Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404
13 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 ħames snin għaddejjin (2) Kulħadd kien jaħseb li se jirbaħ Fearne (anke hu) imma rebaħ Robert Abela. L-elezzjoni ġiet u marret. Inbidel il-mexxej. Żgur li kien hemm min weġġa' xi it imma sa it ġimgħat wara, kollox intesa. Fearne beda jaħdem ma' Abela u l-elezzjoni qisha ma ġietx. Sadanittant id- Dar Ċentrali kienet għadha qisha l-Kolessew fl-aqwa tiegħu. Tinqatel Daphne! Delia mibgħud daqs Joseph Jekk is-16 ta' Ottubru 2017 kien ikrah għal-Labour, kif rajna bħal- lum ġimgħa, daqstant ieħor kien għall-PN. Anke jekk Delia pprova jakkuża lill-Gvern u pprova jieħu 'vantaġġ politiku' minn dan l-assassinju li heżżeż pajjiż, ma' wiċċu reġa' sab il- famuża stqarrija ta' "biċċa blogger." Il-PN, b'Delia fit-tmun, ma seta' qatt jitwemmen meta jibki b'din it- telfa. Meta mbagħad ġie arrestat Yorgen Fenech u saru dawk il- protesti qalilha kontra l-Gvern, aħna hemm konnha. Il-folla kienet tgħajjar lil Joseph Muscat u lid- Deputati tal-Gvern meta joħorġu mill-Parlament imma daqstant ieħor kienet tgħajjar u tinsulta lil Adrian Delia. Sadanittant, f 'nofs dik il-folla, li kienet teħodha wkoll kontra Adrian Delia kien ikun hemm Deputati tal- PN wkoll li miegħu qatt ma raw għajn m'għajn. Egrant magħluqa u Delia jipprova jeħles minn Simon Meta l-affarijiet ma setgħux imorru aktar għall-agħar, jiġu ppubblikati l-konklużjonijiet tal- inkjesta Egrant li ma sabet l-ebda prova li torbot lil Joseph Muscat jew lill-familja tiegħu ma' din it-tielet kumpanija 'misteru' fil-Panama. Delia jipprova juża din bħala skuża biex jeħles minn Simon Busuttil, l-eks Kap li baqa' mwikki bih fil-Parlament. Kien talab lil Simon Bustull biex jirriżenja mill- Grupp Parlamentari. Imma Delia kellu jerġa' jagħlaq ħalqu u joqgħod kwiet għax malajr qamu dawk il-famużi 'blue heroes' li daharu kontrih anke pubblikament fuq Facebook bil-famuża hashtag "not in my name." Dak li għamel Delia xellef darba għal dejjem ir-relazzjoni tiegħu ma' dawn id-Deputati u uffiċjali tal-PN. Tkaxkira enormi... F'nofs il-leġislatura ġiet l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Il-PN deher għat-taparsi magħqud imma l-feriti kienu għadhom kbar, miuħa u qed inixxu. Anke jekk dik l-elezzjoni ma kinitx se tbiddel Gvern, min kien se jivvota lill-Partit Nazzjonalista mifni bi ġlied intern? L-elezzjoni ġiet u l-Partit Nazzjonalista jitlef bi kbir! Tilef mhux biss it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew imma tilef anke diversi kunsilli lokali, fosthom dak tal-Belt Valletta. Kulħadd jiakar dik il-mappa, mmarkata kważi kollha kemm hi ħamra. X'ironija hux! Il-partit tal-UE qatt ma nġabar fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Imbagħad ġie Delia, fis-sala tal- għadd tal-voti u jgħid li setgħu marru agħar, għax is-sondaġġi kienu qed juru telfa