Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum Abela u int: X'qed iwegħdek Robert Abela Wara ħarsa dettajata lejn il- proposti Nazzjonalisti issa kien imiss lil din il-gazzetta tagħti ħarsa lejn uħud mill-proposti tal-Partit Laburista... MIĠBURIN MINN ALBERT GAUCI CUNNINGHAM U ANTHEA CACHIA Robert u l-but: Inqas taxxa u ċekkijiet • Għal dawk li jirreġistraw komputazzjoni ta' taxxa ta' ġenitur l-ammont ta' dħul mhux taxxabbli se jitla' minn €10,500 għal €12,200 • Dawk li għandhom komputazzjoni Single se jaraw li dak taxxabbli jitla' minn €9,100 għal €10,800 • Għal dawk li jirreġistraw komputazzjoni ta' miżżewġin d-dħul mhux taxxabbli se jiżdied minn €12,700 għal €14,400 • Il-PL jgħid li b'hekk il-familji se jiffrankaw minimu ta' €255 fis-sena • Żieda fiċ-childrens allowance ta' €90 kull sena - u allura żieda ta' €450 sal-aħħar tal-leġiżlatura • Jiżdied l-In Work Benefit b'€50 • Il-PL fil-Gvern ikompli jibgħat iċ-ċekkijiet fil- forma ta' rifużjoni tat-taxxa. Fl-aħħar ta' din il-leġiżlatura huwa ħabbar żieda ta' kemm se jintbagħtu flus f 'rifużjoni, bil-pensjonanti jieħdu €200 kull wieħed u ċekk addizzjonali għall-ħaddiema u studenti fost oħrajn biex jilqa' għall-għoli tal-ħajja Robert u l-First Time Buyers: €1,000 fis-sena u aktar • L-iskema tad-depożitu tal-10% se tkun estiża: Kienet tgħodd biss għall-proprjetà b'valur massimu ta' €175,000. Issa se tiġi estiża għal proprjetajiet b'valur ta' €225,000 • €1,000 kull sena mis-self tal-first-time buyers għall-ewwel għaxar snin ta' ħlas. B'hekk b'kollox se jitnaqqas total ta' €10,000 mil-loan tal-first-time buyers • Il-Gvern jibqa' jsostni skemi diġà eżistenti bħal Equity Sharing, għotja ta' €15,000 għal min jixtri f 'Urban Conservation Area u Tnaqqis fit-taxxa tal-boll biex koppji u individwi jiffrankaw sa' massimu ta' €6,500. Minn din il- miżura sa' issa ibbenefikaw minnha 28,000 persuna Robert u l-anzjani: Kontijiet inqas u pensjonijiet ogħla • Il-pensjonijiet jibqgħu jiżdiedu biex f 'temp ta' leġiżlatura jkunu żdiedu €15 oħra fil-ġimgħa jew total ta' €780 fis-sena. • Mediċini b'xejn għall-anzjani kollha • Aktar anzjani jibdew igawdu mill-Benefiċċju tal- Enerġija hekk kif jogħla l-limitu għal €2,500 fis-sena Robert u d-Diżabilità: Żieda ta' €4,250 li carers • L-għajnuna li tingħata lill-carers li jieħdu ħsieb tfal jew adulti li għandhom diżabilità severa se tiżdied bil- kbir: Minn €500 għal €4,750 - jew nofs il-paga minima. Dan jgħodd għal €395 fix-xahar għal full time carers • Jitwaqqaf ċentru taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) f 'Għawdex biex joffri s-servizzi li bħalissa qed jiġu offruti minn Malta biss Robert u t-tfal: Aktar Children's Allowance, estensjoni tal-IVF u laptop • Titwessa' x-xjenza biex jiġu mgħejjuna koppji li sofrew, temmew ċikli tal-IVF jew li għandhom storja ta' kumplikazzjonijiet. Din il-wegħda hija separata minn kunċetti bħal surrogacy. • Estensjoni tal-IVF biex koppja jkollha it-tieni wild ukoll. Fakkar ukoll li l-Gvern diġà ħabbar li se jingħataw mediċini tal-IVF mingħajr ħlas minn Jannar li għadda • Jiżdied il-bonus mogħti għall-ġenituri li jadottaw • Jiġu ffinanzjati l-attivitajiet extra-kurrikulari ta' arti u kultura, biex b'hekk ikun aċċertat li kulħadd ikun jista' jipparteċipa. Dan ser isir permezz ta' kreditu ta' taxxa ta' €300 • Laptop b'xejn għall-istudenti tas-seba' sena • Għajnuna għal uniformijiet ġodda lil dawk il- familji bi dħul baxx • Sett Kotba għat-tfal kull sena • Tiġġedded il-garanzija taż-żgħażagħ, b'€500 għal tliet snin jew €1,500 lil dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom ikomplu bl-edukazzjoni lilhinn mill-età obbligatorja ta' 16- il sena, filwaqt li studenti li jgħixu waħedhom jieħdu dawn il-flus huma • Childcare b'xejn għat-tfal kollha, irrispettivament il-ġenituri jaħdmux jew le Robert u n-negozji: Inqas taxxa, kont tal-bank u għotja lil min ikabbar u jinvesti • Il-Partit Laburista qed iwiegħed li lura fil-Gvern jilleġiżla biex kull negozjant u self employed jkollu dritt għall-kont tal-bank, sakemm dan ikun negozju leġittimu. • Tonqos ir-rata ta' taxxa għall-kumpaniji, il- Corporate tax rate, minn 35% għal 25% • Credit Review Office, biex jgħin sabiex self għal negozji ma jdumx xhur biex ikun aċċettat • Ċentralizzazzjoni tal-proċessi kollha tad-Due Diligence biex jekk isir Due Diligence għal entità waħda din tkun tgħodd għal entità oħra. • Skemi ta' investiment: Għotja ta' skemi ta' investiment lil kumpaniji kollha li jkabbru l-operat permezz ta' investiment f 'apparat, tkabbir u aktar. Dawn se jingħataw lura 30% tal-investiment, liema għotja tiżdied b'10% jekk kumpanija tinvesti f 'Għawdex • Rifużjoni tat-taxxa għall-profitt li jiġi rijinvestit • Gvern ġdid Laburista jgħin fil-ħlas tal-Energy Audit u jagħti għajnuna lil dawk in-negozji li jdawwru lin- negozju f 'wieħed sostenibbli • Qafas legali u speċifiku għall-istart ups, bi prijorità għall-eco start ups Robert u n-Nisa: Aktar nisa fix- xogħol u screening aktar kmieni • Il-PL iħallas sa' 30% fuq massimu ta' €6,000 għal medda ta' tliet snin għall-kumapaniji li jimpjegaw nisa 'l fuq minn 40 sena, li qatt ma kienu fis-suq ta-xogħol. • Kumpaniji li jħaddmu 50 persuna jew aktar u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022