Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum 'Lit-tnejn ma nafdahomx fuq it-trasport €700 miljun u bqajna fit-traffiku u MARIANNA CALLEJA Għalliema iżda famuża l-iktar għall-filmati tagħha ta' kull ġimgħa bl-isem ta' ABŻ News, il-kandidata ġdida tal-ADPD, Sandra Gauci lesta biex tidħol il-Parlament f 'isem "it-tielet Partit." Hija qalet mal-ILLUM kif il-partiti hekk meqjusa "kbar" ilhom jirreċtaw reċta bejniethom, li qed tħallihom bil-flus fil-but u għalhekk qed ibeżżgħu lin-nies illi vot lill- partiti ż-żgħar "huwa vot moħli." Filwaqt li ċċarat li l-cross voting ma jeħli ebda vot, hija stqarret li wasal iż-żmien li xi ħadd jidħol fil-Parlament u "joqgħodilhom għassa." Hawn fejn Gauci tappella lill-poplu biex jivvota lilha u lill- partit tagħha. "Ejja nġegħluhom isallu u tellgħu lili, ħalli nkun dak il-fattur li jdejjaqhom, għax ma nibżax u jekk ikolli ngħid xi ħaġa, naqbad u ngħidha," qalet Sandra Gauci mal- ILLUM. L-ILLUM pero' staqsiet lil Gauci dwar diversi temi kontroversjali oħra, bħal l-abort, l-għoli tal-ħajja u anke dwar dak li bosta qed isejħu bħala "l-bżar fl-għajnejn" fejn jidħol l-ambjent u ż-żewġ partiti l-kbar. Gauci ma taqbilx mal-mina, tgħid li 'mil-lat ambjentali se tkun diżastruża' L-ADPD huma l-iktar sinonimi mal-ambjent u bla dubju li din hija l-aktar kwistjoni li fuqha l-partit hekk imsejjaħ "tal-Ħodor" huwa b'saħħtu. Huwa għalhekk li kien mistenni li Gauci twieġeb mal- ewwel 'le' meta mistoqsija mill- gazzetta dwar il-mina bejn Malta u Għawdex. Hija sostniet mal-ILLUM li l-gżira ta' Għawdex għandha tibqa' kif inhi u li l-mina nnifisha mil- lat ambjentali "se tkun xi ħaġa sempliċiment diżastruża." Hija qalet ukoll li f 'dan l-istadju, aħjar ninfurzaw il-konnetività bejn il- gżejjer permezz tal-vapuri stess, anke jekk hemm bżonn jiżdiedu aktar vapuri. Qalet li proġett bħal mina se jkun biss "flejjes li ma nafux fejn sejrin" apparti li frankament ma nafdax lil min lanqas hu kapaċi jirranġa ħofra fit-triq u issa jrid jagħmel mina taħt il-baħar." Mistoqsija mill-ILLUM jekk taqbilx mal-idea li Għawdex innifsu jsir sostenibbli u kompetittiv waħdu, hija tgħid li fuq il-karta l-idea tidher sabiħa iżda tisħaq li xorta jrid iseħħ studju qabel ma tittieħed deċiżjoni. Fost l-impjiegi li Gauci tħossha xettika li jirnexxu f 'sistema fejn il-gżira oħt tkun aktar ekonomikament awtonoma, hija semmiet lill-għalliema u lill- infermiera, għax tibża li mhux kull Għawdxi li jiggradwa f 'dawn is- setturi se jkun kapaċi jsib xogħol f 'Għawdex. Intant hija tgħid li taqbel mal- kunċetti kemm ta' telework u anke ta' remote-working, fejn l-Għawdxin ma jkollhomx għalfejn jinżlu Malta biex jaħdmu jekk il- kumpanija ma toperax f 'Għawdex. Hija tgħid li l-pandemija sforzat lill-pajjiż biex jitgħallem ħafna f 'dan ir-rigward u qalet ukoll li jkun ħasra jekk jintesà kull ma tgħallimna s'issa. 'Mill-Ajruport għal Buġibba tagħmel is-seba' visti. Min għamilhom dawn ir-rotot?' L-ILLUM staqsiet lil Sandra Gauci dwar it-trasport pubbliku. Tajjeb ngħidu li Gauci ma ssuqx u tmur kullimkien b'tal-linja. Hija xi ħaġa li hija pubblikament titkellem dwarha, speċjalment meta issib ruħa f 'xi "rotta redikola." Waqt li kienet qed tispjega li l-problema bit-trasport qatt ma kienet il-flus iżda l-effiċjenza, hija irrakontat kif riċentament rikbet fuq l-X3 biex mill-ajruport tmur f 'Buġibba. Dan il-vjaġġ kompla jikkonferma għal Gauci li tal-linja nieqsa ħafna mill-effiċjenza. "Għalfejn għandi nagħmel is- seba' visti jekk jien irrid inmur Buġibba? Min jagħmilhom dawn ir-rotot? Żgur kien xi ħadd li qatt