Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

23 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 'Kurrikulu ġdid tas-saħħa sesswali għandu jsir obbligatorju fl-iskejjel' - Thomas 'Kassandra' Mallia MARIANNA CALLEJA Il-gazzetta diġà tkellmet ma' żewġ kandidati tal-partiti meqjusa 'l-kbar', Rebekah Cilia għal Partit Nazzjonalista u Rominda Baldacchino Zarb għal Partit Laburista. Kien imiss issa li l-ILLUM titkellem ma' omas "Kassandra" Mallia, illi hija l-Viċi President u kandidata elettorali għal Volt Malta fuq l-10 u l-11-il distrett. Hija taħdem bħala kittieba. Kassandra dwar l-edukazzjoni sesswali: 'Riforma totali li tibda tinbena bil-mod' omas "Kassandra" Mallia hija l-ewwel mara trans f 'din l-elezzjoni ġenerali. Dan ifisser li tidentifika mal-ġeneru femminili u qegħda fil-proċess tat-tranżizzjoni. Dan il-proċess jinvolvi tibdil fil-karatteristiċi fiżiċi sabiex il-persuna aktar tikkorrispondi mal-ġeneru li tidentifika miegħu. Dan ħafna drabi jinkludi li tieħu ormoni biex irażżnu il-karatteristiċi fiżiċi tal-ġeneru assenjajt lilha fit-twelid. L-esperjenza politika tagħha hija waħda unika u huwa għalhekk li l-gazzetta ILLUM iltaqat ma' Mallia. Intant, l-iktar fattur interessanti li ħareġ kien propju l-edukazzjoni sesswali, u għalhekk il-gazzetta ILLUM staqsietha: "Volt Malta xi jbiddel fil-qasam tal-edukazzjoni sesswali?" Żewġ kelmiet ħarġu minn fomm Kassandra, "riforma totali." Hija spjegat kif Volt jemmen fil-bżonn li l-individwi jkollhom informazzjoni korretta biex tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet infurmati għall-benessri tagħhom. Eżempju fil-każ ta' persuna transesswali li tixtieq tagħmel it-trażizzjoni, tkun tista' tagħmel dan bla ebda biża' u preġudizzju min-nies ta' madwarha. Kompliet tispjega kif Volt jixtiequ li jiġi żviluppat kurrikulu tas-saħħa u drittijiet tas-saħħa sesswali inklużivi. Dan il- kurrikulu jiġi mgħallem b'mod obbligatorju għall-istituzzjonijiet edukattivi kollha f 'Malta u Għawdex. Għalkemm dan hu pass kbir u jaf ikun xokkanti għal bosta, "irid jibda' jinbena bil-mod." 'Ma nippromovux l-abort imma nippromovu li jkollok l-għażla' Mistoqsija mill-ILLUM dwar l-ideoloġija ta' Volt fuq l-abort, Kassandra tgħid li Volt huma favur l-għażla. Iċċarat kif ħafna huma żbaljati meta jgħidu li Volt qed jippromovu l-abort għax "aħna naqblu biss li għandna tkun l-għażla ta' kull min tkun." 'Li l-prostituzzjoni tibqa' deregolata bħal ma hi, qed tinkoraġġixxi aktar abbuż' Il-prostituzzjoni huwa suġġett kontroversjali ieħor li tfaċċa fuq l-aġenda tal-Parlament sa sena ilu, iżda donnu intesa'. Mallia qalet mal-ILLUM li għal Volt, il-prostituzzjoni hu xogħol daqs kull xogħol ieħor. Għaldaqstant hija kompliet tgħid li l-fatt li l-prostituzzjoni fil- pajjiż hija deregolata – u allura ma hemm ebda qafas legali li jkopriha – qed jinkoraġġixxi l-abbuż. Dan għaliex għalkemm mhux illegali, kollox isir bil-moħbi. Il-gazzetta għafset pero' fuq il-fatt li numru ta' NGOs jgħidu li l-maġġoranza tal-prostituti f 'Malta, huma vittmi sfurzati jaħdmu f 'dan ix-xogħol, u għalhekk staqsiet f 'dak il-każ it-tort min jieħdu? Min jixtri s-servizz jew min iħaddem lil dawn il-vittmi? Hija rrispondiet li, "jekk hemm l-abbuż, it-tort huwa ta' min għamel l-abbuż, imma jekk għandek prostituta li l-klijent tagħha ħallas u li min iħaddimha ħallasha kif kien