Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
Innoċenti – It-tielet parti minn erbgħa K emmxett xuejha bilmod u berrqet għajnejha t-tnejn ħalli tipprova tarah aħjar. "Int bis-serjeta qiegħed tgħidli?" staqsietu taqbad il-puġġaman tat-taraġ ħalli tkun tista' żżomm bid-dritt. Lanqas biss riedet temmen! Kif jista' jkun? "Jiġifieri inti ser titlaqni minħabba waħda li bilkemm taa?" reġgħet staqsietu, tħares lejn il-bagalja li kien hemm maġenb il-bieb. U kien ħa ħsieb jippakkjalha kollox! Lanqas ried jeħles minnha wkoll! "Naa biżżejjed," kienet it- tweġiba xotta tiegħu. Xejn. Kemm kien ilu li ltaqa' ma' Jadie kien qed iħossu donnu qiegħed f 'dinja tas-sħarijiet u maġija. Kemm kienet mara sabiħa! Kellha kollox! Wisq isbaħ minn Michaela! Tgħid ma kienx ser joqgħod jaħsibha biex jitlaqha? U akar. Ftakar f 'subgħajha nieżel ma' sidru li kellu taħt qmis miuħa mperrċa l-lejl ta' qabel. Ftakar f 'xuejha mimlijin sbieħ. Xagħarha iswed lixx qisu tal-pupi. Figura perfetta. U dawk l-għajnejn kbar. "Jien lilek irrid," kien qalilha l-lejl ta' qabel wara li kien iltaqa' magħha kull filgħaxija għal dawn l-aħħar ħmistax-il jum. "Jekk tridni, trid titlaqha. Ma nistax noqgħod hekk." Kienet ħasditu. Dak il-ħin kienet ġiet buffura riħ ġo wiċċhom it-tnejn u kixfilha wiċċha kollu minn xagħarha. B'idejh kien qabad żewġ ponnijiet ramel u tfixkel. Issa x'kien ser jagħmel? "Jew tgħidilha, jew ma niltaqgħux iżjed." Kienet qamet bilwieqfa, il-libsa twila tperper mar-riħ. Fid-dlam ma kienx qed jara wiċċha sew, iżda għajnejha kienu donnhom qed ileqqu iżjed mis- soltu minn xi dawl li kien qiegħed jirrifletti fihom hekk kif kienet qiegħda tħares lejh. "Ara veru purċinell kollok inti!" għajtet miegħu Michaela hekk kif qabdet il-bagalja u ġriet biha lejn il-bieb ta' barra. Ma weġibhiex. Kellha raġun. "Int ma toqgħodx ma' mara waħda…..wara dak kollu li għamilt lil martek, ja assassin!" qaltlu minn bejn snien mheżża ma' xulxin wara par xuejn ikanġu fil-vjola bin- nervi li kien qabbadha. "Iskot Michaela u tgħidx ħmerijiet!" għajjat magħha. "Armejtni lili, dak li għamilt!" U sema' l-bieb jinstabat warajha. Jumejn wara ġiet tgħix miegħu Jadie. Kienet l-isbaħ mara li qatt kien ra. Edukata. Ġentili. U kienet issebbaħ kamra eżatt malli tidħol fiha. Mill-ewwel kien qabad jidraha. Oħroġ il-għaġeb kienet qaltlu li għalissa kellhom joqgħodu fi kmamar separati għaliex kienet għadha xi it mistħija minnu. U dik il-lejla partikolari, waqt l-ikla ta' filgħaxija, hekk kif kienet qiegħda bilqiegħda quddiemu, kien qed josserva ġmielha. U għajnejh niżlu 'l isfel lejn sidirha. Qalbu għamlet tikk. Għal it ma xeraqx fil-biċċa laħam li kien għadu kemm daħħal ġo ħalqu u qabad jogħmod! "Dik x'inhi?" staqsieha, hekk malli qam bilwieqfa, b'saqajh jirtogħdu. Tbissmitlu tbissima ħelwa. "X'inhi dik li għandek madwar għonqok?" Dik il-ġiżirana li kellha madwar għonqha b'dak il-pendent kulur il-fidda forma ta' qalb………. dak………… Ressaq subgħajh lejn il-ġiżirana, b'idejh tirtogħod u xuejh imbexxqin. "Din? Għal din qed tgħid?" kompliet titbissem. "Din sibtha fil- kamra tiegħi. Kemm hi sabiħa hux Demis!" Beda jxoqq