Illum previous editions

ILLUM 24 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

fin-nofsinhar - speċjalment f 'lokalità bħal Birżebbuġa, fejn sar piċċ tal-futbol, piċċ tal-waterpolo, toroq, beda il-proġett tax-Shore- to-ship, l-ewwel promenade fil- Qajjenza u ingħalaq l-impjant taż-żejt. Dan apparti wegħdi ta' proġetti minflok il-pont tax-shell u anke minflok l-impjant tal-gass fil- Qajjenza u family park b'Bengħisa. Imma l-Gvern fil-fatt wettaq diversi proġetti oħrajn: Skola primarja u piċċ tal-futbol f 'Wied il- Għajn, fejn il-Gvern ta' Abela kien ikkritikat - għalkemm imbagħad waqqaf - il-bini ta' marina, it- terminazzjoni tal-operat tal-Power Station tal-Marsa u t-tneħħija taċ- ċmieni u l-użu tal-Heavy Fuel Oil, bl-eliminazzjoni tat-trab iswed li kien problema kbira fl-inħawi, it-tlestija tal-proġett ta' Dock 1 f 'Bormla li kien tħalla għal rieħu mill-Gvern tal-PN, l-għeluq tal- Power Station ta' Delimara u proġetti kbar ta' toroq, primarjament dak tal-Marsa Junction u Triq Aldo Moro, l-Underpass u t-toroq ħdejn Santa Luċija u l-proġett tat- triq f 'Ħal Luqa. U l-lista fil-verità tkompli b'bidliet u titjib fil-qalba tal-irħula, minn pjazza ġdida u toroq arterjali fl-Imqabba, għall- pjazza ta' Raħal Ġdid u promenade f 'Wied iż-Żurrieq kif ukoll l-għeluq tal-Miżbla ta' Wied Fulija, li inbidlet f 'Family Park. 3 - Il-Partit Laburista kellu kandidatura b'saħħitha immens, speċjalment fuq it-Tieni, il- Ħames u s-Sitt Distretti fejn kellek elenku qawwi ta' Ministri li kienu organizzati, li kellhom uffiċini u kuntatt ma jiqafx man- nies u li kienu jafu sew fejn huma l-problemi u x'inhuma dawn il- problemi. Il-kandidatura kienet ukoll diversa ħafna: Mill-Ministru li jgħin soċjetajiet tal-banda u l-festi - tant popolari f 'dawn id-distretti, għal kandidati iktar voċiferi fuq l-ambjent u oħrajn diġà stabbiliti bħala Sindki, kif ukoll kandidati li ġejjin minn negozju jew oħrajn b'xejra aktar teknokratika. Il-PN kellu lista ta' kandidati li ma kinitx b'saħħitha biżżejjed. Tilef lil Claudio Grech fl-Ewwel Distrett, kellu lista limitata ħafna fit-tieni u t-tielet distretti u fil-Ħames distrett tilef ukoll lil Hermann Schiavone, li kien xi it jew wisq stabbilit. Ir-riżultat juri illi l-kandidatura, anke jekk kellha xi uċuħ ġodda, ma kellhiex għeruq fondi u b'saħħithom biżżejjed biex tilqa' għall-interessi lokali u settorjali ta' diversi votanti. Naturalment il-kandidatura tal- PL fin-nofsinhar kienet imbuttata 'l quddiem b'Ministri bħal Chris Fearne, Silvio Schembri, Ian Borg, Roderick Galdes, Clyde Caruana, Miriam Dalli, Owen Bonnici, Byron Camilleri flimkien ma' persuni ġodda bħal Jonathan Attard, Alison Zerafa Civelli, Keith Azzopardi Tanti u Oliver Scilcuna - li lkoll offrew taħlita ta' esperjenza, għeruq fondi, uċuh ġodda u kuntatti estensivi flimkien mal-poter meħtieġ biex nies jiġu mgħejjuna/moqdija f 'xi