Illum previous editions

ILLUM 24 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum 'L-electronic tagging itaffi mir-riskju li jaħrab persuna li tkun fuq bail' ANTHEA CACHIA Ħafna jikkritikaw is- sistema tal-bail - jew inkella dik magħrufa bħala ħelsien mill- arrest - u jiddeskrivuha bħala prattika li mhix ġusta għall-familji u vittmi ta' xi reat. Madankollu, l-bail huwa dritt fundamentali tal- bniedem għaliex fl-aħħar minn l-aħħar, l-akkużat jibqa' preżunt innoċenti sa ma tinqata' s-sentenza mill-Qorti. Fl-aħħar jiem qamet kon- troversja kbira hekk kif Dan- iel Muka, l-akkużat tal-qtil ta' Christian Pandolfino u Ivor Ma- ciejowski, hemm ċans li jingħata ħelsien mill-arrest. Dan għal- iex il-liġi tisħaq li l-Prosekutur Statali irid iressaq l-att ta' ak- kuża fi żmien 20 xahar mid-da- ta ta' meta Muka ġie akkużat għall-ewwel darba. Dan il-limi- tu ta' 20 xahar se jasal fi tmiemu l-ġimgħa li ġejja. L-att ta' akkuża huwa doku- ment legali li jakkuża persuna f 'att kriminali u li jfisser li jrid jitressaq formalment quddiem il-Qorti għall-allegati reati. Din il-gazzetta tfakkar li Muka d i ġ à x e l l e f difrejh mal- liġi. Preċe- dentament Muka kien akkużat; b'attentat ta' qtil ta' tliet Uffiċjali tal-Pulizija, li irreżista li arrest, inqabad b'pussess illegali ta' arma tan-nar kif ukoll inqabad b'pussess ta' kokaina. Dan ġara wara li l-pulizija marru biex jarrestaw lil Muka fuq suspett li kellu x'jaqsam mas-serqa ta' madwar €333,000 f 'ġojjellerija mid-Diamonds In- ternational f 'Tigné Point, Ta' Sliema. Miegħu kien hemm ukoll Begtash Muka jiġifieri ħuħ li, mill-analiżi tad-DNA sabu li kien involut fis-serqa wkoll. Apparti minn hekk fi tmiem is-sena 2020, Muka kien inqa- bad b'pussess ta' materjal maħs- ub biex jintuża bħala arma biex ikun jista' jaħrab mill-ħabs. Muka għamel tliet xhur mingħajr avukat li jirrappreżentah, fil- każ tal-qtil ta' Pan- dolfino u Maciejowski. Madanakollu, sors jgħid lil din il-gazzetta li din kienet "mossa premeditata biex itawwal il-proċess tal- bail u jkun jista' jingħata ħel- sien wara 20 xahar." Fid-dawl ta' dan kien hemm mijiet ta' kummenti fuq Face- book ta' nies li kienu irrabjati. Fost dawn kien hemm: "Il-Qra- ti qed isiru aktar patetiċi aktar kemm jgħaddi ż-żmien!". "Il- Bail hija taċ-ċajt!" Iżda fil-verità l-pubbliku jaf x'inhu l-bail u kif jaħdem? Din il-gazzetta tkellmet ma' espert legali li spjega mill-bidu sal- aħħar kif taħdem din il-proċe- dura fundamentali. L-espert spjega li meta persu- na tittressaq quddiem il-Qorti, fl-ewwel seduta l-akkużat irid jitlob għalih b'mod verbali iżda imbagħad f 'seduti sussegwen- ti irid jitlob għalih permezz ta' rikors bil-miktub. Il-kodiċi kriminali tgħid li l-Maġistrat jew l-Imħallef tid- deċiedi jekk jingħatax il-ħel- sien, skont il-każ jew jekk ikunx hemm riskju. Dan l-espert elen- ka erba' riskji prinċipali li l-Qor- ti Kriminali tikkunsidra qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali. L-ewwel riskju huwa li jkun hemm xi tfixkil fl-evidenza. Bħal pereżemju jekk l-akkużat ikellem lil persuni li se jkunu qed jixdu kontrih jew jista' jagħ- ti l-każ li l-akkużat jagħmel xi ħsara lill-provi, b'riskju li jiġu eradikati. It-tieni riskju huwa li l-ak- kużat ma jidhirx għas-seduti sussegwenti. L-aktar riskji kbar huma li l-akkużat jaħrab mill-pajjiż u/ jew jikkommetti xi reat ieħor. Flimkien mal-bail ikun hemm ukoll kundizzjonijiet oħra fost- hom li l-akkużat irid iħallas pe- nali. Dan ikun impost mal-bail bil-għan li jinnewtralizza dawn il-perikli u l-maġistrat ikollu s-serenità li jista' jagħti l-bail. Tliet persuni akkużati bi qtil. Tnejn jingħataw il-bail u wieħed le. Għaliex? Din il-gazzetta tistaqsi għal liema raġuni f 'każijiet bħal dak ta' Lassana Cisse l-akkużati tal- qtil Francesco Fenech u Lorin Scicluna ngħataw il-bail filwaqt li persuni bħal Yorgen Fenech, l-allegat mandat ta' qtil tal-ġur- nalista Daphne Caruana Galizia, ma ngħatax. Għal dan, l-espert irrimar- ka li kull każ ikollu ċirkostanzi differenti. Żied jgħid li jidher li l-Maġistrat, fil-każ ta' Fenech għadu mhux konvint li dawk ir-riskji ġew newtralizzati. 'Electronic tagging inaqqas ir-riskju li jaħrab l-akkużat fuq bail' Malta ġiet ikkritikata diver- si drabi mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet Umani fuq ksur ta' drittijiet umani, b'mod speċ- jali għad-dewmien fid-detenzjo- ni qabel ma' jiġi konkluż il-każ rispettiv tal-persuna. Mistoqsi proprju fuq hekk l-espert legali stqarr li għandu jkun l-Istat li jara x'riskju jkun hemm fosthom dik li jaħrab. Kien hawn li huwa aċċenna għall-electronic tagging li skont hu huwa ideali għaliex meta persuna tingħata d-dritt tal-bail, jinnewtralizza r-riskji kollha li jkun hemm fil-konfront tal-ak- kużat. Il-Ħelsien mill- Arrest (bail) x'inhu? Xi jwassal biex persuna tieħu l-bail u għaliex? L-ILLUM titkellem ma' espert legali dwar kif taħdem is- sistema tal-bail u x'għandu jkun il-pass li jmiss għas-sistema ġudizjarja ta' pajjiżna? Daniel Muka

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2022