Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
22 L-Ewropa mhix biss il-kontinent I l-ġimgħa li għaddiet, kelli l-opportunita' li nżur il-gżira ta' Madeira fl-Oċean Atlan- tiku bħala parti mill-ħidma tiegħi fil-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu. Din il-gżira tagħmel parti minn arċipelagu ta' gżejjer li jiffurmaw parti mill-Portugal, gżejjer li filwaqt li huma meqju- sa bħala reġjuni ultraperiferiċi u għandhom il-karatteristiċi partikolari tagħhom, għandhom numru ta' similaritajiet ma' Malta u Għawdex. Ibda biex, dawn il-gżejjer wkoll jinsabu fil-periferija. Filwaqt li l-gżira prinċipali - Madeira - issofri minn insularità, għandek imbagħad il-gżira ta' Porto Santo fi ħdan dan l-arċipelago li, bħal Għawdex, taffaċja l-insularita' doppja. Għaldaqstant, din iż- żjara kienet importanti ħafna biex naraw x'soluzzjonijiet qed jesploraw dawn il-gżejjer biex jindirizzaw ċertu sfidi li aħna wkoll naffaċjaw. Iżda wkoll, x'għajnuniet hemm bżonn min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex iċ-ċittadini u n-negozji li ġejjin minn dawn il-gżejjer li għandhom realtà ta' sfidi permanenti, ma jitħallewx jaqgħu lura. Ngħiduha kif inhi, tkun fejn tkun, gżira dejjem ser issofri minn żvantaġġ ġeografiku permanenti. Madanakollu, meta gżira tkun fil-periferija, dan l-iżvantaġġ ikun kemmxejn aktar. Pero' importanti li bħala gżejjer ma nħarsux biss lejn l-isfidi, imma anke lejn l-opportunitajiet li jeżistu, anke jekk naħdmu biex l-isfidi ndawruhom f 'opportunitajiet. Fejn tidħol l-industrija per eżempju, flimkien mal- kumplament tad-delegazzjoni mill-Parlament Ewropew, kellna l-okkażżjoni niltaqgħu ma' rappreżentanti għolja ta' Sousa Group, grupp li jopera f 'Madeira fis-settur marittimu, turistiku, loġistiku u saħansitra fil-qasam tal-enerġija. Dan il-grupp ra li kien hemm vakum f 'ċerti setturi, u ra li dan il-vakum jimlieh bl-aħjar mod possibbli. Hekk ukoll irridu nagħmlu aħna bħala Membru Stat magħmul minn gżejjer fiċ-ċentru tal-Mediterran biex niżguraw li nibnu vantaġġ kompettitiv. Naturalment, hemm bżonn diversi għajnuniet lill-industrija tagħna biex dan ikun jista' jsir b'mod effettiv. Bħalma qed nisħaq fil-ħidma tiegħi fir-rigward tar-rapport tal- gżejjer fil-kumitat tal-Politika Reġjonali, hemm bżonn li lill-gżejjer tagħna ngħinuhom bil-flessibilita' neċessarja biex jindirizzaw l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom. Hawnhekk, ma nistax ma nsemmix l-importanza ta' flessibilita' estiża tar-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat ("State Aid"), flessibilita' li għandha tmur lil hinn mill-pandemija biex b'hekk l-istat ikun jista' jgħin aħjar lil ċerti kumpaniji biex dawn ikunu jistgħu jikkompetu man-negozji tal-kontinent. Bħalma dejjem nisħaq, ma jistax ikun li napplikaw dak li jaħdem fil-kontinent fil-gżejjer tagħna, speċjalment dawk li jinsabu fil-periferija tal-Ewropa, bl- attitudni tal-"one size fits all". Irridu nżommu f 'moħħna li l-gżejjer diġa' kienu qed ibatu waqt il-pandemija minħabba taqlib fil-ktajjen tal-provvista', li wasslu għal żieda fil-prezzijiet, sitwazzjoni