Illum previous editions

ILLUM 24 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 L-arkitettura tal-kruha u l-legat permanenti tal- Awtorità tal-Ippjanar fis-Sannat F l-2019, waqt il-programm Xarabank, il-Moviment Graffitti staqsa mistoqsija ċara u importantissima lill-Ministru Ian Borg, li dak iż- żmien kien responsabbli mill-Aw- torità tal-Ippjanar: Meta ser tieħu azzjoni dwar il-ksur tal-liġi u l-manipulazzjoni tal-prassi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar? Dakinhar il-Ministru Borg saħaq li fl-Awtorità tal-Ippjanar tirrenja s-saltna tad- dritt u mhux il-kollass legali li jaraw ir-residenti, l-esperti u l-NGOs ambjentali. L-uniku eżempju tas-saltna tad-dritt fl-Awtorità tal-Ippjanar li tana dakinhar il-Min- istru Borg huma s-saffi burokratiċi tagħha. Jiġifieri l-fatt li din topera pereżempju f 'Kunsill Eżekuttiv, Bord tal-Ippjanar u kumitati oħra, għandna nieħduh bħala xhieda biżżejjed tal-wiċċ nadif tas-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. Mod ieħor jixhdu madanakollu l-kruha u l-qerda li nfirxu fil-gżejjer Maltin tul dawn l-aħħar ħmistax-il sena b'għaġġla mingħajr preċedent. Dawk li kienu l-isbaħ inħawi ta' Malta u Għawdex, pereżempju l-Imġarr, is-Siġġiewi, ix-Xlendi, il-Qrendi, is-Sannat u l-Qala, illum nafu li huma żoni vittmi tal-ksur tal-liġi fl-Awtorità tal- Ippjanar, vittmi wkoll tan-nuqqas ta' fibra etika, intelliġenza morali u rieda tajba tal-istess Awtorità u tal-Ministeri kollha li kienu responsabbli għaliha tul dawn l-aħħar snin u li għal raġunijiet, li nafu bihom sew, dejjem ħadu d-deċiżjoni li ma jsibulhiex tarf. L-attakk li qiegħed irieġi Joseph Portelli bil-għajnuna tal-kumpaniji, l-assoċjazzjonijiet u l-imsieħba fin-negozju miegħu fuq il-Qala, is-Sannat u issa anki l-Qrendi, fost ħafna bliet u rħula oħra, huwa mera ta' żewġ problemi strutturali u qerrieda fis-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar: il-frammentazzjoni tal- applikazzjonijiet u t-tattika tal-ixkiel burokratiku. Il-frammentazzjoni tal- applikazzjonijiet qegħdin narawha sseħħ bħalissa fl-applikazzjoni ta' Portelli għall-iżvilupp ta' kumpless vast ta' iktar minn 150 appartament, grupp ta' pixxini fuq art ODZ u ġonna artifiċjali 300 metru bogħod mill-irdumijiet Ta' Ċenċ fis-Sannat. Bl-iktar mod qarrieqi u mallizzjuż, dan l-iżvilupp estensiv ta' Portelli tħalla jinqasam f 'ħames applikazzjonijiet separati sabiex jevita kull skrutinju legali li jridu jgħaddu minnu l-proġetti l-kbar, bħal pereżempju l-Valutazzjoni tal- Impatt fuq l-Ambjent. Issa bdiet ħierġa wkoll evidenza li f 'din iż-żona, li hija waħda mill- iktar prezzjużi u ekoloġikament sensittivi tal-gżejjer Maltin, inxtraw ukoll l-għelieqi ta' madwar il- kumpless propost li jibqgħu sejrin sa xifer l-irdum. L-applikanti jinnegaw bis-sħiħ li x-xogħlijiet illegali li bdew f 'dawn l-għelieqi huma relatati mal-iżvilupp tal-appartamenti iżda riċerka sempliċissima turi li wieħed mill- propjetarji tal-art li fuqha għaddejja l-ħidma illegali huwa Portelli. Ma noħduha bi kbira xejn għalhekk li pjan li telaq minn applikazzjoni waħda u li tħalla jinfirex f 'minn tal-anqas ħames applikazzjonijiet oħra, huwa pjan għal 'villaġġ kummerċjali agrikolu' bħal ta' Ħal Sagħtrija, bil-konsegwenza wkoll li jagħlaq l-aċċess tal-pubbliku għall- mogħdija li twassal sal-irdumijiet. Il-proġett ta' Portelli u l-imsieħba