Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 kummerċjali IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum Tkompli minn paġna 32 Marian's Place f 'San Pawl il-Baħar, proġett ta' MODEL Architects u CVC Architecture Studio, u Valuing the past/integrating the contemporary f 'Tas-Sliema, proġett ta' Studjurban, irċevew tifħir speċjali. Il-Premju għall-Ispazju Pubbliku Miuħ intrebaħ mid-Direttorat tar-Restawr u Tetsuo Kondo Architects għar-Roof Garden u Green Wall fil-Valletta Design Cluster. Il-proġett huwa eżempju ewlieni ta' dak li jista' jinkiseb b'viżjoni u reżiljenza. Issa dan l-ispazju huwa spazju pubbliku aħdar ġdid fil-Belt Valletta. Is-so landscaping ġie riċerkat b'mod estensiv biex jipprovdi esperjenza tas-sensi lill-viżitatur, li tirrifletti l-kuluri, l-irwejjaħ u l-karatteristiċi tipiċi ta' arbuxelli tal-Mediterran. Chris Briffa Architects rebħu l-Premju għall- Bini Kummerċjali u Pubbliku għall-Fabbrika u l-Uffiċini SAW f 'Ħal Qormi. Dawl naturali, ventilazzjoni, kumdità termali, interjuri li jispiraw, u struttura ikonika li tikkuntrasta mal-inħawi industrijali fil-viċin, kienu fatturi ewlenin fid-disinn innovattiv. Il-Premju għall-Arkitettura Interna ta' Proġetti Residenzjali ntrebaħ minn Daniel Scerri Periti għal Change in Direction. Dan il- proġett ta' trasformazzjoni residenzjali huwa lezzjoni tal-immaġinazzjoni mill-ġdid ta' spazju eżistenti biex tinħoloq dar li tissodisfa l-bżonnijiet tal-klijent b'mod personali ħafna. Ingħata tifħir speċjali lil AP Valletta u Daniel Scerri Periti għal Valletta Townhouse u Zen fiż- Żejtun rispettivament. 3DM Architecture kienu r-rebbieħa tal- Premju għall-Arkitettura Interna ta' Bini Kummerċjali u Pubbliku għall-proġett tagħhom tal-Portughes Outlet fis-Swieqi. Dan il-proġett iġiegħel lill-klijenti ta' dan il-laundromat biex jesperjenzaw estetika ġdida, bl-użu ta' kuluri mhux tradizzjonali u materjali kontemporanji fid-disinn. L-Uffiċċju Malti fil-Marsa ta' MODEL Architects ingħata tifħir speċjali. L-istudenti tal-Arkitettura mill-Università ta' Malta, Maria Bilocca u Mireille Tabone, irċevew il-Premju tal-Kunċett tal-Ippjanar Urban. Il-proġett huwa investigazzjoni ta' spazji vojta – spazji minsija, moħlija jew mejta fi ħdan il-qasam industrijali ta' Kordin, bil-ħsieb li jiġi riġenerat il-vojt u jiġu riveduti l-industriji tal-ikel u tal-materjali, u l-iskart li joħolqu. Il- kunċett kien artikolat u dettaljat ħafna, li kellu viżwalizzazzjonijiet li jirriflettu l-profondità tal- ħsieb. Ingħata tifħir speċjali lill-istudent tal- arkitettura omas Mifsud għall-proġett kunċettwali tiegħu Water Archive u lil Katrina Grech Mallia għall-proġett tagħha An antithesis to the Shiing Baseline Syndrome. L-Imperial, Dar Residenzjali għall-anzjani f 'Tas-Sliema, proġett ta' Foresite FS Design u MED Design, irċeviet il-Premju għall-Ospitalità, Akkomodazzjoni Turistika u Divertiment. Dan il-proġett huwa trasformazzjoni eżemplari ta' wieħed mill-eqdem binjiet f 'Tas-Sliema. Bi stil arkitettoniku li huwa konformi mal-użu tiegħu, il-proġett wettaq ir-restawr tal-bini storiku oriġinali filwaqt li pprovda faċilitajiet mill-aqwa. Il-Premju tal-Fotografija tal-Arkitettura ntrebaħ minn Rakel Vella. Ir-ritratt rebbieħ huwa astratt ta' min ifaħħru tas-suġġett arkitettoniku, minħabba l-kompożizzjoni u l-impatt viżwali tar-ritratt, bid-dawl u l-isfumaturi li jenfasizzaw il-linji dritti tal-bini fir-ritratt. Il-vot tal-pubbliku ntrebaħ mill-Perit Kurt Sammut Alessi għal proġett 4, 6, 8, Tower Road. Għal aktar informazzjoni żur www. maspawards.com SAW Factory and Offices - Il-Premju għall-Arkitettura Interna ta' Bini Kummerċjali u Pubbliku Change in Direction - Il-Premju għall-Arkitettura Interna ta' Proġetti Residenzjali Rakel Vella - Premju tal-Fotografija tal-Arkitettura

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022