Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 Ma hemm l-ebda kontroll fuq it-testijiet li jsiru fid-djar; Hija responsabbilità tal-persuna li tinforma lit-tabib Il-Ministeru għas-Saħħa jikkonferma li ma hemm l-ebda obbligu legali li jorbot lil xi ħadd li jagħmel test tal-Covid-19 fid-dar biex jinforma lill-awtoritajiet tas-saħħa jekk jirriżulta pożittiv YENDRICK CIOFFI Minkejja li issa t-testijiet għall- Covid-19 fid-dar huma legali, ma hemm ebda kontroll fuq x'jiġri wara li persuna tagħmel it-test, anke jekk tkun irriżultat pożittiva. Diversi persuni tkellmu mal- gazzetta ILLUM dwar każi fejn persuni wettqu testijiet għall- Covid-19 id-dar u minkejja li r-riżultaw pożittivi ma tkellmux u ħarġu minnufih ftit jiem wara hekk kif waqqfu s-sintomi. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Ministeru għas- Saħħa u staqsiet x'kontroll hemm fuq dawn it-testijiet li jsiru fid-djar u jekk persuna hijiex obbligata li tirrapporta r-riżultat tagħha lill-awtoritajiet tas-saħħa, kif kien qed jiġri f 'pajjiżi oħra fosthom fir-Renju Unit. Fir-Renju Unit, pereżempju, kull test kien ikollu QR Code jew inkella kodiċi li jintuża biex persuna tkun tista' tirrapporta r-riżultat onlajn, anke jekk tkun irriżultat negattiv. F i t - t w e ġ i b a tiegħu, il- M i n i s t e r u g ħ a s - S a ħ ħ a saħaq li kull persuna li t a g ħ m e l test id-dar u tirriżulta p o ż i t t i v , g ħ a n d h a tkellem lit-tabib tagħha għall-pariri dwar dak li għandha tagħmel wara u anke tiċċekja kemm għandha ddum f 'iżolament. Insista li r-riżultati minn dawk magħrufa bħala self-testing- kits, huma kkunsidrati "każi probabbli" u jkunu kkonfermati biss jekk wara jsir PCR jew inkella Rapid Antigen Test. Dan ifisser li ma hemm l-ebda kontroll u hija r-responsabbilità assoluta tal-persuna li tkun għamlet dan it-test li tkellem lit-tabib tagħha u tfittex li tieħu swab normali (anke jekk rapid), liema test ikun imbagħad eżaminat fil-laboratorji. Madanakollu t-tobba li jkunu infurmati b'test pożittiv huma legalment m a r b u t a li jirrapportaw dan lill- awtoritajiet tas-saħħa. Il-Ministeru insista wkoll li n-numri li jkunu ppubblikati mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika u li jkunu wkoll mgħoddija liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jinkludu wkoll il-każi li jkunu kkonfermati wara li jkun sar PCR jew Rapid Antigen Test. Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Awtorità Maltija għall-Mediċina a p p r o v a t l - e w w e l C o v i d - 1 9 s e l f - te st i ng - kits li jistgħu j i n b i e g ħ u f 'Malta fl- i s p i ż e r i j i . Fil-fatt, anke jekk il-bejgħ tagħhom sar legali ġimgħa qabel, l-ispiżjara kienu mitluba ma jbigħux qabel ma jkun hemm lista ta' kits approvata mill-awtoritajiet. Skont is-sit tal-Awtorità Maltija għall-Mediċina, il-kits approvati jistgħu jinbiegħu biss mill-ispiżeriji anke jekk hawn min qed jixtri dawn il-kits onlajn u saħansitra kien hemm min sab jixtrihom minn ħwienet oħra. Spiżjara li tkellmet magħhom l-ILLUM spjegaw kif dawn il- kits huma differenti minn kits oħra ta' rapid tests li kienu qed jintużaw mill-awtoritajiet tas- saħħa. Fil-fatt, peress li huwa diffiċli li wieħed iwettaq swab test normali fuqu n-nifsu, minħabba li l-iswab tiddaħħal fil-fond tal-imnieħer, l-awtoritajiet approvaw għad-djar testijiet li jistgħu jsiru b'mod aktar faċli, għax l-iswab ma jkunx hemm bżonn li tiddaħħal fil-fond tal- imnieħer. Dan jgħin ukoll biex ir-riżultat ikun aktar preċiż għax it-test ikun sar tajjeb. Jidher li l-prezz ta' dawn it- testijiet ivarja bejn €4 u €6. Diversi pajjiżi jbiddlu r-regoli dwar it-testijiet Hekk kif diversi pajjiżi mexjin dejjem aktar lejn in-normalità, bdew jinbidlu wkoll ħafna mir- regoli marbuta mat-testijiet għall-Covid-19. Fl-Ingilterra, pereżempju, ħafna persuni ma għadhomx jistgħu jmorru jagħmlu PCR test mingħajr ħlas. Fil-fatt, issa huma ftit dawk il-gruppi ta' nies, inkluż dawk l-aktar vulnerabbli u l-ħaddiema tal-NHS (National Health Service) li huma intitolati għal dan. Persuni li jkollhom xi sintomi, aktar milli jagħmlu test, qed ikunu mitluba jibqgħu d-dar sakemm iħossuhom aħjar. L-istess se jkun qed isir aktar tard dan ix-xahar fl-Iskozja u mill-aħħar ta' Ġunju f 'Wales u l-Irlanda ta' Fuq. Spanja wkoll kienet waħda mill- ewwel pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li neħħiet il-bżonn li persuna tagħmel test u tidħol f 'iżolament jekk tirriżulta pożittiv għall-Covid-19. Fil-fatt, dawk b'sintomi ħfief tal- virus issa jistgħu joħorġu mid-djar tagħhom anke jekk il-parir huwa biex jibqgħu kawti u jżommu pass lura meta jiġu biex jattendu attivitajiet kbar u anke huma mħeġġa biex meta jkunu barra jilbsu l-maskra. L-Iżvizzera wkoll neħħiet ir- restrizzjonijiet kollha marbuta mal- Covid-19. Diversi pajjiżi oħra neħħew jew se jneħħu l-obbligu li turisti jew inkella persuni li jkunu jridu jidħlu minn barra jagħmlu test. Fost dawn hemm Ċipru, iċ- Ċekja, il-Greċja u r-Renju Unit. Malta wkoll jidher li miex- ja lejn din id-direzzjoni b'ħaf- na mir-restrizzjonijiet issa jit- neħħew u se jispiċċaw kwai għal kollox fit-2 ta' Mejju, bl-enfasi titpoġġa aktar fuq ir-responsab- bilità personali.