Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

29 U waqt li għaddejja l-gwerra aħna qisna fi żmien il-Milied! J ien lanqas dubju ma għandi li m'hemmx vot wieħed, li huwa wieħed, li huwa ispirat mill-konte- nut u l-proposti tal-manifesti jew l-programmi elettorali tal-partiti politiċi. Jiġifieri lanqas ħaqq li kulħadd qisu Father Christmas iqassam ir-rigali, qisu xejn mhu xejn. Qisu money no problem! Ħriġna jew ħerġin mill- pandemija Covid 19 u għamilna sentejn nqassmu l-flejjes qisu xejn mhu xejn. Issa għax ġiet l-elezzjoni erġajna qed inwegħdu żidiet u tnaqqis fit-taxxa li huma ġenerużi ħafna, imma li ċertament mhux qed iħarsu lejn id-dinja li għandna quddiemna. Dinja li ma tridx tkun l-għaref ta' Salamun biex tinduna x'ser jiġri fiha dalwaqt. Li ser jiġri hu li ser ikollna inflazzjoni tboss u problemi kbar fil-loġistika! Diġà konna 'ottu' minħabba l-Covid-19, issa ġejna aħjar minħabba l-gwerra ta' Vladimir Putin. Gwerra li l-Amerika kienet taf sew li ġejja u meta ġiet għamlet dak li setgħet tagħmel biex żgur ma jkunx hemm xi impatt fuq il-ħajja ta' xi suldat Amerikan. Qabda sanzjonjiet li ser ikollhom impatt dirett fuq in-nies iż-żgħar u fuq kollox l-ekonomija tal-Ewropa. Is-sanzjonijiet mhux ser iwaqqfu il-ġenn tal-President Russu Vladimir Putin, anzi ser ikompli sakemm il-kapitali Kyiv tispiċċa taħt il-poter amministrattiv Russu. Insomma li ser jiġri żgur hu li l-prezz taż-żejt u tal-gass, tal-qamħ, tal-prodotti tal-ikel, il-loġistika u l-metalli bħall-aluminju, t-titanju u ħafna oħrajn ser ikunu skarsi jew inkella bi prezzijiet inkreddibilment redikoli u għoljin. U apparti hekk, kull nazzjon ser jispiċċa jonfoq aktar fuq l-armata u b'hekk inqas fuq is-saħħa, l-edukazzjoni u l-ambjent. Li jfisser illi dan ser jirriżulta f 'żidiet fil-prezzijiet b'mod massiċċ. Imbagħad jiġi l-Ħadd u tisma' lil Robert Abela u lil Bernard Grech iwegħdu l-ilma jizfen u li se jagħtu hekk u se jagħtu l-oħra u kulħadd ser ikun aħjar u ser ikollna aktar flus fil-but. Hija fl-opinjoni umli tiegħi, li meta tgħaddi l-elezzjoni min ser ikun Prim Ministru ser ikollu jaffaċċja r-realtà ta' prezzijiet esaġerati u inflazzjoni inkontrollabli. Min qed joħlom li jimplimenta dawn il-wegħdiet mingħajr l-iċken kunsiderazzjoni għall-istat tal-finanzi tal-pajjiz ikun qed ikun irresponsabbli, bla sens u bla rispett lejn il-pajjiż. Waqt li r-Russja ta' Vladimir Putin qed jkissru u joqtlu, aħna noqgħodu nisfidaw l-Ors Russu bis- sanzjonijiet. Jew inkella nwegħdu lill-Maltin li se nnaqqsu t-taxxa u nżidu l-benefiċċji. U le, le! Għalhekk insib it ta' serħan il-moħħ meta niakar fil-poeżiji ta' Wilfred Owen, poeta Ingliż magħruf għall-kitbiet dwar l-gwerra u t-titlu ta' l-iktar poeżija famuża tiegħu: Dulce et decorum est pro patria mori' li jfisser 'huwa oneruż u bżonn li tmut għall-pajjiżek.' U meta taħseb f 'kemm mietu nies fi gwerer ma tistax ma taqbilx! elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 Saviour Balzan Saviour Balzan huwa Editur Maniġerjali tal-MediaToday

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022