Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487
11 analiżi illum • IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 l-akbar vantaġġi u żvantaġġi li l-PN Ħażin, għax il- Kap ta' Partit jiddeteremina ħafna fejn imur ir-riżultat! Il-Kap jew mexxej mhuwiex kollox, imma huwa ħsieb jew idea fallaċi li wieħed jemmen illi l-Kap/ Mexxej ma jagħmilx id-differenza kollha jew ħafna mid-differenza ta' kif u fejn imur riżultat elettorali. U dan jista' jkun ippruvat mill- istorja politika tal-aħħar 30 sena. L-akbar mexxejja politiċi tal- aħħar sekli dejjem kienu "akbar mill-partit" li kienu qed imexxu. Jekk inħarsu lejn l-aktar żewġ mexxejja ikoniċi tal-aħħar żminijiet - Dom Mintoff u Eddie Fenech Adami - it-tnejn kellhom persona politika li kienet akbar mill-partit u li wasslet biex eluf ta' nies ivvutaw lil dak il-partit. Tant hu hekk li fil- każ tal-Labour - fejn ikun hemm storiċi u osservaturi li jgħidu illi l-lealtà lejn il-mexxej dejjem kienet akbar milli fil-PN - inħolqot l-espressjoni "Jiena mhux laburist imma Mintoan." Wara dawn kien hemm Joseph Muscat, li mhux talli kien akbar mill-Partit Laburista talli l-miġja tiegħu bħala Mexxej Laburista fl- 2008 (kważi waħedha) waslet biex sena biss wara madwar 30,000 votant daru mal-Labour u għall- ewwel darba taw distakk ta' 30,000+ lil dan il-partit. U minn dakinhar il-PL baqa' dejjem jirbaħ b'dawn il- marġini. Koinċidenza? Kellek ukoll lil Lawrence Gonzi u minn naħa l-oħra lil Alfred Sant. Meta kollox kien qed jindika li l-PN kien se jitlef l-elezzjoni tal- 2008, anke jekk b'distakk li mhux akbar minn 3,000 sa 4,000 vot - il-kampanja tal-PN illi ċċentrat madwar il-Kap (GonziPN) u l-abilitajiet komunikattivi tajbin ta' Gonzi - kuntrarjament għal ta' Sant - kif ukoll il-fatt li Gonzi kien aktar fdat minn Sant, tat rebħa lill-PN. U fil-każ ta' Robert Abela, l-istess. Abela dejjem kien aktar popolari mill-Partit Laburista u ħafna aktar fdat minn Bernard Grech. Fil-fatt jekk wieħed iħares u jistudja bir- reqqa kull sondaġġ (MT, Times u Vince Marmara) jsib li r-riżultat elettorali ta' Marzu kien iqarreb dejjem mal-fiduċja lejn il-mexxejja. Mela allura huwa ċar, li l-partit rebbieħ huwa dak li għandu mexxej illi l-aktar li jispira fiduċja. U akbar kemm tkun il-fiduċja, akbar tkun ir-rebħa. Xi jġiegħel lil Grech, il-Kunsilliera tal-PN u ħafna attivisti jemmnu li dak li ma ġarax f 'sentejn - minkejja l-intoppi kollha li kellu Abela u minkejja l-problemi kollha li kellu wkoll fosthom ta' nepotiżmu, ksur ta' etika u anke d-deċiżjoni tal- FATF fuq Malta - se jiġri issa? Tajjeb għax issa Grech jista' jkollu t-tim tiegħu! U finalment il-fatt li Grech jibqa' hija tajba, għal Grech innifsu għax issa se jkollu t-tim tiegħu, kemm fit-tmexxija u anke fil- Grupp Parlamentari, anke jekk ironikament l-ewwel li telqu kienu t-tnejn mit-tim tiegħu, magħżulin minnu: Ray Bezzina, li kien l-id tal- lemin ta' Grech u Chris Peregin, li kien l-id tax-xellug. Imma ladarba jiaħ il-Parlament dan it-tim fil-Grupp Parlamentari issa jibda l-ħidma tiegħu u naraw biż-żmien kemm dan it-tim ta' nies bħal Darren Carabott, Jerome Caruana Cilia, Alex Borg, Julie Zahra u diversi oħrajn se jkunu qed iħallu l-effett u jkunu vuċi soda għall-kostitwenti u l-poplu. Grech ma jistax jinsa li sabiħ, kemm hu sabiħ il-ġdid - fil-politika il-musmar il-ġdid jikkumplimenta lill-qadim u mhux jaqilgħu. Il-Kelliema l-ġodda tal-PN se jkollhom bżonn l-għajnuna u l-gwida - kemm jista' jkun u l-aktar minn dawk li għandhom l-esperjenza ta' snin fil-partit u fil- politika. Esperjenza ta' kif jitkellmu, kif jiddibattu, kif jirreaġixxu għal dak li jgħid l-avversarju u fuq kollox ta' kif jiġu proposti. It-tim ta' Grech għadu jitwieled u l-prova tal-kapaċitajiet tiegħu għad trid tibda tingħata fil-ħidma Parlamentari li se tkun qed tibda nhar is-7 ta' Mejju. Grech ma jistax jinsa li sabiħ, kemm hu sabiħ il- ġdid - fil-politika il-musmar il-ġdid jikkumplimenta lill-qadim u mhux jaqilgħu. Il- Kelliema l-ġodda tal-PN se jkollhom bżonn l-għajnuna u l-gwida - kemm jista' jkun u l-aktar minn dawk li għandhom l-esperjenza