Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
17 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 Minkejja l-ktieb reċenti ta' Paul P. Borg dwaru u Oliver Friggieri, lil Mark Vella jiġbdu minn sidru u jkexkxu r-rakkont empatiku dwar il-ħbiberija tiegħu mal-poeta Carmel Attard. Rakkont ta' tbatija li mill-empatija jwassal dritt għall-għadab. għall-passjoni għall-Malti, kif ukoll żewġ xogħlijiet li ta' min jistħarriġhom aktar, fejn Borg jesplora l-artist, f 'dan il- każ Oliver Friggieri u Carmel Attard, bil-ħbiberija intima bħala l-punt tat-tluq għar- riflessjoni. Il-ktieb dwar Friggieri (Oliver u Jien, Horizons 2021) jaf inkiteb bil-għaġla biex jinħataf il-mument wara l-mewt tal-ġgant letterarju, minkejja s-sinċerità ġenwina ta' Borg u bosta kwadretti interessanti meħudin anki minn intervisti ma' ħbieb u qraba. Dan ix-xogħol siewi, anzi essenzjali, ta' Borg jaf seta' gawda minn ftit aktar riflessjoni editorjali, għaliex Borg huwa kittieb imma mhux neċessarjament għal kollox mgħarraf dwar kif pubblikazzjoni bħal din tista' titqassam aħjar. Sew il-volum dwar Friggieri sew il-magnum opus dwar Attard, minbarra bosta għeltjiet topografiċi li jdarrsu u jdejqu, setgħu jiqsaru u jitfasslu b'mod aktar eleganti u effettiv minn id editur li jkun kapaċi jevita r-ripetizzjonijiet, l-istruttura laxka tal-kitba u tat-tqassim, kif ukoll jorganizza u jippreżenta aħjar ċerti referenzi utli għall- istudjuż. L-importanza tal-editur semmejnieha l-ġimgħa li għaddiet fl-intervista ma' Glen Calleja, u dawn iż-żewġ pubblikazzjonijiet, minbarra l-ġieħ li jagħmlu lil min ħadimhom, huma eżempju ċar ta' lejn fejn għandna nimxu fil-każ ta' dan il-mestier partikolari. Qallibt il-volum d w a r F r i g g i e r i l - e w w e l , imma donni ma kellix xi ngħid wisq fuqu, fis- sens li jista' jkun li m'għandux ħwejjeġ ġodda daqskemm stennejt, anki fid-dawl tal- għarfien wiesa' dwar l-awtur ċelebri li wkoll iddokkumenta ħajtu u ħidmietu stess b'ċertu dettall. Imma l-ħerqa tant qalila ta' Borg fakkritna fiċ- ċanġun li huwa ...maqful fil- ħabs ta' ġbini (Horizons, 2014), ftit aktar minn 750 paġna ta' dettall straordinarju dwar Carmel Attard, poeta ieħor li ftit nisimgħu bih, imma li Borg jirnexxilu mhux biss iqaxxru f 'kull dimensjoni possibbli, imma wkoll jiċċelebrah u lill- ħbiberija tagħhom b'eloġju maħsus u emozzjonali. Imlaqqam minn Borg bħala l-poeta tat-tbatija, l-istorja ta' Attard hija waħda traġika u ta' qsim il-qalb, minn dawk li nippreferu ma nirrakkuntawx jew li naslu biss biex infesfsu f 'widnejn xulxin dwarha. Sieħba tal-ħajja daqstant traġika ta' Doreen Micallef, il-ġrajja rrakkontata minn Borg tfiehem il-karba poetika ta' sieħbu b'tali mod li l-ħila artistika ma tiġix dipendenti mit-tbatija, imma hija korollarju kruċjali għaliha u li tkompli troddilha kobor u dinjità. L-aċċess ta' Borg għall-ħajja ta' Attard fisser li din il-bijografija tar- ruħ hija mirfuda minn bosta kitbiet mhux ippubblikati, iżda anki elementi bħal djarji, ritratti, tpiniġijiet, kif