Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 'L-uniku mod kif żviluppaturi kbar jinżammu taħt kontroll huwa billi n-nies jivvutaw għal dan' "Il-lokalitajiet ta' madwar Tas-Sliema, San Ġiljan, Pembroke u l-Gżira, li jiffurmaw parti mill-10 distrett elettorali, raw assalt kbir mill-iżviluppaturi fuq id-dritt tar- residenti li jgawdu djarhom f 'ambjent paċifiku u nadif. Għal darb'oħra, taħt Gvernijiet suċċessivi, żviluppaturi kbar ingħataw l-libertà kollha biex jibnu proġetti massivi dejjem inqas sostenibbli u li jiksru b'mod sfaċċat id-drittijiet tar- residenti." Dan qalu l-kandidat Arnold Cassola li semma lista ta' inkonvenjenzi li r-residenti jridu jiffaċċjaw. Xi wħud mill-eżempji li ġab Cassola tal- problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti huma: L-istorbju mis-siti tal-bini f 'kull ħin tal-ġurnata, it-trab u forom oħra ta' tniġġis, il-ħsara lill-proprjetà tal-madwar u lill-infrastruttura pubblika u s-servizzi marbuta mal-bini għoli, li bdew jolqtu bil- kbir id-drittijiet tal-ġirien li jużaw is-soqfa tagħhom għall-pannelli solari. "Huwa ċar li għal darb'oħra, l-ambjent u d-drittijiet taċ-ċittadini ordinarji huma rrelegati għas-serje B, bi żviluppatur għani bħal Joseph Portelli li pubblikament u bil- miuħ jiaħar li jiffinanzja l-partiti politiċi ewlenin, " qal il-Prof. Cassola. Cassola sellem lil dawk il-kunsilli lokali, NGOs u residenti li ngħaqdu flimkien biex jopponu proġetti mhux sostenibbli f 'dawn il-lokalitajiet, bħal fil-każ tal-ITS ta' Pembroke, li jgħid illi ngħata biċ-ċiċri mill- Gvern lil Silvio Debono tad-DB. Innota li filwaqt li kien hemm xi suċċessi wara protesti qawwija, bħall-irtirar ta' proposta biex jinbena landing stage għal-laneċ fil- Balluta, kien hemm ukoll telfiet kbar. "Għandu jidher ċar għal kulħadd li minkejja l-bidliet fil-Gvernijiet, il-bidliet fl-awtoritajiet regolatorji u l-introduzzjoni ta' awtoritajiet ambjentali ġodda, is- sitwazzjoni ma tjebitx, anzi marret ħafna għall-agħar. Għal darb'oħra huwa ċar ħafna li l-uniku mod kif l-iżviluppaturi qawwija jinżammu taħt kontroll huwa billi n-nies jivvutaw għal dan," sostna Cassola li fil-fatt se jkun kandidat kemm fl-10 kif ukoll fil- 11-il distrett. Huwa ħeġġeġ lin-nies biex jivvutaw għal kandidati indipendenti u ta' terzi partiti li jkunu tkellmu favur l-ambjent tul ħajjithom, ma jkunux fil-bwiet tal-iżviluppaturi u li għandhom ir-rieda u l-kredibbiltà li jipproteġu l-ambjent u d-drittijiet tar- residenti, permezz ta' azzjoni konkreta u diretta, qal Cassola. Il-Professur Cassola stqarr li l-manifest tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li ġejja jindirizza dawn il-kwistjonijiet b'mod ċar. "Is-sbuħija naturali ta' pajjiżna, l-ispazji pubbliċi miuħa u l-binjiet storiċi tagħna qed jintilfu. Qed jiġu midfuna u moħbija taħt mostri ta' 20-30 sular, li qed jinbnew mingħajr pjan nazzjonali ġenerali, mingħajr ebda kriterji sostenibbli u mingħajr ma jsiru studji ġeoloġiċi serji minn qabel. Aħna fid-dover li nħarsu l-wirt kulturali tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri Maltin u għall-umanità, in ġenerali. Għal dawn ir-raġunijiet, qed nipproponi moratorja ta' sentejn fuq highrises, sabiex nirriflettu fuq l-iżbalji tal-passat u nippjanaw bil-għaqal għall-futur," temm jgħid Cassola.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022