akbar! Dak kuraġġ eh! Tiaħar li tli b'40,000 flok b'70,000! Issa l-kanuni reġgħu nfetħu beraħ kontra Adrian Deliai tiġi ppreżentata dik il-famuża petizzjoni biex jissejjaħ vot ta' sfiduċja f 'Delia, fosthom minn Mark Anthony Sammut li kien għadu kemm irriżenja minn President tal- Eżekuttiv. Imbagħad sar dak il-famuż vot ta' fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. Filgħodu, tkellmu Ivan Bartolo u Adrian Delia, b'dawk preżenti jgħajru lil Bartolo traditur u Delia jqum bilwieqfa u jsikket lin-nies biex Bartolo jkompli jitkellem! Propju tele novella! Eventwalment Delia kien rebaħ dan il-vot u l-affarijiet għal it donnhom ikkalmaw. Sondaġġi, mozzjonijiet ta' sfiduċja u ittri għand il- President Imma jekk l-ewwel sensiela tat- telenovella kienet donnha spiċċat, ma tantx damet ma bdiet it-tieni waħda. Issa kien imiss is-sondaġġi diżastrużi li kienu qed joħorġu minn żmien għal żmien. Dawn is- sondaġġi waslu għal diskussjoni fuq il-pożizzjoni ta' Adrian Delia. Saħanistra issa kien hemm Deputati li dejjem kienu spalla ma' spalla miegħu u li daru wkoll kontrih. Kull ma jmur, Delia beda jsir dejjem iżjed iżolat. Il-ġurnalisti għamilna sigħat twal quddiem id-Dar Ċentrali. Minn barra konnha nisimgħu l-għajjat u mbagħad joħroġ Delia daqslikieku ma kien seħħ xejn. Dan sakemm fl-aħħar mill-aħħar, Delia tilef vot ta' fiduċja fil-Grupp Parlamentari. Surreali kienet il- konferenza li seħħet fis-sagħtejn ta' filgħodu. Għal Delia kien qiesu ma ġara xejn u baqa' jisħaq li se jibqa' Kap tal-Oppożizzjoni. Sadanittant, quddiem id-Dar Ċentrali kien hemm min kollox. Nies jgħajru d-Deputati, oħrajn jarmu t-tessera, oħrajn jgħajtu favur Delia! Tinsewx li sadanittant, il-Gvern kien qed jagħmel li jrid, l-istejjer għadhom ħerġin u l-PN mifni f 'dan il-ġlied. Delia dam ma ċeda. Baqa' Kap tal-Oppożizzjoni anke wara li sħabu d-Deputati marru għand il-President jgħidulu li ma għandhomx fiduċja fil-Kap tal- Oppożizzjoni, bil-President jiltaqa' mad-Deputati wieħed wieħed anke jekk fl-aħħar ħasel idejh minn din il-kriżi. Delia baqa' hemm anke meta l-Grupp Parlamentari tiegħu beda jimbotta 'il quddiem lil erese Comodini Cachia. Delia jitlef! Grech Kap imma l-battibekki jibqgħu Eventwalment, wara vot fil- Kunsill Ġenerali Delia kellu jċedi u l-PN sejjaħ elezzjoni għall-Kap. Hu ħa sehem fiha u kontrih Bernard Grech. Anke f 'nofs din il-kampanja, jfeġġu allegazzjonijiet kontra Bernard Grech u l-pendenzi tat- taxxa. Jisħaq li ħallas kollox fi żmien il-kampanja għall-elezzjoni għall- Kap imma anke hawn, din l-istorja baqgħet xi it dell fuqu u l-Partit Laburista baqa' jgħajru biha. Imma Bernard Grech rebaħ bi kbir. It-titlu fuq il-gazzetta ILLUM kien: "Bernard ikaxkar lil Delia" u bir-raġun. Il-folja nqalbet. Anke jekk Delia qal li se jaħdem ma' Bernard Grech, ħafna segwaċi ta' Delia, inkluż ħuh innifsu, jirriżenjaw mill-Partit Nazzjonalista. Imsomma, sa ċertu punt, il-PN spiċċa koppi. Il-batibekki lanqas ma waqqfu hemm. Kulħadd jiakar x'ġara meta għall-festi tal- Indipendenza, il-kanvassers tal-eks Kap marru bil-flokkijiet suwed bil- kliem 'Team Delia' u qagħdu seba' mili 'l bogħod mill-attività, jew meta erese Commodini Cachia u Adrian Delia spiċċaw jitgħajru fuq Facebook. Fi kliem sempliċi, anke jekk il- m a l t e m p i k k a l m a , m a jfissirx li l-mewġ g ħ a l l - P N waqaf għal kollox! Issa l-pandemija jmiss... Inkunu qed nonqsu lil Bernard Grech jekk ma ngħidux li għamel differenza. Għall-PN mhux kollox ward u żahar imma almenu waqaf il-ġlied fl-apert ta' żmien Delia. Vera li s-sondaġġi qed juru telfa kbira għall-PN u fl-aħħar mill-aħħar din se tgħodd, imma jibqa' l-fatt li almenu l-emoraġija waqqfet. Id- distakk ma baqax jikber. Biżżejjed? Le! Ma nistgħux ma nsemmux il- pandemija. Il-pandemija waqqfet kollox. Kif tkellimna l-ġimgħa li għaddiet, il-pandemija kienet prova li l-Gvern ta' Robert Abela ħareġ minnha bl-unuri u x'aktarx fuq dan se jkun iġġudikat. Mill-banda l-oħra, f 'dan iż- żmien, Bernard Grech seta' biss jitkellem imma ma seta' jagħmel xejn. Seta' jagħmel pressjoni imma ma setax jieħu deċiżjonijiet. Id- deċiżjonijiet fl-aħħar mill-aħħar ħadhom il-Gvern. Grech sar Kap meta kienet diġà feġġet il-pandemija. Kieku ma kienx hemm il-pandemija, li sakkret lil kulħadd f 'daru, x'aktarx li B e r n a r d G r e c h kien ikollu aktar ċans biex juri xi jsarraf. Il-PN jibda l-kampanja fuq sieq ħażina Ma nistgħux ma nitkellmux fuq il-kampanja elettorali. Vera li mhijiex l-aqwa kampanja li qatt għexna imma l-PN qed jidher aktar ippreparat u organizzat mill-aħħar elezzjoni ġenerali. Kellu kollox lest u malli l-Prim Ministru saffar is-suffara, anke jekk ir-riżorsi tiegħu huma limitati, ħareġ mill-ewwel bis-saħħa. Imma bħalma ġralu dejjem f 'dawn l-aħħar ħames snin, kull meta kien donnu beda jirkupra, jfeġġ xi ntopp. Fl-ewwel ġurnata tal- kampanja, erba' kandidati jħabbru li mhux se jikkontestaw l-elezzjoni. Ejja nħallu lil Claudio Grech għax għadu hemm jaħdem u jikkampanja. Imma Kristy Debono, Clyde Puli u Mario Galea żgur li riedu jibagħtu messaġġ. In-nies mhux boloh! Ma titlaqx fl-ewwel ġurnata tal- kampanja jekk ma tridx tagħmel il- ħsara. Wara kollox, ħadd minnhom għadu ma ħareġ għonqu għall-PN fil-kampanja. Ħadd minnhom ma ċaħad il-fatt li telqu issa apposta! Galea saħansitra fetaħ il-kanuni u qal li 'għamlulu ħajtu infern' Nittamaw biss li l-PN, jekk jitlef l-elezzjoni, iqum verament fuq tiegħu u jinduna li l-problema ma tiqafx mal-Kap. Il-PN ma jaffordjax ħames snin oħra hekk! Jekk se jibqa' sejjer hekk, mewta naturali se tkun inevitabbli! Imma mhux kollox iswed. Tama hemm. Meta Metsola laħqet President tal-Parlament Ewropew, tat tama kbira lin- Nazzjonalista li anke jekk illum il-PN għadu xi it jew wisq magħkus, il-futur jaf ikun ferm aħjar.