ukoll espressjonijiet iwaħħxu tal- mod kif Attard xtaq jesprimi t-taqlib li kien għaddej minnu. Mingħalija niftakru lil Attard, li miet fl-1994, meta kont għadni student, u taffaxxina ruħek mill- kittieba eroj, jew taqbdek kurżità dwar jekk il-viżjonijiet tagħhom humiex ukoll imsarrfa f 'ħajjithom. Bħall-mit ta' Mario Azzopardi, jew il- qilla ta' xi Frans Sammut jgħid tiegħu waqt d i s k u s s j o n i , lil Attard naħseb li rajtu u smajtu xi mkien u meta staqsejt dwaru, irċevejt tfesfisa inkwetata jew mistħija. Borg ma jlaqlaqx u ma jfesfisx, u jagħtina deskrizzjoni minuzjuża u xi drabi imbarazzanti fit-tentufiet kollha tagħha, imma estremament dinjituża dwar is-saħħa mentali u l-omosesswalità tal-awtur fi żmien fejn Malta kienet infern għal min seta' kellu dal-par doni 'misħuta'. Dal-ktieb, fil-fatt, b'kontinwità man-narrazzjoni unika li speċjalizza fiha Borg, huwa fuq kollox storja soċjali ta' Malta arretrata u kattiva, fejn l-anti-eroj imwarrab mill-kotra jagħmel sens u ma jibqax figura retorika, u fejn jixirfu vjolenzi estremi lil hinn mill-kobor jew iċ-ċokon tagħhom, ikunux it-tqaqsis jew l-ikkuljunar jew inkella l-atroċitajiet tal-manikomju. Speċjalment f 'dan l-aħħar każ, hemm mumenti fejn jabqiżlek dmugħ ta' korla fejn tisma' lil Attard jiddeskrivi u jipprotesta kontra kundizzjonijiet oxxeni fl-Isptar Monte Carmeli: dan fi żmien meta l-psikjatrija f 'Malta kienet għadha fl- infanzja tagħha, u l-isem Abram Galea kien jheżżeż lill- għotjien maqfula fuq ruħna tbaqbaq, imma li jinstemgħu tista' tgħid identiċi għal dak li għadna nisimgħu li jseħħ bħalissa hemm ġew, 'hemm fuq'. Attard, minkejja l-poeżija sofferta tiegħu, ma kienx xi ġwejjed, u partijiet importanti ta' dan il-ktieb jirrakkontaw fid-dettall il-ġlidiet siekta u r-raġunamenti rivoluzzjonarji għal dak iż-żmien dwar il- kundizzjonijiet li kienu jipproblemattizawlu l-għixien, u ta' min ngħidu li Attard, lil hinn minn kitbietu, jaf jeħtieġ jiġi rrivalutat bħala wieħed mill-ewwel attivisti storiċi, u dan kollu f 'kuntest ta' tbatija estrema, għad-drittijiet sew tal-pazjenti mentali sew ta' dik li llum insejħulha l-komunità LGBT+. Nibqa' niftakar f 'meta mingħalija lmaħtu lil Attard, forsi anki xi ftit jiem qabel mewtu, sakemm mhux xi anamneżi mnebbħa minn kemm dħalt fil-ġrajja tiegħu, kważi kważi rrid ninfilza lilli nnifsi xi mkien fiha. Paul P. Borg jirnexxilu tassew jagħtina bijografija tar-ruħ, mhux biss ta' bniedem li nzerta wkoll poeta, iżda anki tal-irkejjen mudlama u minsija apposta ta' nazzjon u soċjetà. Jgħinna mhux biss napprezzaw il- poeżija ta' Attard: din ġa kienet eloġjata, iżda kienu eloġji mikduda mill-mistħija, donnhom iżebbġu minn taħt l-istar ta' għonnella ideoloġika f 'Malta mbeżżgħa u inkrepattiva. Imma jfornilna xempju ta' ċelebrazzjoni ta' ħbiberija sofferta iżda glorjuża fit-taqbidiet tagħha, flimkien ma' rakkont estremament empatiku b'dimensjonijiet soċjali u morali li jistgħu jterrqu lil hinn mill-partikolarità tal- istorja individwali.