Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 opportun' - Il-Gvern ma jindikax meta u kif tal-Morning After pill X'inhi l-Morning After Pill u kif inhi differenti minn kontraċettivi oħra? Kemm il-pillola kontraċettiva, l-MAP u l-IUDs huma kontraċettivi li jipprevjenu t-tqala iżda jaħdmu b'mod differenti. Il-pillola kontraċettiva tittieħed kuljum u twaqqaf l-ovulazzjoni kompletament permezz tal-ormoni li jinsabu fil-pilloli. Minn naħa l-oħra l-IUD huwa apparat żgħir li jipprevjeni l-isperma milli tilħaq il-bajda u tinżamm fl-utru għal perjodu ta' żmien. Kuntrarju ta' dawn it-tnejn, li jridu jkunu fis-sistema tal-ġisem ta' kuljum, il- MAP hija pillola kontraċettiva li tittieħed f 'każ ta' emerġenza sigħat - jew f 'ċertu każi jiem - wara s-sess. Din tittieħed jekk ma jintużawx il-kontraċettivi biex jipprevjenu t-tqala jew inkella ma jaħdmux il- kontraċettivi, għal xi raġuni jew oħra. Madankollu, l-ebda minn dawn il- kontraċettivi ma titqies li hija abortiva tant li ilha legali f 'Malta mill-2016. Fl-aħħar snin, din il-pillola qajmet kontroversja għax kien hemm xi spiżjara li rriutaw li jbigħuha. Saħansitra l-eks Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kien saħaq li din hija abortiva. L-ILLUM iċċempel lil 70 spiżerija u tistaqsi għall-MAP… X'wieġbu? Madwar tliet snin ilu din il-gazzetta ħadet kampjun ta' 70 spiżerija madwar Malta u Għawdex, daqs li kieku konna klijenti bix-xewqa li nixtru l-MAP. Minn dawn 70% kienu jbigħuha (49) u kienu 21 biss (30%) li ma jistokkjawx l-MAP. Il-kontroversja qamet tliet snin ilu stess meta diversi nisa oġġezzjonaw għal numru ta' mistoqsijiet li qalu li huma wisq personali meta jmorru jixtru l-MAP. Għal dan il-Kamra tal-Ispiżjara kienet saħqet mal-ILLUM li l-ispiżerija mhijiex ħanut u l-mediċini mhumiex prodotti kummerċjali ordinarji. Il-Kamra nsistiet li huwa fi dmir l-ispiżjar li jistaqsi l-mistoqsijiet, anke meta tbigħ mediċina mingħajr il-bżonn ta' riċetta. Fil-fatt din il-gazzetta tat ħarsa lejn il- Kodiċi tal-Etika tal-Ispiżjara, ppublikata mill-Kunsill Malti għall-Ispiżjara. Dan jgħid li dawk li jiprattikaw din il- professjoni, kemm jekk ikollhom kuntatt dirett kif ukoll indirett mal-pazjenti, l-għan ewlieni tagħhom għandu jkun li jieħdu l-miżuri meħtieġa fl-aħjar interess u s-sigurtà tagħhom. Apparti minn hekk huma għandhom jirrispettaw d-differenzi personali u kulturali flimkien mal-valuri u t-twemmin tal-pazjenti/klijenti u m'għandhomx jiġġudikaw jew jimponu t-twemmin fuqhom. "Il-professjonisti għandhom jitrattaw lil dawk kollha li jitolbu l-għajnuna għas-servizzi professjonali tagħhom b'konsiderazzjoni u kortesija professjonali." Għaldaqstant, dawk l-ispiżeriji li jirriutaw li jbigħuha għandhom l-għażla li jagħmlu dan iżda imbagħad għandhom l-obbligu, għall-aħjar interess tal-klijenti, li jirreferuhom għal spiżeriji oħra li għandhom il-MAP. Fil-fatt, fl-eżerċizzju li wettqet din il- gazzetta tliet snin ilu, dawk li rriutaw li jbigħuha offrew lista ta' spiżeriji oħra li dak li jkun jista' jinqeda mingħandhom. Diversi ġurnali mediċi fosthom dak tal- International Consortium for Emergency Contraception qablu li t-teħid tal-MAP ma jikkawżax effetti sekondarji perikolużi għall-ġisem, b'mod partikolari l-infertilità. Minn naħa l-oħra t-tobba xorta ma jirrakkomandawx użu frekwenti tagħha. Dan għaliex mhix effettiva biex tipprevjeni t-tqala daqs kontraċettivi oħra fosthom il- kondoms, il-pillola kontraċettiva u l-IUDs. Apparti minn hekk filwaqt li tgħin biex tipprevjeni t-tqala din ma tipprevjenix mard trażmess sesswalment bħal-klamidja, l-herpes u l-gonorrea. L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa (WHO) tgħid ukoll li m'għandha ebda effetti sekondarji li jinħassu maż-żmien. Twissi iżda li użu regolari jista' jkun li jwasslu għal effetti sekondarji ordinarji (bħal kull mediċina oħra), li jkunu aktar frekwenti. Uħud minn dawn l-effetti jinkludu d-dardir, uġigħ ta' ras u tibdil fiċ-ċiklu menstruwali fost oħrajn. Minkejja dan kollu hija xorta tirrakomanda li persuna tista' tieħu aktar minn MAP waħda f 'ċiklu menstruwali wieħed. Xi tobba saħqu li hemm ċans li fuq nisa obeżi l-MAP ma tkunx effettiva. Madankollu, Doctors for Choice l-Għaqda mhux Governattiva (NGO) favur id- drittijiet riproduttivi tal-mara, kienet qalet li f 'ċertu każi ta' MAP, fosthom l-Levonelle, dawn jistgħu jieħdu doża doppja. Mil-lat ta' EllaOne jidher li ma hemmx għalfejn. Dawn iż-żewġ ditti huma ditti lokali li wieħed isib mill-ispiżeriji Maltin u l-prezzijiet ivarjaw bejn €15 sa €40. Ħafna jinkwetaw ukoll li għal dawk li diġà huma tqal u jkunu għadhom ma jafux jista' jwassal għal abort. Madankollu diversi tobba internazzjonali stqarru li dan mhux possibli. L-ispiża ta' kontraċettivi b'xejn huwa investiment għal ekonomija aktar b'saħħitha? Diversi riċerkaturi innotaw li permezz ta' aktar aċċessibilità għall-kontraċettivi, l-ekonomija tisaħħaħ aktar. Dan huwa evidenti aktar f 'pajjiżi bi dħul baxx fosthom iż-Żambja, fil-lvant tal-Afrika. Sas-sena 2020, l-istatistika kienet tindika li kważi terz tal-popolazzjoni feminili kienu jinqabdu tqal fl-età ta' 20 sena. Studji bbażati fuq deċenji juru li meta jkun hemm programmi ta' family planning, in-nisa għandhom bejn 5% u 35% inqas ċans li jkollhom it-tfal. Apparti minn hekk meta n-nisa jingħataw kontraċettivi affordabbli jew b'xejn ikollhom aktar ċans li jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol u aktar għażla għall- impjieg. Studji jindikaw ukoll li jekk dawn l-istess nisa aktar 'il quddiem ikollhom it-tfal, dawn ukoll ikollhom aktar opportunitajiet. Dan għaliex ma jkunux twieldu f 'ambjent bi dħul baxx u għaldaqstant jirċievu aktar opportunitajiet ta' edukazzjoni tajba u sussegwentement impjieg tajjeb. Dan kien evidenti wkoll fi studju li sar fl-Istati uniti fl-1960. Ulied nisa li kellhom aċċess għall-kontraċettivi kellhom 3% aktar fi dħul tal-familja u 7% inqas ċans li jispiċċaw f 'faqar. Studju bl-isem ta' Profamilia li sar fil-Kolombja saħansitra indika li nisa li ngħataw aċċess għall-kontraċettivi meta kienu għadhom relattivament żgħar kellhom ċans 7% aktar li jiġu mpjegati f 'negożji rreġistrati. Madankollu, studji minn madwar id- dinja jissuġġerixxu li kull pajjiż jeħtieġ qafas differenti fuq il-kontraċettivi u dan jiddependi mill-post u l-kultura. Fake news! L-MAP ma tikkawżax l-infertilità… X'ipproponew partiti oħra fuq il-kontraċettivi? Il-Partit Nazzjonalista: Il-PN ippropona li jipprovdi l-MAP u kondoms b'xejn lil żgħażagħ ta' 16-il sena u aktar fl-iskejjel sekondarji, l-Univeristà u skejjel oħra, postijiet ta' divertiment, ċentri tas-saħħa u sptarijiet pubbliċi. Volt Malta Il-Partit ġdid ippropona li jiġu integrati kontraċettivi ormonali fl-iskema tal- Pharmacy of Your Choice (POYC). Dan apparti li fil-manifest tagħhom l-partit ipporopona li l-kondoms għandhom ikunu aċċessibli u b'xejn fl-iskejjel terzjarji bħal Junior College u l-Univeristà, il-Higher Secondary u l-MCAST fost oħrajn. ADPD Dan il-Partit ippropona li l-kontraċettivi kollha, inkluż il-morning aer pill jitqassmu għall-pubbliklu b'xejn mis-servizz nazzjonali tas-saħħa.