li l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja qed tkompli tolqot b'mod negattiv. Dawn l-episodji laqtu l-Ewropa kollha pero' għandhom effett ikbar fuq gżejjer fil-periferija, għal fatt li dawn għandhom spejjeż addizzjonali relatati mal-importazzjoni tal-prodotti u materji essenzjali li jistgħu jseħħu biss permezz tal-baħar jew l-ajru. Naturalment, iż-żieda fil-prezz tat-trasport, laqtet lill-gżejjer b'mod sproporzjonat, u din hija xi ħaġa li trid tiġi indirizzata. Fil-kuntest ta' dan kollu, importanti li nħarsu lejn kif nistgħu nindirizzaw dawn ir-realtajiet, anke billi nikkunsidraw prattiċi tajbin li gżejjer diversi qed jimplimentaw. Dan anke fil-kuntest tal-miri ambjentali u diġitali li bħala Unjoni Ewropea qed inpoġġu 'l quddiem; u hawn nixtieq nieqaf ftit fuq il-qasam diġitali li naħdem fuqu b'mod attiv fil- Parlament Ewropew. Nemmen li t-teknoloġija tista' tkun mod importanti kif nistgħu ngħinu anke lill-pajjiżna jimxi 'l uddiem. Bħalma nisħaq fl- Intergrupp għall-gżejjer u żoni kostali SEArica, fejn nokkupa l-kariga ta' Viċi Ċerpersin għan- Negozji u d-Diġitalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni tista' tgħin lin-negozji li ġejjin mill- gżejjer biex jegħlbu l-ostakli ġeografiċi u għaldaqstant tiftħilhom bibien ġodda. Madnakollu, irridu nkunu onesti li d-diġitalizzazzjoni m'hix is-soluzzjoni għall-problemi kollha. Infatti, hemm bżonn strateġija aktar wiesa' biex naraw li l-problemi tal-gżejjer, imma wkoll tal-Unjoni, jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċċjenti, b'tali mod li ma jħallu lil ħadd warajhom, speċjalment dawk vulnerabbli. Inħares 'il quddiem biex dawn il- punti nibqa' nwassalhom fuq livell Ewropew, anke permezz tal-ħidma ġdida li ġejt afdata biha, hekk kif it tal-ġimgħat ilu ġejt appuntata bħala membru fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew li se jaħdem fuq l-istrateġija ta' wara l-pandemija, fejn fost l-oħrajn irridu naraw li jkollna strateġija li tibni Ewropa aktar reżiljenti anke fl-oqsma li ġew l-aktar milquta bħat-turiżmu. Bħalma dejjem ngħid, l-Ewropa hija b'saħħitha daqs kemm huma b'saħħithom l-aktar żoni u reġjuni żvantaġġjati. Għaldaqstant, nagħmlu tajjeb ferm li nibqgħu naħdmu bis-sħiħ biex dawn ir-reġjuni, fosthom il-gżejjer, ngħinuhom jimxu 'l quddiem. L-Ewropa m'hix magħmula biss mill- kontinent u miċ-ċentru, u dan kulħadd jirrikonoxxieh. Madanakollu, m'huwiex biżżejjed li nirrikonoxxu dan bil- kliem, imma b'azzjoni konkreta wkoll. Għaldaqstant, bħalma għamilt dejjem, ser nibqa' nimbotta biex apparti diskorsi jkollna wkoll miżuri li verament jgħinu l-gżejjer tagħna jimxu 'l quddiem u jaspiraw li jkunu fost l-aħjar reġjuni fl-Ewropa. Josianne Cutajar hija MEP tal-Partit Laburista Josianne Cutajar opinjoni IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum Irridu nżommu f'moħħna li l-gżejjer diġa' kienu qed ibatu waqt il-pandemija minħabba taqlib fil-ktajjen tal- provvista', li wasslu għal żieda fil-prezzijiet, sitwazzjoni li l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja qed tkompli tolqot b'mod negattiv