l-għaraq għalih. "Neħħiha! Għandha wisq memorji koroh………." "Imma lili tgħidx kemm togħġobni." "Imma………." "U ajma, lili togħġobni!" kompliet tinsisti. Imbagħad ra wiċċha donnu jinkiser u għajnejha bdew jgħumu fid-dmugħ. "Skużani, Jadie………..jekk għoġbitek……….tista' żżommha filkas." Kontra qalbu. Mhux ovvja jekk kienet il- ġiżirana li kienet tkun dejjem madwar għonq martu l-mejta. Angela. Ajma kif kien ħeles minnha! U mn'alla! Qagħdu jieħdu flixkun inbid fuq it-terrazzin u daħlu jorqdu. Insomma, biex inkunu għedna kollox, Demis daħal jorqod. U avolja kien ħalla l-bieb tal- gallarija miuħ ħalli tgħaddi żiffa, beda jħoss ħafna sħana. Ma kien komdu xejn. U xħin marret għajnu bih beda joħlom b'dik il-ġiżirana. U b'Angela. U l-ġiżirana. Angela. Għaraq ixoqq għalih. L-inċident. Il-mewġ jibla' lil Angela. U aktar mewġ. U ħassu jistenbaħ mill-ħmar il- lejl li kien qiegħed fih. Sema' l-ilħna hemm barra fuq ir-ramel. Xi ħadd kien qiegħed jitkellem. Ittawwal bilmod u rahom. Jadie bilqegħda fuq ir-ramel ma' raġel ieħor! Dik x'kienet qiegħda tagħmel hemm? Suppost rieqda! Libes il-papoċċ u telaq jiġri lejn il-bieb ta' barra. "Jadie?" beda jsejħilha hekk malli xiref mill-bieb. Iżda Jadie ma kinitx għadha tidher. U lanqas dak ir-raġel. Demis rah jiġri lejn karozza. Beda jgerger minn taħt l-ilsien u mar iħaffef għaċ-ċwievet tal-karozza tiegħu. "Jadie?" Iżda Jadie ma kienet tidher imkien! Dik fejn kienet sparixxiet? Imma ried ikun jaf min kien dan ir-raġel għax kieku ma kellux faħam miblul ma kienx jaqbad u jitlaq hekk! F'temp ta' it ħin, rah isuq 'l hemm u hu qabad isuq għal warajh! Beda jsegwih kif jista' jħoss id- demm tiela' għal rasu u l-istonku jitlalu! Tgħid x'kienet qiegħda tagħmel minn wara dahru Jadie? Għalfejn kienet qaltlu li kienet sejra torqod u ma daħlitx? Għalfejn kienet ma' dan? U għaddew minn triq mudlama. U oħra. U kienu qegħdin iqarrbu lejn post. Dak il-post il-misħut. Fejn dakinhar…………….. Fejn dakinhar kienet waqgħet il- baħar martu bil-karozza b'kollox! U f 'temp ta' sekonda, beda jħoss fawra tiela' f 'rasu. Donnu dak ta' quddiemu kien qatgħu biċċa sewwa. Donnha kienet ġejja karozza fid- direzzjoni tiegħu. Id-dawl tal-karozza beda jagħmih! Għamel idu quddiem għajnejh. U akar. Id-dawl fakkru. Dik il-ġiżirana! Dik il-ġiżirana kienet indifnet ma' għonq martu! Dik kif setgħet issibha Jadie? Il-karozza li kienet ġejja għal ġo wiċċu baqgħet sejra lejn id- direzzjoni tiegħu. Demis ma kellux alternattiva. Telaq l-istering minn idejh. Il-karozza daret lejn id-direzzjoni tal-baħar. Fl-istess post. Eżatt. L-impatt tal-karozza ta' Demis mal-baħar kien qawwi wisq. Il-baħar belagħhom. Lilu u lill-karozza. Żewġ persuni dehru jħarsu għal isfel ħalli jaraw dak li kien ġara. Jadie u Dottor Seguna kienu qegħdin jaraw li l-komplott tagħhom kien irnexxa. "Hekk ħadd mhu innoċenti," qalet Jadie lit-tabib li kien għamlilha l-kirurġija plastika ħalli terġa' tieħu sura ta' bniedem wara dak l-inċident ikrah li kienet subiet. Qabdet tilgħab mal-ġiżirana u telqu minn fuq il-post. Flimkien. 23 rakkont illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 Sharon Calleja