Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 elezzjoni2022 IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum Is-saħħa mentali daqshekk is-Cindirella, l-abort dikriminalizzat u deputati full-time … L-ADPD twiegħed X'qed jipproponu l-ADPD fuq l-ambjent? Fuq l-istipdenji? Fuq l-abort u l-kontraċettivi ? U fuq is-saħħa mentali? Il-ġurnalista tal-ILLUM Anthea Cachia tagħti ħarsa lejn il-manifest ta' dan il-partit Finanzjament tal-Partiti… Tista' tagħti sa' €5,000 f'sena f'donazzjoni • L-ADPD temmen li l-Membri Parlamentari għandhom jaħdmu fuq bażi full- time u dan bil-għan li jiġi evitat il-kunflitt ta' interess bejn ir-responsabbiltajiet parlamentari, dawk professjonali jew dawk li jirriżultaw mix-xogħol. • Fuq din il-kwistjoni, l-Partit kompla jgħid li għandha tittejjeb il-liġi tal- finanzjament tal-partiti biex b'hekk tiġi eliminata l-possibilità li jkunu l-partiti politiċi stess li jirregolaw lilhom infushom permezz tal-Kummissjoni Elettorali. Dan filwaqt li jiġu regolati d-donazzjonijiet u għaldaqstant l-ADPD tipproponi li l-partiti ma jirċevux donazzjonijiet li jaqbżu l-€5,000 fis-sena minn persuna partikolari. L-ambjent u t-tibdil fil-klima… tidħol fi sħab mal-ġirien biex titri l-pannelli • Fejn għandu x'jaqsam l-ambjent u t-tibdil fil-klima, ADPD tipproponi 16-il miżura. Fost dawn hemm li kull bini pubbliku, kummerċjali u fabbriki jkunu wżati għall- ġenerazzjoni tal-enerġija mix-xemx kif ukoll li f 'żoni industrijali għandu jkun hemm installazzjonijiet ta' mikro-turbini tar-riħ. • Jemmnu li kull bini ġdid għandu jkun carbon neutral u jiġġenera l-enerġija kollha li jkollu bżonn kif ukoll li għandu jkun hemm moratorju fuq żidiet fl-għoli tal-bini biex ma jiġux affetwati l-użu tal-pannelli fotovoltajiċi. • • L-ADPD tipproponi wkoll li għandu jkun hemm skemi u qafas legali li jiffaċilità lis- sidien ta' appartamenti jidħlu fi sħab bħala sidien ta' pannelli fuq il-bejt tal-blokka tagħhom. • Tipproponi wkoll li kull kumpanija kbira, inkluż il-banek, kumpaniji tal-assigurazzjoni u tas-servizzi finanzjarji jkunu obbligati li juru kif bi ħsiebhom ibiddlu l-operat tagħhom biex tintlaħaq il-mira li jsiru żero-karboju qabel l-2050. • L-ADPD tgħid li għanda ssir aktar faċli li tuża r-roti, inkluż dawk elettriċi permezz ta' bicycle superhighways tul it-toroq ewlenin u prijorità lir-roti f 'żoni urbani. Apparti minn hekk tgħid li fi it snin kemm l-MCAST, l-Università, l-Junior College u l-Higher Secondary għandhom ikunu konnessi permezz ta' rottot siguri mal-lokalitajiet tal- madwar, b'parkeġġ adegwat għar-roti. • Fir-rigward ta' trasport pubbliku, l-ADPD tipproponi li l-vetturi tat-trasport pubbliku għandhom jaħdmu kollha bl-elettriku. Dan filwaqt li jipproponu skema komuni ta' tqassim ta' prodotti fil-ħwienet li jżidu l-effiċjenza u jnaqqsu t-traffiku fit-toroq. • Waħda mill-wegħdiet tal-ADPD hija li jissaħħu s-servizzi ta' traġitt bejn Malta u Għawdex billi jiġi estiż is-servizz tal-fast ferry u ma jibqax jopera biss mill- port il-Kbir. • Dan il-manifest qed jisħaq li għandu jieqaf il-proċess tal-ħolqien tal-mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex kif ukoll biex isir mitjar f 'Għawdex. • Il-Partit jgħid li Għawdex m'għandux jibqa' jiddependi daqs kemm hu bħalissa fuq is-servizz tas-saħħa f 'Malta billi isir it-titjib imwiegħed fl-isptar t'Għawdex. Proposti għal Għawdex … daqshekk mina! • Il-Partit tal-Ħodor jisħaq li se jkompli jinsisti