ma' tela' tal-linja. Aħna ma nirkbux tal-linja għall-gost," qalet Gauci. Sostniet li la s-servizz tat-trasport pubbliku hu dak li hu, "ovvja li n-nies jagħżlu karozza." Fl-istess waqt, skont hi, l-karozzi u t-traffiku f 'Malta qed joħolqu ħafna stress. "Qed ikollna n-nies diġà qed jaslu x-xogħol għajjenin u irrabjati. Ma tistax tmur ix-xogħol diġà rrabjat jew taħsiblu minn sagħtejn qabel biex żgur tasal. Għalfejn trid taħsiblu qabel jekk id-distanzi huma ċuċata?" kompliet Gauci. Hija qalet mal-ILLUM li dan kollu beda' mill-mument li daħlu l-Arriva f 'Malta, għax fi kliemha r-rotot l-antiki kienu tajbin. Qalet ukoll li l-ADPD qed jagħfas kemm għal aktar rotot kif ukoll għal aktar karozzi kull siegħa, speċjalment għal postijiet l-iktar frekwentati bħall-isptar Mater Dei u l-Belt Valletta. 'It-tnejn ma nafdahomx' Mistoqsija mill-ILLUM jekk taqbilx mal-metro jew mat-tramm bħala trasport alternattiv, fil-pront wieġbet "it-tnejn ma nafdahomx." "Jaħasra nefaq €700 miljun fuq it-toroq u xorta bqajna fi traffiku u diżastru, dan se nafdah jagħmel il-metro taħt l-art? Jekk il-Partit Nazzjonalista jagħmel it-tramm, dan l-istess partit, iva orrajt forsi nies differenti, imma dawn l-istess partit li wikkewna bl-Arriva!" Il-kandidata tal-Ħodor qalet li l-problema taż-żewġ partiti hi li mhumiex iħossu l-polz tan-nies. Hija qalet li min wiegħed dawn il-proposti qiegħed juri biċ-ċar illi qed isuq fil-karozza tiegħu u ma jagħrafx x'inhuma r-realtajiet tan- nies. "In-nies riedu li wara €700 miljun moħlija fuq infrastruttura, min ikollu rota jista' jużaha mingħajr ma jittajjar u li persuna bis-siġġu tar-roti juża' l-bankina. Għal dawn in-nies qatt ma naħsbu?" Gauci għandha teorija li dawn il-proposti se jispiċċaw fuq xkaffa minsija għal kuntrarju tal-Marina f 'Wied il-Għajn. Il-gazzetta ILLUM staqsitha għaliex taħseb hekk u Gauci dlonk wieġbet, "tinsiex li aħna qed nitkellmu mal-avukati. Avukat juża' kliem bħal "shelved" bl-ingliż jew "twarrab" bil-Malti. Dan minflok "scrapped" fil-każ Ingliż jew "twaqqaf " bil-Malti." Fuq dan hi temmet għid li għalkemm titlob li "l-bambin jilluminahom imma hemm wisq x'jintilef. Indunaw li se jitilfu ħafna voti fid-distretti li huma tradizzjonalment Laburisti u qalu ejja nħalluhom kwieti għalissa." Għal Gauci, 'l-abort huwa kura' u l-prostituzzjoni 'mhux ħażin għall-aħħar' L-ADPD huwa wieħed minn żewġ partiti li huma favur l-għażla, huma flimkien mal-partit Volt Malta niżlu l-abort fil-manifest elettorali, fejn jgħidu li l-abort għandu jkun dekriminilizat. Fid-dawl ta' dan Gauci temmen li l-mentalità ta' "le għal-abort akkost ta' kollox," ġejja min-nuqqas kbir u serju ta' informazzjoni influwenzata wkoll mill-kultura reliġjuża tal- pajjiż. Irrakkontat kif fi żmien li hi kienet studenta, l-għalliema kienu jgħallmu biss dwar l-abort waqt il-lezzjoni tar-reliġjon. Dan filwaqt li qalet illi għalkemm dan iż-żmien jiġi mgħallem fil-PSED, "l-għalliema tgħallem skont il- perċezzjoni tagħha fuq is-suġġett waqt li ssib min ikun maħkum mill- biża' li qed jgħallem suġġett illegali." Kompliet tgħid li minkejja li għadu saħansitra jintwera' l-film 'e Silent Scream' fl-iskejjel, l-abort mhux kif jaħsbu n-nies. "L-idea tal-abort mhix ċara, jgħidulek l-abort qtil għax tqattigħ u tbiċċir imma mis-70ijiet 'l hawn l-affarijiet inbiddlu. Dan mhux Voċifera fuq kwistjonijiet tan-nisa, bla kantunieri, xebbawha il-PL u l-PN u issa kandidata mal-ADPD. Il-gazzetta ILLUM tintervista lil Sandra Gauci Sandra Gauci (kandidata għall-Partit ADPD fis-sitt ut-12-il distrett)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022