbar mis- sena l-oħra meta Malta kellha miljun turist. Huwa qal illi f 'San Pawl il-Baħar/Buġibba/Qawra diġà hemm lukandi li huma fully- booked. U la semma lil San Pawl il- Baħar, din il-gazzetta tfakkru li huwa kien wiegħed dipartiment tat-tindif li jkun speċifiku biss għal din il-lokalità - li għandha fiha eluf ta' sodod f 'akkomodazzjoni turistika, ristoranti, barijiet u stabbiliment turistiċi. "Iva qed taħdem, fil-fatt bdejna bl-iscammel kuljum li jiġbor boroż li joħorġu wara li għadda l-kuntrattur tal- Kunsill Lokali," sostna Clayton Bartolo. Huwa qal illi ukoll li se jkun hemm aktar ħidma fuq l-infurzar biex in-nies joħorġu l-boroż taż-żibel u ma jħammġux barra. Kwalità jew kwantità? Imma lilhinn minn dan is-sajf u l-immedjat, x'inhi l-viżjoni tiegħu għat-turiżmu? Ilna nisimgħu Ministri tat-Turiżmu għaddejjin bl-istess kantaliena ta' kwalità mhux kwantità. Hu x'jaħseb? Kif jarah il-futur? "Ma jistax ikollok il-kwantità u l-kwalità separati. Ma jistax ikollok waħda mingħajr oħra. Jiena nemmen li spiċċa ż-żmien li nitkellmu fuq il- kwalità u mhux kwantità," jibda jgħid Bartolo li huwa wkoll kandidat fi-12 Distrett li fih hemm għexieren ta' lukandi u stabbilimenti turistiċi. Huwa qal li issa wasal iż-żmien li naħdmu biex jinfetħu niċeċ ġodda li fl-aħħar snin ingħataw il-ġenb minħabba l-pandemija. Huwa jsemmi t-turiżmu sportiv u anke t-turiżmu reliġjuż - b'diskussjonijiet għaddejjin ukoll mas-Santa Sede għal turisti li jmorru l-Vatikan, biex imbagħad jiġu Malta. Huwa qal ukoll li għaddejjin diskussjonijiet sabiex turisti li jibdew il-vjaġġ tagħhom jispiċċaw il-vjaġġ tagħhom f 'Malta. Induru it għas-settur tat- TEFL - it-Tagħlim tal-Ingliż - li qala' daqqa kbira minħabba l-pandemija u anke minħabba li matul is-Sajf li għadda kien ġie fiċ-ċentru ta' kritika qawwija minħabba li kienu ddaħħlu studenti mhux imlaqqmin f 'Malta li mbagħad wasslu għal firxa ta' każi. Filwaqt li fakkar li ħafna jaħsbu li dan is-settur jattira biss żgħażagħ li għadhom żgħar, fil- verità jiġu ħafna adulti jistudjaw l-Ingliż f 'pajjiżna u jiġu minn swieq differenti. "Ħdimna mal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex l-istudenti li huma mlaqqmin u ġejjin minn swieq differenti ma jsibux problemi biex jidħlu pajjiżna. Dan il-porzjon ta' turisti qed jibda jirkupra," qal Clayton Bartolo. 'Il-poplu jaf min huwa kredibbli u min verament kapaċi jġib il-bidla' U finalment mistoqsija politika. Ladarba huwa kandidat fuq it-12-il distrett nistaqsuh dwar dan id-distrett. Dan hemm ċans li jaqleb lejn il-Partit Laburista għall- ewwel darba, wara illi fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali id- differenza kienet ta' ftit mijiet biss u hekk kif parti minn Naxxar (madwar 1,200 vot) se tkun qed tmur fuq l-10 Distrett. X'jaħseb li se jiġri f 'dan id- distrett Bartolo? Huwa jgħid li x'se jiġri fid- distrett se jiddeċiduh in-nies. Huwa qal iżda li n-nies qed jilqgħu tajjeb ħafna l-proposti tal-Partit Laburista. Fakkar li fid-distrett hemm għexieren ta' lukandi, negozji u stabbilimenti li ħafna drabi jħaddmu nies li jgħixu fil-lokalità, speċjalment f 'San Pawl il-Baħar u fil- Mellieħa. "Dawn huma rikonoxxenti lejn l-għajnuna li ta l-Gvern, fosthom permezz tal-Wage Supplement li grazzi għaliha salvajna għexieren ta' postijiet tax-xogħol, inkluż fil-Mellieħa u anke San Pawl il-Baħar." Huwa fakkar ukoll fil-ħidma li għaddejja mill-Gvern fuq l-indafa u anke r-riġenerazzjoni ta' San Pawl il-Baħar u kien hawn li temm jgħid illi huwa jemmen li "l-poplu jaf min huwa kredibbli u min verament kapaċi jġib il-bidla." RITRATT: JAMES BIANCHI