tiegħu fis-Sannat huwa mera tal-mod kif jitħallew jaħdmu t-tattiki tal-ixkiel burokratiku fl- Awtorità tal-Ippjanar. Dan rajnieh pereżempju waqt is-smigħ riċenti ta' waħda minn dawn il-ħames applikazzjonijiet (PA/02087/21). Tul is-smigħ, l-esperti tal-Awtorità tal- Ippjanar preżentaw riċerka estensiva favur ir-riut tal-applikazzjoni, pereżempju għaliex tikser il-limiti tal-għoli ankrati fil-Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna. Fl- istess waqt, il-periti ta' Portelli u tal-imsieħba tiegħu Mark Agius u Daniel Refalo, saħqu li m'għandux ikun il-Bord tal-Ippjanar li jieħu d-deċiżjoni aħħarija dwar dan l-iżvilupp u li l-Bord għandu jfittex u saħanistra joqgħod fuq il-parir tal-Kunsill Eżekuttiv tal-istess Awtorità. Minkejja li l-Kunsill Eżekuttiv m'għandu l-ebda mandat legali li jinvolvi ruħu fl-ipproċessar ta' tali applikazzjonijiet, il-Bord tal- Ippjanar dakinhar aċċetta bl-ikbar indifferenza u letarġija li jimxi mal- proposti tal-periti ta' Portelli. Il- Kunsill Eżekuttiv imbagħad mhux talli mar kontra l-fatt li m'għandu l-ebda jedd fuq deċiżjoni bħal din, iżda ħareġ rakkomandazzjoni għall- approvazzjoni tal-proġett. Apparti l-ħerba tal-iżvilupp fis-Sannat fuq il-karatteristiċi rurali tiegħu, bħall-kwiet u d-djar baxxi, l-arkitettura tal-kruha ta' Portelli, bil-kummerċjalizzazzjonijiet tagħha ser timpatta wkoll il-ħajja f 'Ta' Ċenċ li hija rikonoxxuta mill-Birdlife International bħala Important Bird Area (IBA), u l-ħajja f 'sit kruċjali ta' Natura 2000, jiġifieri ż-Żona tax- Xlendi u l-Wied tal-Kantra, li hija Żona Speċjali ta' Konservazzjoni Internazzjonali u Żona Protetta Speċjali tal-Irdumijiet ta' Għawdex. Il-bidla radikali li hemm bżonn fl-Awtorità tal-Ippjanar timpatta l-oqsma kritiċi kollha fil-gżejjer Maltin fosthom is-saħħa mentali tar-residenti li iktar ma jaraw qerda u jitbiegħdu minn ambjenti u ekoloġiji sani iktar sejra lura, il- mard respiratorju li żdied b'mod partikolari fost it-tfal u l-anzjani, il-karattru Mediterranju uniku ta' dawk li qabel konna nsejħulhom irħula tipiċi tagħna u li issa ma jingħarfux, l-ippjanar u l-estetika intelliġenti fit-toroq, il-ġustizzja soċjali, ambjentali u fil-qasam tal-klima, il-ħarsien tal-wirt ekoloġiku li fadal u l-benesseri tat-tfal, jiġifieri r-rieda li ma nħallulhomx biss blokok kontra blokok ta' arkitettura tal-kruha, imma spazji pjanati, siguri, varjati, sbieħ u miuħa. L-arkitettura tal-kruha, u għax hija tal-kruha hija wkoll arkitettura tat-tbatija, huma l-legat permanenti tal-Awtorità tal-Ippjanar. L-Awtorità tal-Ippjanar illum taqa' taħt il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi. Jekk il-Ministru Zrinzo Azzopardi jiddeċiedi li f 'din il-leġislatura l-ġdida ma jagħmel xejn ħlief li jnaddaa tindifa sew, ikun qiegħed iwettaq fost l-ikbar u l-iktar proġetti radikali u importanti li hawn bżonn urġenti li jsiru f 'pajjiżna. Rachel Baldacchino hija Membru tal-Moviment Graffitti Rachel Baldacchino L-Awtorità tal-Ippjanar illum taqa' taħt il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi. Jekk il-Ministru Zrinzo Azzopardi jiddeċiedi li f'din il-leġislatura l-ġdida ma jagħmel xejn ħlief li jnaddafha tindifa sew, ikun qiegħed iwettaq fost l-ikbar u l-iktar proġetti radikali u importanti li hawn bżonn urġenti li jsiru f'pajjiżna Joseph Portelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2022