Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

19 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 it-trasport tal-massa ... wieħed nefaq u l-oħrajn wikkewna bl-Arriva' kapriċċ tal-mara. Ħadd ma jqum filgħodu u jiddeċiedi jagħmel abort b'kapriċċ" qalet Gauci mal-ILLUM. Tenniet li l-abort huwa trawma, kemm fiżika u anke psikoloġika, pero' tinsisti li ma nistgħux ninjoraw lin-nies li jagħmlu l-abort. "X'jiġifieri hemm nisa li jkorru, u għax il-fetu ma ġiex 'expelled' waħdu, it-tobba ma jistgħux imissuha, għax jiġi abort skont il- liġi? Allura l-mara qegħda hemm tirriskja Sepsis għax il-liġi Maltija mhux tipproteġiha, qed tipproteġi fetu mejjet, għax jekk inti korrejt, il-fetu miet. Allura fetu mejjet aqwa minn mara?" Għall-ADPD, meta tkun tqala mhux vijabbli, tqala frott ta' stupru jew frott ta' inċest, l-abort għandu jkun legalizzat għax Gauci tgħid illi ma jemmnux fit-tiketti ta' "qaħba għax aħt saqajk" malli mara turi li għandha l-bżonn ta' abort. Prostituzzjoni: 'Jekk mhux tiġi imposta fuqha, għalija mhux problema' Induru fuq il-prostituzzjoni. Il-kandidata tal-ADPD qalet li jekk mara ta' eta' legali tagħżel li tkun prostituta minn jeddha, m'għandhiex problema biha, iżda l-mument li xi ħadd jisforzaha hemmekk ikollha problema. Fl-opinjoni tagħha, il-pimp għandu jkun illegali iżda x-xogħol għandu jibqa' legali jekk hemm persuni interessati jkunu fih. Dan filwaqt li prostituti li jagħżlu jagħmlu dan ix-xogħol, jinatgħu post sigur fejn jiġu ttestjati regolarment għall-mard sesswali. "Ġieli kellmuni nies b'diżabilità u jgħiduli li n-nisa jittratawhom qishom pupi u li huma wkoll għandhom in-neċċesitajiet sesswali tagħhom. Domanda għas-sex workers hawn. Issa jekk il-fornitura tkun regolarizzata, l-prostituta tħallas it-taxxa, tieħu ħsieb saħħitha, naħseb iva mhux xi ħaġa daqshekk ta' skandlu." Il-gazzetta ILLUM tistaqsi: 'U l-femiċidju? Ivvintaw il-kunċett in-nisa biex iħossuhom speċjali?' Inkwetata, imma fl-istess ħin kemmxejn irrabjata, Gauci meta mistoqsija dwar il-kunċett ta' femiċidju wieġbet lill-gazzetta ILLUM, "qed joqtlu mara fix- xahar ta! Inqatlet mara f 'Jannar u oħra fi Frar, min imissu f 'Marzu?" Filwaqt li tirrikonoxxi li jeżistu irġiel li huma abbużati min-nisa ma taqbilx ma rġiel li jipprovaw jisirqu n-narrativa meta jgħidu "mhux l-irġiel kollha l-istess," għax skont hi bħalissa n-nisa qed imutu mill-irġiel, mhux bil- kontra. "Nofs il-popolazzjoni nisa. Min qiegħed fix-xifer tal-irdum bħalissa? Dik li tmur ix-xogħol b'għajna mbenġla u tgħid lil kollegi li baqgħet dieħla ġo bieb? Dik li qegħda imbeżża d-dar għax ir-raġel tagħha qed jagħtiha b'kull ħaġa li jsib f 'idejh? Min? Min imissu?" tistaqsi Gauci. Insistiet li l-problema hi kbira speċjalment għal pajjiż daqshekk żgħir u l-biżà tagħha hi li "niġu biex nitkellmu xahar ieħor u tkun inqatlet mara oħra." Il-gazzetta ILLUM għalhekk staqsietha: "Taqbel li l-femiċidju issa ġie rrikonoxut mill-Kodiċi Kriminali?" Hija tgħid li kien pass tajjeb imma ma jridx ikun biss kożmetiku. Tibżà li kienet biss opportunità oħra sabiex jinġabru iktar voti għax meta titkellem man-nies xorta ma jħossuhomx siguri. "Issa imbilli għamilna liġi? Tmur tirraporta u ma jagħti kasek ħadd. Mur staqsi lin- nisa li jgħaddu minnha. X'tasal tagħmel iktar jekk min suppost jgħinek qed idawwar dahru?" qalet mal-ILLUM. Gauci hawn ġibdet l-attenzjoni li Rita Ellul, l-aħħar vittma ta' vjolenza domestika, "kienet għadha tinżel u titla l-Qorti għax kellha każijiet ta' vjolenza domestika mal-bniedem li issa qatilha." RITRATT: JAMES BIANCHI Ejja nġegħluhom isallu u tellgħu lili, għax jien bla kantunieri u li għandi ngħid, ngħidu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022