problema li setgħu kellhom. Il-PN ma kellux din it-taħlita, għajr f 'dawk id-distretti tradizzjonalment PN. Biex tgħaxxaq minn dawn id- distretti l-PN tilef ukoll lil Clyde Puli u lil Mario Galea, b'dan tal- aħħar saħansitra jgħid illi l-PN għamillu ħajtu infern. Dwar dan il-punt ta' min wieħed jiftakar li l-PN kellu lista ta' heavyweights f 'dawn is-sitt distretti li ma ġewx mibdulin f 'heavyweights ġodda. Qed nirreferu għal elenku sħiħ ta' eks Kandidati Nazzjonalisti, fosthom l-eks Ministri Ninu Zammit, Louis Galea, Helen D'Amato, l-eks Deputat Franco Debono, l-eks Ministru Austin Gatt u l-eks Ministri/ Segretarji Parlamentari Jesmond Mugliette, George Hyzler, John Dalli, Frans Agius u Antoine Mifsud Bonnici. 4 - Il-Ħames Distrett huwa b'saħħtu f 'termini ta' kaċċa. id-deċiżjoni tal-Gvern li jippermetti ll-kaċċa għall- gamiema wara snin ta' moratorju u l-fatt li l-Gvern - speċjalment il-Ministru Clint Camilleri - għamluha ċara ħafna li huma jinsabu fuq in-naħa tagħhom għen biex dan il-vot jissaħħaħ favur il-PL. Il-PN mill-ġdid, fuq dan is- suġġett, it li xejn kien preżenti u b'saħħtu. L-istess is-sajjieda: Il- PL kellu kandidata (Alicia Bugeja Said) li kellha għeruq u familjarità qawwija ma' dan is-settur. L-istess il-festi, b'numru kbir ta' festi u dilettanti f 'dawn id-distretti. Il- Ministri u l-Partit Laburista kien viżibbli fil-proċess ta' għajnuniet, għotijiet u inizjattivi lis-soċjetajiet tal-banda u għaqdiet tal-festi, anke waqt il-pandemija. Kollox jgħin u kollox jagħmel differenza u fil-politika lokali, minsuġa kif inhi b'interessi parrokkjali u provinċjali l-għajnuna għat-tradizzjonijiet Maltin tagħmel differenza. 5 - Naturalment l-iswing f 'dawn is-snin fin-nofsinhar jirrifletti dak tal-pajjiż kollu u allura r-raġunijiet kollha għal dan l-iswing qawwi fil- pajjiż: Mill-ekonomija, sal-politika finanzjarja u ta' għajnuniet, drittijiet ċivili u bidliet leġiżlattivi. 6 - Il-PN - li diġà kellu preżenza dgħajfa f 'dawn id-distretti - kompla jdgħajjef din il-preżenza bil-bejgħ tal-każini f 'Bormla u Birżebbuġa, fost oħrajn. 7 - U finalment hemm l-element ta' Adrian Delia u d-diżgwid li nqala' fil-PN minħabba t-tneħħija tiegħu minn Kap f 'nofs leġiżlatura. Minkejja li l-appoġġ lejn Delia huwa mifrux, jidher li kien hemm iktar konċentrazzjoni f 'dawn l-ewwel sitt distretti, bil-PN jispiċċa jitlef Kunsillieri fil-Ħamrun, Birżebbuġa u issa l-uniku Kunsilliera tiegħu fix- Xgħajra wkoll. Fl-elezzjoni għall- Kap Nazzjonalista ġdid Delia kellu l-aktar appoġġ (għalkemm xorta mhux maġġoritarju f 'uħud minn dawn id-distretti). 07 analiżi illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 Il-PN, jitlef kważi 10,000 vot fin-Nofsinhar Uffiċjali tal-PL jiċċelebraw fis-Sala tal-Voti quddiem il-post fejn il-PL kien qed jikseb rebħa ikbar: Il-Kaxxi fin-nofsinhar ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2022