Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
16 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum Homo homini lupus Hemm kurrent fl-editorija Maltija, marġinali iżda xorta insidjuż, fejn dawk li effettivament jissejħu ċarlatani jisfruttaw il-personalità u l-kitbiet ta' awtur sabiex ikattru l-lista tal- ħidmiet ippubblikati tagħhom, bis-saħħa ta' kritika letterarja fażulla li tittanta timpressjona bil-ġigġifogi tal-kliem u bi ħsibijiet astrużi imma fir-realtà bla sens, sabiex jimpressjonaw lill-qarrej b'kumplessità falza u fallaċi. Id-drawwa l-ewwel kienet limitata għall-kotba tan- noti għall-eżamijiet, speċjalment jekk ikollok il-privileġġ taf x'ħiereġ minn qabel, u allura tikteb ktejjeb dwar il-proża femminista/femminili ta' X, għax mara, jew inkella xi titlu ieħor donnu maħruġ minn ġeneratur elettroniku aleatorju (jiġifieri, bl-addoċċ jew kif ġie ġie) ta' titli impressjonanti sostnuti mill-arja sħuna. Indikattivi huma t-titli, li jafu jittantawk tqalleb f 'Alla jaf kemm inħlew riżmi ta' karta biex tinduna li ma imt xejn, għax m'hemmx x'tiem, u ma ġejt mgħallem xejn. Kważi kważi tinduna kemm m'intix ċuċ wara kollox, minkejja li bosta qarrejja sajma, speċjalment studenti ddisprati għal kwotazzjoni dotta u triq faċli minn fejn jiżgiċċaw, jibilgħuha sal-gerżuma. Titli formulajċi li jaqilbuha, fil- fatt, lill-online random literary criticism generator ideali, bħal Bil- Gawwi Jbejjet f 'Qalbu, Iż-Żraġen ta' Ruħu Jqanqlu, Mitluf fix-Xagħri tal-Kuxjenza, u għaddejjin... Lil hinn mill-parodija: Paul P. Borg żgur mhuwiex wieħed minn dawn. Anzi, dan il-kittieb forsi kemxejn sottovalutat u li missu jingħata attenzjoni kritika akbar, naqqax niċċa speċjali fl-editorija Maltija fejn, lil hinn mix-xogħlijiet oriġinali tiegħu, kien x'aktarx fost l-ewwel li ttanta joħloq xogħlijiet li jżewġu l-arti letterarja mar- riċerka antropoloġika u mal- istorja popolari. Il-volum dwar Ċikku Fenech huwa l-eżempju prim, b'narrazzjoni li tistħarreġ kriminal ċelebri li jsir sew leġġenda popolari sew figura tal-biża' f 'kuntesti u ċirkostanzi soċjali li sikwit jintesew mill-analiżi fil-ġirja tagħna biex inwaħħlu tikketti faċli. Imma l-istess ukoll bix-xogħlijiet dwar Kelinu Vella Haber, figura letterarja marġinali li xorta waħda jiddistingwi ruħu Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb