Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

03 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 aħbarijiet 18-il ġurnata ta' invażjoni: Ir-Russi jkomplu jattakaw b'inqas riżorsi u għalhekk iduru għal għajnuna mis-Sirja MARIANNA CALLEJA Bil-ġlied fil-majjistral ta' Kyiv ikompli, b'mod speċjali fil-bliet ta' Kharkiv, Chernihiv, Sumy u Mariupol, l-Ukreni qed juru l-vera definizzjoni ta' qlubija hekk kif issa jinsabu mdawwra sewwa mit-truppi Russi. Sal-aħħar ta' din il-ġimgħa ritratti meħuda mis-satelliti bdew juru konvoj militari Russu illi jinsab it kilometri biss 'il bogħod mill-kapitali Ukrena, Kjiv. Fl- aħħar jiem, dan il-konvoj kien statitku iżda matul l-aħħar sigħat reġgħu ġew innotati xi movimenti. Il-bumbardament tar-Russja fuq l-Ukrajna beda' wkoll jinfirex aktar, b'rejds irrappurtati fuq il-belt ċentrali tal-Lvant ta' Dnipro u ajruporti fil-punent ta' Lutsk u Ivano-Frankivsk. 'Hemm probabbilità li r-Russja mhux se jirnexxilha tieħu f 'idejha lil Kjiv' - Eks Uffiċjal tan-NATO Minkejja dan kollu l-eks deputat Segretarju Ġenerali tan-NATO, Rose Gottemoeller, qalet lill-BBC f 'intervista esklussiva li hija xettika li l-forzi Russi se "jiksbu ħafna suċċess" fl-attakk fuq il-belt kapitali Kjiv. Huwa maħsub li l-istess konvoj massiv tal-forzi Russi li ġie mpoġġi barra l-belt biex iħejji għall-attakk jista' jittieħed bħala sinjal ta' dgħjufija skont Gottemoeller. "Qed nistaqsi jekk għandhomx l-abbiltà li jerġgħu jirriorganizzaw ruħhom minħabba li l-loġistika tagħhom hija f 'forma ħażina, eżempju ma tantx baqgħalhom provvisti tal-uwil biżżejjed biex jimxu lejn Kjiv," sostniet Rose Gottemoeller. Għaldaqstant, ir-Russja tgħid li hemm 16,000 voluntier fil-Lvant Nofsani lesti biex jiġġieldu u l-Istati Uniti temmen li dawn jistgħu jinkludu Sirjani mħarġa fil-ġlied urban. "Dawn huma gruppi estremisti, nies li ilhom jiġġieldu fis-Sirja. Dawn huma wħud mill-aktar estremisti vjolenti li jinstabu fil-gwerra Sirjana," temmet tgħid min-naħa tagħha Gottemoeller. Il-Belt ta' Mariupol maħkuma mill-attakki minkejja li r-Russja tibqa' twiegħed li se tħalli r-residenti jaħarbu L-attakk ta' nhar il-Erbgħa fuq l-isptar tat-tfal u s-sala tal-maternità fil-belt tal-port assedjata ta' Mariupol iddomina l-ġurnali u l-midja soċjali din il-ġimgħa. Dan l-attakk darab 17-il persuna filwaqt li numru ta' tfal inqabdu taħt it-terrapien. Il-Gvern Ukren sejjaħ dan l-attakk bħala "delitt tal-gwerra mingħajr ġustifikazzjoni". Tajjeb li ngħidu li dan l-attakk sar fl- istess ġurnata li r-Russja qalet li se tieqaf mill-ġlied biex tħalli lin-nies jaħarbu minn Mariupol u bliet assedjati oħra, iżda l-kunsill tal-belt qal li l-isptar intlaqat diversi drabi minn attakk mill-ajru. Mill-Erbgħa 'l hawn ġew attakkati iktar postijiet inkluż moskea matul il- lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Il-forzi Russi bbumbardjaw moskea f 'Mariupol stess, fejn aktar minn 80 adult u tifel kienu qed jieħdu kenn. Dan kien ikkonfermat mill- Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal- Ukrajna ilbieraħ. Fl-istess ħin Mariupol ilha mingħajr ilma, sistemi tad-dranaġġ, aċċess għas- sħana jew konnessjonijiet tat-telefon għal din l-aħħar ġimgħa. Dan ħalla lir-residenti tal-port miġbura fit-toroq u jiddependu fuq borra li qed ddub għall-ilma tax-xorb. 'Ilħaqna punt ta' bidla strateġika fil-gwerra mar-Russja' - Volodymyr Zelenskyy Intant ilbieraħ il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy permezz ta' filmat minn Kjiv stess, qal li pajjiżu "laħaq punt ta' bidla strateġika" fil-gwerra mar-Russja. "Huwa impossibbli li ngħidu kemm- il ġurnata għad għandna bżonn sabiex neħilsu artna, iżda huwa possibbli li ngħidu li se jirnexxilna. Diġà mexjin lejn l-għan tagħna. Ir-rebħa tagħna!" qal Volodymyr Zelenskyy Kif tista' tgħin? Il-Gvern se jkun qed jibgħat sitt kontejners b'valur ta' 'l fuq minn €1.15 miljun f 'mediċini u tagħmir mediku li ġew ipprovduti mill- Ministeru għas-Saħħa, mill-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta u mill-Isptar San Tumas. Dawn l-isforzi qed jiġu kkoordinati mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili. Dan kollu bil-għan li tiġi provduta għajnuna li tindirizza il-ħtiġijiet tal-poplu Ukren sabiex itaffi mit- tbatijiet ikkawżati mill-kunflitt ġewwa l-Ukrajna. Għaldaqstant inti wkoll tista' tgħin billi tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-fond tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) iddedikat għall-kriżi fl-Ukrajna. F'dan ir-rigward, sabiex jiġi żgurat li l-fondi qed jintbagħtu fejn hemm bżonn, ġie maħluq kont bankarju amministrat mill- Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej għal dawk li jixtiequ jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-għajnuna minn Malta lejn l-Ukrajna, b'dawn id-dettalji: Numru tal-Kont 41005EURCMG50000 IBAN MT63MAL- T011000041005EURCMG50000 Isem tal-Kont Ukraine Humanitarian Fund SWIFT Code MALTMTMTXXX Minbarra d-dettalji bankarji, kontributuri finanzjarji prospettivi huma mitluba li jipprovdu wkoll dettalji personali (isem, kunjom, indirizz, email, numru ta' kuntatt) sabiex ikun jista' jintbagħat rikon- oxximent kif xieraq. Ir-Russi mhux jaqtgħu mill-attakki imma l-Ukreni mhux jaqtgħu qalbhom! Bl-attakki fuq l-isptar tat-tfal fil-belt ta' Mariupol jiddomina l-ġurnali, Zelenkskyy jibqa' jgħid li "r-rebħa tagħna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022