għall-pagi ugwali għal xogħol ta' valur identitku (l-gender pay gap). • L-ADPD tisħaq bi sħiħ li l-prodotti essenjzali għall-mara biex taqdi l-ħtiġijiet santiraji tagħha fosthom it-tampuni u l-pads, m'għandhomx jibqgħu jkunu soġġetti għat-taxxa tal-VAT, magħrufa aħjar bħala t-taxxa r-roża. • Minn naħa l-oħra, f 'każijiet ta' separazzjoni l-ADPD tgħid li t-tendenza hi li l-ommijiet jingħataw iktar drittijiet milli jingħataw il-missirijiet. Dan huwa sforz tal-fatt li tradizzjonalment, il-missierijiet huma inqas involuti fit-trobbija tal-ulied mill-ommijiet. Għaldaqstant l-ADPD tgħid din il-prattika mill-qrati għandha tiġi riveduta biex, id-deċiżjonijiet fuq il-kura tat-tfal għandhom jitilqu mill-premessa li t-tfal għandhom bżonn taz-żewġ ġenituri tagħhom (shared parenting). L-ADPD tidhem li deċiżjonijiet simili għandhom jitteħdu fl-aħjar interess tal-minuri, skont il-każ individwali. In-nisa: daqshekk VAT fuq tampuni u pads u Shared Parenting • L-ADPD temmen li kontraċettivi, inkluż il-Morning Aer Pill għandhom jitqassmu b'xejn mis-servizz nazzjonali tas-saħħa. • "F'kaz ta' stupru u t-tqala sfurzata bi vjolenza, l-abort hu ġustifikat li jsir u dan għandu jsir fil-fażi l-iktar kmieni possibbli tat-tqala. Mara li għaddiet minn vjolenza ma tistax u m'għandhiex issib il-liġi bojja lesta biex tikkastigaha, għax inkella tispiċċa soġġetta għal vjolenza doppja," qalet l-ADPD. • L-edukazzjoni sesswali għandha tkun mandatorja fl-iskejjel kollha. Din għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar relazzjonijiet LGBTIQ+. • Il-klinika Genitourinary (GU) jeħtieġilha żieda sostanzjali fil-finanzjament tagħha biex tkun effettiva u tlaħħaq mal-ħtiġijiet mediċi tal-komunitajiet kollha. B'mod partikolari jinħtieġu iktar tobba imħarrġa fuq il-prevenzjoni u l-kura ta' mard trażmess sesswalment. Drittijiet dwar is-saħħa sesswali … abort f'każ ta' stupru għandu jitħalla jsir L-edukazzjoni: kurrikulu varjat u stipendji ogħla • L-ADPD tisħaq li l-edukaturi ma jibqgħux jiġu trattati ta' technicians li jimplimentaw dak li jgħaddilhom ħaddieħor. "Dak li jsib postu fil-kurrikulu qatt ma jista' jitqies bħala innoċenti u newtrali u għaldaqstant, il-ħsieb kritiku fl-iskejjel nfushom li jfittex spazji kurrikulari huwa kruċjali." • L-istipendji, kemm dawk tal-Univeristà kif ukoll tal-MCAST għandhom jissaħħu u għandhom jinġiebu f 'ekwivalenza għal nofs il-paga minima nazzjonali. Is-saħħa mentali … "is-Cindirella tas-servizz tas-saħħa" • Bżonn ta' iktar emfasi u riżorsi allokati għas-saħħa mentali għax skont l-ADPD dan is- servizz "qisu is-Cindirella tas-servizz tas-saħħa". Għaldaqstant l-ADPD tipproponi sptar ġdid minflok l-isptar Monte Carmeli. • Aktar għajnuna lill-Fondazzjoni Richmond. L-ADPD twiegħed sheltered homes, • L-ADPD tisħaq li għal dawk li jaħdmu fis-servizzi tas-saħħa, paga aħjar hi biss parti mis- soluzzjoni. Għalhekk, l-ADPD qed tipproponi li dawn l-individwi għandhom jegħlbu d-diffikultajiet personali li jiffaċċjaw fuq il-post tax-xogħol permezz ta' servizz dedikat biex jgħin lil dawn l-individwi. • Dan il-partit jemmen li fil-każ ta' mediċini tal-kanċer, ħafna minn dawn jinxtraw mill- Community Chest Fund Foundation u għalhekk l-ADPD temmen li l-ispiża għas- servizzi tas-saħħa m'għandhiex tkun dipendenti fuq il-karità u l-ġbir. • Il-prattika li jkun riutat donazzjoni ta' demm mill-komunità gay għandha tieqaf minnufih.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022