Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

04 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum FGURA GUDJA PAOLA ST. LUCIJA ĦAL TARXIEN 4 MELLIEĦA NAXXAR SAN PAWL IL-BAĦAR 12 Membru Parlamentari u Kandidat għall-Partit Laburista għar-Raba' u t-Tnax-il Distrett . Minn żona abbandunata għall-akbar proġett ta' afforestazzjoni ... Jingħata bidu għall-proġett ta' afforestazzjoni fil-Park tal-Inwadar Hekk kif imwiegħed fil-Budget 2022, qed jingħata bidu għall-proġett ta' afforestazzjoni fil-Park Nazzjonali tal- Inwadar, b'investiment totali ta' €20 miljun fuq medda ta' ħames snin. Permezz ta' dan l-investiment, se jitħawwlu mal-50,000 siġra li se jagħmlu minn dan il-masġar akbar minn dak tal- Buskett. F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli spjegat kif Parks Malta għaddejja bit-tfassil tal- pjan maniġerjali għal Park Nazzjonali tal-Inwadar, biex jiġu identifikati ż-żoni different li huma art agrikola, art privata jew imqabla. Bħalissa, Parks Malta għaddejja bix- xogħol preparatorju permezz ta' tindif tas- siti ġewwa dan il-Park minn speċi aljeni u invażivi. "Qed ninvestu €4 miljun fis-sena biex ikollna masġar fin-Nofsinhar ta' Malta, li jsaħħaħ il-biodiversità u jkun sostenibbli," qalet Miriam Dalli, filwaqt li spjegat li l-ilma użat għat-tisqija se jkun minn New Water. Il-proġett se jinkludi trekking paths u spazji għal picnics. Il-Ministru Dalli qalet li se jkun qed jiġi appuntat steering committee, bil- għan li jmexxu 'l quddiem dan il-proġett ambizzjuż li jkopri 315,000 metru kwadru ta' art. Il-kumitat se jkun magħmul minn rappreżentanti ta' Parks Malta u tal-Bord tal-Governanza tal-Inwadar, esperti fis-siġar, rappreżentanti tal-Periti, u rappreżentanti mis-settur agrikolu fost oħrajn. Fost ir-responsabilitajiet tiegħu, il- kumitat irid jagħti direzzjoni strateġika, jistipula l-miri u jara li dawn il-miri jintlaħqu, jara li l-proċess miexi skont il- pjan u jindirizza kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu matul l-implimentazzjoni tal- proġett. "Huwa proġett ambizzjuż imma fattibbli u se naraw li jitwettaq. Irridu li dan il-Park ikun aċċessibbli u jitgawda minn kulħadd, inkluż il-familji u ż-żgħażagħ li jiġu jżuruh," qalet Miriam Dalli. Dr Steve Borg, chairperson tal-Bord tal- Governanza tal-Inwadar, qal: "Il-progress fit-tiswir tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar jidher f 'diversi oqsma. Kompla t-tindif metodiku ta' tnehhija ta' konkos li kien ilu mitluq fuq ix-xtajta, ġiet ippubblikata s-sejħa biex issir il-pjattaforma rikrejjattiva, ħarġet sejħa biex jitnaddaf bir qanpiena fil-Masġar ta' San Anard, temmejna b'suċċess l-attivita' tal-Arti fil- Park u saħħaħna l-monitoraġġ tas-CCTV b'aktar kameras. "Fuq dan kollu rajna wkoll żieda ta' viżitaturi li ta' kuljum qegħdin igawdu l-isbuħija tal-park li qegħdin nagħtuh lura wara tant snin ta' abbandun." Minn naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali ta' Parks Malta Adrian Attard tenna li l-pjan maniġerjali mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' dan ix-xahar. "Dan il-pjan se jgħin biex nattwaw ir-riġenerazzjoni ta' mhedded ta' art bit-tħawwil ta' siġar u arbuxelli ġodda, addattati għat-tipoloġija tal-inħawi filwaqt li nħarsu l-biodiversita f 'dan il-Park," qal is- Sur Attard. Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, is-Sur Anthony Gatt u Periti Studios.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022