Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum B ' V I Ż J O N I G Ħ A L L - F U T U R KANDITAT TAL-PARTIT LABURISTA GĦALL-10 U GĦAT-12 DISTRETT F L I M K I E N N I B N U F U T U R dariovella014 +356 77 220 203 info@velladario.com VelDario 'Mhux aċċettabbli li f'pajjiż suppost ċivilizzat ikun is- servizz tas-saħħa stess li jwassal lin-nisa f'xifer il-mewt' Il-Partit ADPD jisħaq li hemm ħtieġa urgenti li ssir enfasi ikbar fuq l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u reproduttiva fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva sabiex "insaħħu sens ta' responsabbiltà ta' kulħadd." Dan intqal miċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo waqt konferenza stampa l-Belt Valletta ilbieraħ filgħodu, fejn tkellem dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva. Huwa qal li "dwar l-abort il-Partit tal-Ħodor qiegħed jagħmel żewġ proposti ċari." "L-ewwel li jkun hemm dikriminalizzazzjoni. L-ebda mara li tagħmel abort, irrispettivament mir-raġuni, ma' għandha tkun ittrattata kriminalment," saħaq Cacopardo. Huwa stqarr illi mara li tagħmel abort ikollha bżonn l-għajnuna u mhux persekuzzjoni filwaqt li hu neċessarju li s-soċjetà turi empatija." emfasizza Cacopardo. Emfasizza li l-empatija waħedha pero' mhiex biżżejjed u jeħtieġ li tkun tradotta f 'azzjoni speċifika. Dik li titneħħa mill- kodiċi kriminali t-theddida ta' azzjoni kriminali. "Dan ikun sinjal ċar tas-soċjetà tagħna, li hemm il-volontà li ngħinu lil kull mara li tiffaċċa diffikultajiet waqt it-tqala," qal miċ-Chairperson tal- ADPD. It-tieni proposta hi dwar il- miżuri mediċi fil-konfront ta' kumplikazzjonijiet fit-tqala li skont l-ADPD m'hemmx ċarizza dwarhom. "Aħna qed nipproponu li din in-nuqqas ta' ċarezza ma tibqax. Il-liġi teħtieġ emendi ċari biex ikun ċar dwar x'interventi mediċi jistgħu jsiru waqt tqala li tkun qed tipperikola l-ħajja ta' mara tqila," insista Carmel Cacopardo. Huwa qal kif għalkemm s'issa f 'Malta ma kellna l-ebda mewt li jafu biha riżultat ta' kumplikazzjonijiet fit-tqala, "l-informazzjoni mingħand it- tobba turi li kien hemm diversi każi fejn konna viċin ħafna." Każ partikolari li Carmel Cacopardo semma waqt il- konferenza u anke fid-dibattitu li seħħ il-Ħamis mill-KSU huwa l-każ ta' Maltija-Kanadiża li t-tobba f 'Mater Dei irriutaw li jintervjenu. Hi kellha tkun evakwata fi klinika Parigi b'abulanza tal-ajru bl-appoġġ tal- insurance tagħha. Dan huwa każ li jmur lura għall-2019. "Mhux aċċettabbli li f 'pajjiż suppost ċivilizzat ikun is-servizz tas-saħħa li jwasslu n-nisa f 'xifer il-mewt," temm jgħid Cacopardo. 'Is-saħħa mentali kultant qisha is-Cinderella tas-servizz tas-saħħa' Fl-istess konferenza tkellem kandidat ieħor tal-ADPD, Anthony Buttiġieġ li se jkun qed joħroġ fuq l-ewwel u l-10 Distrett. Għaldaqstant huwa tkellem dwar is-saħħa mentali fejn irrefera għaliha bħala "is-Cinderella tas- servizz tas-saħħa." "Tul il-pandemija tal- COVID-19 kien hemm pandemija oħra, dik ta' saħħa mentali. Rajna żieda enormi ta' kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, bis-servizzi li noffru ovvju li mhux biżżejjed. Dan qed jirrifletti ruħu dejjem iktar fi problemi ta' saħħa mentali fil-komunità," qal Buttiġieġ. Huwa saħħaq li hemm ħtieġa dejjem ikbar ta' investiment fis- saħħa mentali b'servizz aħjar fil- komunità. Fil-fatt hu żied jgħid li "meħtieġ bla aktar dewmien sptar ġdid flok l-isptar Monte Carmeli b'faċilitajiet moderni u dinjitużi għal każijiet akuti ta' saħħa mentali.Filwaqt li l-Fondazzjoni Richmond u organizazzjonijiet oħrajn mhux governattivi li jaħdmu favur is-saħħa mentali fil-komunità jeħtieġu iktar għajnuna." Iċ-Chairperson tal-ADPD u kandidat fuq ir-raba' u d-disa' distrett

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022