Illum previous editions

ILLUM 24 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum Kwistjoni ta' Viżjoni F l-aħħar snin il-PN imbotta kemm felaħ l-idea li jrid ikun Gvern alternattiv. Lil hinn mir-retorika però, elezzjoni wara oħra, huma dejjem anqas dawk li qed jieħdu l-mes- saġġ tal-PN bis-serjetà. Huwa impressjonisti kif dan il-partit, wara żewġ leġislaturi fl-Oppożizzjoni mhux talli ma rnexxielux inaqqar mill-appoġġ tal- gvern, imma saħansitra irnexxilu jkompli jitlef mil-votanti tiegħu stess. Fl-aħħar elezzjoni biss, xejn anqas minn 12,000 Nazzjonalist preferew jibqgħu d-dar u oħrajn saħansitra ivvotaw Labour għal ewwel darba. Krizi ezistenzjali ma solvijiex biss b'kap ġdid. Illum aktar minn qatt qabel, il- PN irrid jiem fejn sejjer u jispjega fejn irrid jasal. Il-PN irrid l-ewwel jiem hu u wara jfiehem lin-nies x'inhi ir-raison d'être tiegħu. Id-domanda ma għandhiex tkun jekk Bernard Grech għandux jibqa' fil-kariga jew le, iżda minflok jekk Bernard Grech għandux il-kapaċità li jipprovdi lin-Nazzjonalisti l-ewwel, u lill-maġġoranza tal- Maltin wara, viżjoni politika ġdida li b'xi mod tkun tista' toffri alternattiva realistika għal-ambizzjoni ta' soċjetà liberali u progressiva li qegħda tagħti lil Moviment Laburista rebħa elettorali waħda akbar minn oħra. In-'Natural Habitat' tal-PN Hafna jgħidu li l-PN huwa maqbud fi ġlieda interna bejn il- fazzjoni konservattiva u dik liberali. Qatt ma kont konvint wisq minn dan l-argument. Fl-aħħar snin, id-diżgwid sar sinonimu mal-PN imma dan kważi qatt ma kien minħabba xi pożizzjoni ideoloġika u kważi dejjem kien dovut għal qasmiet bejn il-gruppi interni li ma jarawx għajn m'għajn ma' xulxin. Fil-verità jekk vera teżisti xi fazzjoni liberali fi ħdan il-PN, din hija evidentement ħafna anqas b'saħħitha mil-element konservattiv tal-partit. In-'natural habitat' ideoloġiku tal-PN dejjem kien wieħed konservattiv. Fil-fatt, kull darba li Simon Busuttil u anke Bernard Grech ittantaw xortihom u sfurzaw lil-PN iħares kemm kemm lejn ideat progressivi, it-tnejn li huma sfaw migrufin bil-kbir. Busuttil sofra disfatta kolossali fuq il-vot dwar l-unjoni ċivili waqt li Grech iffaċċja ribelljoni interna li ġegħlitu jivvota kontra ir-riforma fil-liġi tal-kannabis. Bejn konvenjenza u konvinzjoni... Mill-banda l-oħra l-Gvern Laburista konsistentement wera l-konvinzjoni u r-rieda politika li jilleġisla liġijiet li ġabu magħhom progress soċjali li qatt ma rajna bħalu f 'pajjiżna. Id- drittijiet ċivili, il-liġi tal-IVF, u l-liġijiet dwar l-użu tal-kannabis żdiedu mal-appoġġ li l-PL kien ta għal-liġi tad-divorzju. Ta min jgħid li l-PL dejjem kellu l-kuraġġ li jwettaq dawn il-bidliet progressivi anke meta jkun jaf li porzjon imdaqqas tal-bażi elettorali tiegħu mhux dejjem tkun konvinta minn dawn l-ideat. M'hemm xejn x'jindika li l-Partit laburista se jibdel din it-triq malajr, mhux biss għax din għamlitu d-dar naturali tal-progressivi u l-liberali imma għax huwa evidenti li l-Labour għad għandu l-għatx għal- progress soċjali u qed jibqa' jġedded il-proposti tiegħu mal- ambizzjonijiet tan-nies. ...hemm il-kredibilita II-PN jista' jiprova jilbes libsa aktar liberali biex jibda jidħol fit-territorju elettorali laburista. Madankollu, bejn l-oriġinali u