Illum previous editions

ILLUM 24 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 14 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum 'Id-dettalji jingħataw fiż-żmien opportun' se jimplimenta l-proposta tal-Morning ANTHEA CACHIA Il-Kabinett issa iffurmat u l-pass li jmiss huwa li l-Ministri jxammru l-kmiem u jibdew jaħdmu. L-ILLUM reġgħet qabdet il-manifest ta' 1000 proposta tal-Partit Laburista u propju f 'nofshom eżatt wieħed isib li l-Gvern il-ġdid, f 'din il-leġiżlatura, se jkun qiegħed iqassam il-pillola kontraċettiva u l-morning aer pill (MAP) b'xejn miċ-ċentri tas- saħħa u mill-ispiżeriji. Apparti minn hekk wiegħed ukoll li l-Intrauterine Contraceptive Devices (IUDs), inkluż dawk ormonali, jiġu offruti b'xejn lin-nisa kollha bħala parti mis-servizz tas- saħħa. Għaldaqstant il-gazzetta ILLUM ikkuntattjat lill-Ministeru tas-Saħħa dwar din il-proposta u staqsiet ħames mistoqsijiet. Dawn kienu: • Il-ħsieb huwa li dawn se jitqassmu f 'kull spiżerija? Dawk l-ispiżeriji li bħalissa jirriutaw li jbiegħu l-MAP se jingħataw l-għażla jekk iqassmuhomx jew le? (Bħal POYC) • Il-Ministeru x'jaħseb li se jkunu r-rekwiżiti biex wieħed jieħu l-MAP b'xejn ? (Eżempju: l-età) • Kif qed taħsbu li se tkun is-sistema biex tingħata l-MAP, trid tagħti d-dettalji personali? Hemm il- ħsieb li dawn id-dettalji se jinżammu f 'xi database biex ikun hemm kontroll fuq kemm persuna tieħu? • Se tkun tista' tingħata l-MAP jekk tieħu l-pillola kontraċettiva b'xejn diġà? • Jekk jitqassmu fiċ-ċentri tas- saħħa dawn se jkunu għad- dispożizzjoni tal-pubbliku fil-Ħdud u l-festi? Għal dan, il-Ministeru ma weġibx minkejja li din kienet wegħda li ġiet irrepetuta divesi drabi fil-kampanja elettorali. Minflok f 'risposta ta' sentenza waħda biss il-Ministeru qal: "id- dettalji dwar proposta numru 509 se jiġu ikkomunikati fiż-żmien opportun." Aċċess għall-Morning After Pill (MAP) ifisser aktar edukazzjoni, ħajja aħjar u inqas riskju ta' faqar għan- nisa. Il-Gvern se jwettaq dak li ppropona ftit ġimgħat ilu, jew se nibqgħu fuq l-ixkaffa? U jekk iwettaqha kif se jwettaqha?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2022