Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
24 elezzjoni2022 IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum 'Iż-żgħażagħ ma tinteressahomx kampanja elettorali tat-tqassim ... qisna l-victory kitchen' MARIANNA CALLEJA Id-Dekan tal-Fakultà tal- Benesseri Soċjali, il-Professur Andrew Azzopardi, qal mal- ILLUM li ż-żgħażagħ huma lesti aktar mill-adulti biex jisimghu x'qed jingħad. Dan filwaqt li "meta jingħadu l-ħmerijiet ma jippruvawx jimuhom u jiskużawhom kif nagħmlu aħna l-kbar, imma minflok jinjorawhom." Din kienet ir-risposta tal- Professur meta mistoqsi mill- ILLUM dwar il-ħsibijiet tiegħu wara l-ewwel sondaġġ li ġie ppublikat mill-MediaToday. Iċ- ċifri f 'dan is-sondaġġ juru illi l-inqas li jafdaw mexxej jew ieħor u li ma jafux lil min se jivvutaw huma propju ż-żgħażagħ ta' bejn s-16 u s-17-il sena. Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM staqsiet lil Azzopardi, "imma dan għaliex?" Hawn min jgħidlek li ż-żgħażagħ moħħom fiż-żuett, vizzji u divertiment, imma dan vera? Fil-pront Andrew Azzopardi sostna li dan mhux kollu minnu. 'Dan jista' jkun il-mument li nibdew insiru aktar kritiċi u mhux nibilghu kollox' Mal-ILLUM Azzopardi spjega kif iħoss li ż-żgħazagħ huma ħafna iktar liberi mill-adulti. Huwa jsib dawn iż-żgħażagħ interresanti wisq minħabba li meta l-politiċi jgħidu l-ħmerijiet, ma jippruvawx jimuhom u jiskużawhom anzi minflok jinjorawhom. Sostna li dan jaf iwassal għal mument ta' bidla importanti għas- soċjetà biex "nibdew insiru aktar kritiċi, riflessivi u mhux nibilgħu kollox." Mistoqsi jekk jaqbilx li l-persentaġġ ta' dawk bejn is-16 u 17-il sena, li ma tinteressahomx il-politika, hija ogħla minn dawk ta' etajiet oħra, Azzopardi jgħid li mhux neċessarjament jaqbel. Huwa jaħseb li iktar ma tinterssahomx "il-politika tas- supermarket, tal-give aways u tal- paroli fil-vojt." Jkompli jispjega kif iz-żgħażagħ jinteressahom is-sustanza, l-ideat, il-kwalità tal-ħajja, l-arti, l-mużika, l-opportunitajiet tax-xogħol u l-ivjaġġar daqs kull persuna oħra. "Ejja ngħiduha kif inhi, dik hija livell ta' politika importanti ħafna, li tissemma biss b'mod sekondarju," sostna l-Professur. 'Kemm nixtieq nara lil din il-ġenerazzjoni fil-Parlament – hemm jibda jkolli serħan il-moħħ' Hemm nies li ma jħossuhomx komdi bil-fatt li ż-żgħażagħ ta' 16 u 17 -il sena, li jistgħu jivvutaw, ikunu wkoll kandidati. Għaldaqstant, il-Professur ma jaqbilx ma' dan. "Jien għalija jekk kapaċi tivvota, kapaċi tikkontesta imbagħad sta ghall-elettorat," beda' l-argument Azzopardi. Huwa qal illi li tkun fi sħubija mal-istat, anke meta inti zgħir, permezz tal-kandidatura, mhi xejn ħlief pożittiva. "Kemm tgħallimna aħna bejn l-1981 u l-1987 mill- parteċipazzjoni fil-politika, fejn kelli bejn 11 u 17 -il sena! B'daqshekk ma tbellaħtx għax kont involut, anzi, tgħallimt ħafna aktar il-ġmiel ċiviku, is-sabiħ tal- kommunitajiet, is-sabiħ li toħlom, il-viżjoni ta' pajjiż isbaħ milli hu," irrakonta Azzopardi. Intant id-Dekan fakkar li jekk wieħed jara l-proposti li għamlu t-tfal li qed jiġu appoġġjati minn e Malta Foundation for the Wellbeing of Society, "tinduna bi programm politku tal-blieħ li jixraqlu jkun il-manifest tal-pajjiż." Semma kif dawn il-kważi 100 proposta li huma ssostanzjati b'sorsi ta' ricerka li pprovdiet il- Fakulta' Għat-Tishih tas-Soċjeta' għamluhom 20,000 tifel u tifla. "Issa xi hadd jgħidli ma jixraqx li ta' 16 u 17-il sena tkun kandidat ... kemm nixtieq nara lil din il-ġenerazzjoni fil-Parlament. Hemm jibda jkolli serħan il- moħħ." 'Kampanja elettorali kwieta, imqansha, bla eċitament u prevedibbli' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Azzopardi dwar x'jaħseb minn din il-kampanja elettorali s'issa. F'risposta pronta huwa ddeskriviha bħala "kwieta, imqansha, bla eċitament, prevedibbli u mingħajr 'idea kbira' imma sempliċiment tqassim qisna il-victory kitchen – kulħadd iqassam il-flus." Huwa ċċara li dan ma jfissirx li mhux tajjeb, iżda dan kollu waħdu huwa redikolu jekk mhux f 'qafas ta' pjan, ta' viżjoni u ta' rispons politiku. "In-nies xammewha din għalhekk mhux qed jeċitaw ruħhom," temm jgħid il-Professur Andrew Azzopardi. Għaliex iż- żgħażagħ ma huma jafdaw l-ebda mexxej? Għax moħħ ir- riħ? Għax mhux ippreparati biex jivvutaw? Jew għax l-ebda mexxej ma jispira fiduċja? L-ILLUM tistaqsi lill-Professur u Dekan Andrew Azzopardi. Andrew Azzopardi