l-kopja, l-elettorat dejjem jagħżel l-ewwel waħda. Din hija wkoll kwistjoni ta kredibilità u għal-PL f 'dan il- qasam jitkellem it-'track record' leġislattiv tiegħu. Apparti minn hekk, onestmant huwa diffiċli tispjega jew tifhem kif xi ħadd bħal Bernard Grech, li tant ikkampanja b'mod voċiferu kontra l-introduzzjoni tad-divorzju jista' qatt ikun ġenwinament komdu jmexxi partit b'aġenda liberali. Darba kien hemm partit demokristjan Waqt li l-PN qiegħed jipprova jimita il-politika tal-PL – s'issa mingħajr ebda suċċess u b'ħafna problemi interni – forsi bla ma jrid qiegħed ikompli joħloq spazju politiku vojt f 'dak li huwa iċ- ċentru lemin. Fil-fatt waħda mir-raġunijiet li f 'din l-elezzjoni wasslet biex il-PN tilef parti oħra mil-'core vote' tiegħu tista' tiġi attribwita għall- fatt li l-partit jidher li qed jipprova jitlaq l-għeruq tradizzjonalment demokristjani tiegħu biex jipprova jirbaħ il-voti tal-moderati li fl-aħħar snin kienu aktar komdi bil-politika tal-PL. Fil-fatt, apparti il-'Le' kategoriku fuq kwalunkwe diskussjoni fuq l-abort – deċiżjoni li żgur se jkollha tinbidel fis-snin li ġejjin – esponenti tal-PN saru jibżgħu jitkellmu ċar fuq policies aktar konservattivi li tradizzjonalment dejjem kienu art elettorali fertili għall-PN. Ironikament, jidher li anke il-PL qiegħed ikollu diffikultà li jibqa konness ma' votanti laburisti li huma aktar konservattivi fin- natura tagħhom. Vacuum riskjuż fuq il-lemin B'telfa akbar minn oħra, jidher ċar li l-PN qiegħed jieħu riskju elettorali għal xejn meta jipprova jilbes libsa li ma tiġihx. Agħar minn hekk però dan jista jkun sogru serju għal pajjiż. Bil-vacuum li qed jinħoloq, hija kwistjoni ta żmien sakemm ikollna partiti ġodda li jippożizzjonaw ruħhom aktar fuq il-lemin minn fejn tradizzjonalment kien il-PN innifsu. Mhux kumbinazzjoni li fl-aħħar snin f 'pajjiżna rajna partiti żgħar jinbtu kważi esklussivament fuq il-lemin. Mil-azzjoni nazzjonali, għal Imperium Europa u f 'din l-elezzjoni kellna lil-Abba u l-Partit Popolari. Sa issa dawn il-partiti kienu diżorganizzati u b'elementi eċċentriċi li jħallu togħma qarsa mal-elettorat 'mainstream'. Xejn ma jeskludi li bil-vojt li qed jitħalla u bin-nuqqas ta' rilevanza tal-PN jinħoloq partit ġdid li jkun organizzat biżżejjed u b'komunikattiva moderna u li jipprovdi alternattiva populista għal kwistjonijiet sensittivi bħal immigrazzjoni irregolari fost l-oħrajn. Dan huwa eżattament dak li gara fl-Italja it tas-snin ilu meta il-Lega Nord rikbet fuq id-dgħufija taċ- ċentru lemin u saħansitra irnexxilha tmexxi gvern ta koalizzjoni. L-istess għamlu in-Nazzjonalisti Franċiżi fejn għat tieni darba konsekuttiva Marine Le Pen qegħda pass 'il bogħod milli issir President tar- Repubblika Franċiża. Għal ġid tal-pajjiż, l-istrateġisti fl-istamperija irridu jieħdu id- deċiżjonijiet. Dawk importanti mhux dawk trivjali. Il-PN probabbli se jibqa' jezisti imma jekk jibqax relevanti jew le hija kwistjoni oħra. Steve Ellul huwa Analista Finanzjarju u Opinjonista Steve Ellul Xejn ma jeskludi li bil-vojt li qed jitħalla u bin- nuqqas ta' rilevanza tal-PN jinħoloq partit ġdid li jkun organizzat biżżejjed u b'komunikattiva moderna u li jipprovdi alternattiva populista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2022