Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 beda ġej... imma l-għoli fil-prezzijiet qed tar-ristoranti' 'Ilna minn Ottubru ma naqilgħu sold: Covid, elezzjoni u gwerra' Franklyn Hili huwa sid ta' ristorant f 'Marsalforn li mal-ILLUM jgħid li, sa issa, is-sena l-oħra kienet aħjar minn din, hekk kif fl-ewwel xhur ta' din is-sena n-negozji ffaċċjaw il-Covid-19 u restrizzjonijiet relatati, imbagħad elezzjoni u issa gwerra li qed tħalli impatt fuq il-prezzijiet. Huwa jgħid iżda li fl-Għid u fil-jiem ta' wara x-xogħol kien tajjeb għalih, anke għax sa tmiem il-ġimgħa ta' qabel ir-riħ u l-baħar imqalleb xejn ma kienu favorevoli għal Marsalforn. Hili jfakkar ukoll li t-tneħħija ta' restrizzjonijiet se twassal ukoll biex ħafna Maltin jippreferu li jsiefru minflok jibqgħu Malta jew imorru Għawdex. "Jiena ngħidha kif inħossha, Għawdex diffiċli tikkompeti mal-prezzijiet ta' barra. B'€40 barra malajr issib fejn torqod, l-Italja per eżempju, Għawdex le." "Aħna ilna minn Ottubru ma nagħmlu sold," jgħid dan is-sid ta' ristorant mill- familja tiegħu stess. Itemm isostni għalhekk illi s-soluzzjoni hija t-turiżmu u turiżmu ta' kwalità, "mhux turisti li jaqsmu platt bejn tnejn." Żejt: Żieda ta' madwar €120 kull ġimgħa Dwar il-prezzijiet Hili elenka s-sitwazzjoni pjuttost telegrafikament, bi prezzijiet ta' prodotti differenti u kif dawn għolew. L-akbar żieda kienet dik li titratta ż-żejt li fih issajjar u li jkun "long life". Huwa qal li qabel 20 litru żejt kien jiswa' €29 u llum qed jiswa' €89. "Jiena jkolli bżonn 40 litru fil-ġimgħa meta jkun għaddej tajjeb ix- xogħol li jfisser illi f 'żejt waħdu qed nara l-ispiża titla' b'€120 fil-ġimgħa." Hili kompla jispjega kif żidiet oħrajn kienu reġistrati fil-qamħirrun li jingħata lill-annimali u allura ż-żidiet kollha li dan iwassal fil-prezz tat-tiġieġ, per eżempju. Huwa qal li fejn qabel xkora kienet tiswa' €7.50 illum tiswa' €10.50. L-istess il-ġibna Għawdxija li minflok 30ċ/35ċ kull waħda, għoliet b'20ċ għal 50ċ/55ċ kull waħda, kif ogħla d-dqiq u anke l-inbejjed, b'xi każi flixkun jiżdied saħansitra b'€7. Għalhekk huwa temm jgħid lil din il- gazzetta illi s-soluzzjoni hija waħda u hija turist u turist li jonfoq. 'Jekk nibqgħu sejrin hekk sax-xahar id-dieħel inkunu għaddejjin b'rittmu qawwi' "Jidhru tajbin l-affarijiet, ix-xogħol qisu beda jaqbad art u jekk nibqgħu sejrin hekk sax-xahar id-dieħel inkunu qbadna rittmu tajjeb ħafna." Hekk sostna mal-ILLUM sid ta' ristorant fil-qalba ta' Buġibba, Alain James Grech, li fakkar illi l-istabbilimenti kollha taż-żona jiddependu l-aktar mit- turisti, speċjlament fil-ġranet ta' matul il- ġimgħa. Huwa qal li Marzu kien ħażin minħabba l-elezzjoni iżda April "huwa tajjeb ħafna, qrib il-livelli tal-2019 - biex ma ngħidx aħjar minn dawk il-livelli," qal Grech. Huwa qal ukoll illi hu investa fl-istabbiliment tiegħu li issa ilu jmexxi sentejn. Dwar il-prezzijiet Grech sostna li lilu ma tantx affetwawh minħabba li hu ma jservix ħafna ikel bħal pizez jew ikel moqli, filwaqt li għandu menu iżgħar. "Imma min iservi pizez, jaqli aktar - min ikollu xi ħames fryers - u min ikollu menu ħafna akbar, li ftit jista' joqgħod jbiddel, intlaqat ħafna aktar minn dawn iż-żidiet fil-prezzijiet," sostna Grech mal-ILLUM. Dwar il-ħaddiema barranin meqjusin importanti wkoll għas-settur tar- ristotranti, Grech jisħaq li l-Gvern messu jikkapitalizza ħafna iktar mill-fatt li f 'pajjiżna hawn "eluf " ta' ħaddiema li qed jgħixu hawn imma għax għandhom id- dokumenti l-Italja ma jistgħux jaħdmu hawn. 'Ix-xogħol qed jiżdied ma ngergirx... imma l-prezzijiet qed jinkwetawni' Daniel Borg Cardona, għandu negozju estensiv ta' ristoranti madwar il-pajjiż kollu: 14-il ristorant f 'Birkirkara, Mellieħa, Belt Valletta u Għawdex, fost oħrajn. Borg Cardona jgħid mal-ILLUM li fl-aħħar ġimagħtejn ix-xogħol żdied hekk kif in-nies qed jibżgħu inqas mill- Covid-19 u qed joħorġu aktar. Huwa jgħid ukoll li t-turiżmu qed jiżdied u li dan huwa pjuttost ċar fil-Belt Valletta. "Jiena fuq l-andament tax-xogħol ma ngergirx. Ix-xogħol żdied u anke t-turiżmu żdied, jien iżda li jinkwetani huma l-prezzijiet," jgħid Borg Cardona. Huwa jfakkar li l-laħam għola kollu - jekk hux majjal, tiġieġ jew anke ċanga - filwaqt li jsemmi wkoll iż-żejt li jgħid illi għal 25 litru filli kien jixtrih €25 u filli issa qed jixtrih €100. "Tal-biża' din, porzjon chips kemm se tgħolliha? Ħa tagħmilha €5?" staqsa Borg Cardona li temm jgħid illi jgħolli wisq ma tantx jista' għax inkella jonqos ix-xogħol. "Issa naraw x'se jiġri. Ix-xogħol qed jiżdied, imma issa naraw x'se jiġri fuq il-prezzijiet," temm jgħid mal-ILLUM Daniel Borg Cardona. Franklyn Hili Alain James Grech Daniel Borg Cardona