miiehem u kollox qiegħed isir tajjeb, m'għandu jeħel ħadd." F'intervista mal-gazzetta ILLUM, kelliema għal Dar Hosea - għaqda non- governattiva li tgħin lill-vittmi tal-prostituzzjoni – kienet kwotat statistika mill-Assoċjazzjoni tal- Ugwaljanza f 'Malta illi turi li 99% tal-prostituti f 'Malta huma nisa filwaqt li l-maġġoranza tagħhom huma sfurzati fil- prostituzzjoni. Dan ifisser li jekk tgħaddi liġi kif irid il-Partit Volt, skont Dar Hosea, " din se tkun taqdi l-minoranza u tinjora l-maġġoranza." Il-vittmi li jagħmlu kuntatt mad-Dar Hosea jirrakontaw abbuż kontinwu, vjolenza kbira u ambjent tossiku, tant li Dar Hosea tinżamm moħbija minn ħafna. Kassandra dwar l-ambjent u t-trasport: 'Iktar milli trasport alternattiv, niffukaw fuq trasport eżistenti imma li jintuża inqas, bħal eletric scooter, mixi u r-rota.' Induru issa fuq it-trasport. Il-gazzetta staqsiet lil Mallia għall-opinjoni tagħha dwar iż- żewġ proposti sa issa. Dik tal- metro, proposta mill-Gvern Laburista it xhur ilu u dik tat-tramm, proposta mill- Partit Nazzjonalista waqt din il- kampanja. Hija mal-ewwel uriet li ma taqbilx mat-tnejn u dan għax għadha ma ratx l-istudji warajhom. "Iktar milli trasport alternattiv, missna niffukaw fuq trasport eżistenti imma li jintuża inqas," sostniet Mallia. Bħala eżempji semmiet ir-rota, l-electric scooter u l-mixi. Mistoqsija għaliex ma semmietx tal-linja, speċjalment wara l-miżura ta' trasport b'xejn, hija stqarret li mhux se tikkritika l-miżura nnifisha għax hija miżura tajba, speċjalment għax temmen illi t-trasport huwa wieħed mid- drittijiet fundamentali tal- bniedem. Iżda Mallia tistaqsi x'jiswa' li tagħmel tal-linja b'xejn mingħajr ma toħloq infastruttura tajba għaliha. "Tal-linja xorta ħadd mhu se jużaha hekk." Fil-fatt hija stqarret li tippreferi jekk l-infrastruttura eżistenti u dik ġdida titranġa b'mod li nipprijoritizzaw trasport ieħor bħal rota u b'hekk "naħsbu biex nwarrbu mill-kultura tal- karozzi." 'Għawdex għandu jkun sostennibli u kompetittiv waħdu' Il-gazzetta ILLUM staqsietha imbagħad dwar l-opinjoni tagħha dwar il-mina bejn Malta u Għawdex. Hija wieġbet li l-opinjoni tagħha u ta' Volt hija li "nwaqqfu l-pjanijiet kollha biex naraw l-investigazzjonijiet u l-istudji li veru saru u dawk li le." Fil-verità Volt jemmen li għalkemm il-konnetività bejn iż-żewġ gżejjer hija importanti, hi ta' iktar importanza li l-gżira Għawdxija tkun sostennibli u kompetittiva waħedha. Dan ifisser li fejn hemm iċ-ċans l-Għawdxin jibqgħu Għawdex meta jiġu biex jaħdmu jew jieħdu xi servizzi, minflok kull darba jinżlu Malta. "Il-ħsieb tagħna hu li n-negozji kemm jista' jkun ninċentivawhom biex joperaw minn Għawdex ukoll u mhux Malta biss," sostniet Mallia. Għal darba oħra, Mallia ġabet eżempju bil-Genitourinary Clinic (GU) f 'Għawdex li skont hi tiaħ darbtejn fil-ġimgħa. omas "Kassandra" Mallia spjegat li Volt jaħdem biex tiżdied il-frekwenza li biha n-nies jistgħu jżuru l-klinika GU f 'Għawdex. "Darba wara nofsinhar kull ġimagħtejn mhix biżżejjed. Bħala minimu, għandu jkun hemm ġurnata sħiħa ta' disponibbiltà fil-ġimgħa u mbagħad tiżdied għal aktar," temmet tgħid. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Thomas "Kassandra" Mallia, kandidata ġdida għall-Partit Volt Malta fl-10 u l-11-il distrett Thomas "Kassandra" Mallia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022