Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404
28 Ħames snin ta' ħidma bla waqfien! L -esperjenza parlamen- tari minn meta ġejt elett l-ewwel darba 30 sena ilu kompliet tgħinni biex inkun kapaċi nieħu dawk id-deċizjonijiet neċessarji biex intejjeb ħajjet in-nies f 'kull re- sponsabbiltà ministerjali li b'lealtà ħdimt taħt 3 Prim Ministri. L-ewwel responsabbiltà li kelli fl-2013 kienet dik tal-Ippjanar, meqjusa bħala waħda mill-kawzi prinċipali li tellfet l-elezzjoni lill- Gvern Nazzjonalista. Daħħalna traħħis sostanzjali fit-tariffi u ntroduċejna regolamenti ġodda u tejjibna oħrajn fl-interess tan-nies. Fl-2014, fl-irwol tiegħi ta' Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, introduċejt ir-riforma tal-pensjonijiet li wasslet għal zidiet sostanzjali sena wara l-oħra lill-pensjonanti apparti ż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja. Dawn iż-żidiet sostanzjali lill-pensjonanti flimkien ma' deċizjonijiet oħra meħuda mill-Ministeru, bħal tapering of benefits u l-Inwork Benefits u dawk meħudin mill-Gvern Laburista, b'mod speċjali t-traħħis fit-tariffi tad-dawl, wasslu biex jonqsu l-persuni fir-riskju ta' faqar u dawk fil-faqar materjali. Fl-istess ħin, daħħalna credits tal-kontribuzzjonijiet soċjali għall-istudenti waqt li jkomplu jistudjaw f 'kull livell wara l-iskola sekondarja. Dawn il-credits iddaħħlu wkoll għal nisa li wara li jwelldu, jieħdu ħsieb lil uliedhom qabel jirritornaw fid-dinja tax- xogħol. Rizultat ta' hekk bdew igawdu minn pensjoni sħiħa kemm ommijiet u kemm professjonisti. Sadanittant, tneħħiet it-taxxa fuq il-pensjonijiet. Persuni b'diżabilità li ma jistgħux jidħlu jaħdmu bdew jingħataw il-paga minima. Identifikajna setturi ta' ħaddiema li kienu sofrew inġustizzji fosthom tal-eks korpi u tajnihom kumpens sena wara l-oħra. Fl-istess ħin il-pulizija ngħataw il-kumpens għall- overtime li kienu ħadmu u Gvern Nazzjonalista ma ħallas qatt . Fis-settur tal-Housing flimkien mat-tim tiegħi, ikkonkludejna ehim ta' investiment ta' €58 miljun mal-European Investment Bank u l-Council of Europe Bank biex jinbnew aktar minn 700 appartament, proġett li beda fuq diversi siti fl-2016. Ilħaqna ehim mal-Caritas biex jitwaqqaf ċentru għar- riabilitazzjoni ta' adolexxenti bil- vizzju tad-droga u mġieba diffiċli. Wara l-elezzjoni tal-2017, fir-rwol ta' Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, ilħaqna l-ewwel ehim kollettiv għall- pulizija wara li membri tal-korpi dixxiplinati tħallew isiru membri ta' unjin. Introduċejna assikurazzjoni għall-membri kollha tal-korpi dixxiplinati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol. Assigurajna li l-vetturi li jinxtraw għall-korpi dixxiplinati jkunu kollha ġodda filwaqt li l-ħaddiema bdew jingħataw ilbies protettiv tal-għola kwalità. Bdejna proġett pilota tal-pulizija fil-komunità fil-Mellieħa. Dan il-proġett kien suċċess u hu ttamat li fil-futur qrib kull belt u raħal ikollu dan is-servizz ta' sigurtà. Irnexxielna li mhux biss indaħħlu d-dixxiplina fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u tista' tgħid li qridna d-droga, izda tejjibna l-kwalità tal-ikel u nħolqu aktar opportunitajiet biex il-ħabsin f 'ċerti diviżjonijiet joħorġu jaħdmu jew jattendu istituti edukattivi. Fir-rwol tiegħi ta' Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma assigurajna li t-tariffi tal-elettriku u taċ-ċilindri tal-gass jibqgħu stabbli filwaqt li l-prezz tal-petrol u d-dijzil traħħsu b'7 ċentezmi għal kull litru. Sadanittant tellaqna proġett ta' €130 miljun fuq tliet snin biex titjieb il-kwalità u tissaħħaħ id- distribuzzjoni tal-ilma kif ukoll is-sistema tad-drenaġġ u n-New Water. Fl-istess ħin tkompliet il- ħidma tant importanti fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Fl-aħħar sena ġejt fdat bil- qasam tal-anzjani. Irnexxielna nagħtu t-tilqima tal-vaċċin lil kwazi kull anzjan fir-residenzi tal- anzjani u fid-djar fil-komunità lil dawk li ma jistgħux joħorġu minn darhom. Għamilna evalwazzjoni u tejjibna s-servizzi ezistenti u bdejna oħrajn ġodda biex l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità. Fl-istess ħin ħadna ħsieb biex noħorġu standards għola għad-djar tal-anzjani filwaqt li bdilna San Vinċenz de Paul minn residenza għal anzjani b'dipendenza għolja għal ċentru ta' eċċellenza ta' kura, investigazzjoni medika u riċerka. Tajna spinta b'diversi servizzi għall-persuni bid-dimensja permezz tat-Telecare on the Move, l-ewwel ċentru fid-dinja ta' respite matul il-jum u bil- lejl. Komunitajiet li jagħrfu kif jgħinu persuni bid-dimensja u ntroduċejna taħriġ online lill- qraba ta' persuni bid-dimensja wara ehim mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Bdejna bit-twaqqiegħ u bini mill-ġdid tal-binjiet tal-anzjani biex il-gvern jissettja l-ogħla standards f 'dan is-settur. Dawn kienu deċiżjonijiet l-aktar importanti minn ħafna oħrajn li flimkien mat-tim tiegħi ħadna fl-interess tan-nies. Bdilna San Vinċenz de Paul minn residenza għal anzjani b'dipendenza għolja għal ċentru ta' eċċellenza ta' kura, investigazzjoni medika u riċerka elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum Michael Farrugia Michael Farrugia huwa l-Ministru għall-Anzjani u Anzjanità Attiva