Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487
il-problemi ta' sigurtà f'Għawdex maż- 13 intervista illum • IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 dwar dan u anke x'jaħseb dwar is-servizz tal-Fast Ferry li beda l-Gvern u li jidher illi ntlaqa' tajjeb? Jibda bil-Fast Ferry u jgħid illi bla dubju dan kien pass u proġett tajjeb li huwa kien faħħru mill-bidu u li jgħid illi huwa effiċjenti, hekk kif f '45 minuta mill-Imġarr tkun wasalt il-Belt Valletta. Ifakkar iżda li l-wegħda tal-PN hija li jkun hemm żewġ vapuri ġodda: Wieħed ġdid għall-passiġġieri u ieħor għall- merkanzija li jitlaq mill-Belt Valletta u li fil-fatt kien hawn wieħed simili tiegħu diġà fil-passat u li kien jitlaq minn Sa Maison. Huwa qal illi bħalissa l-Gvern qed iħallas eluf kbar kuljum biex ikun jista' jikri dan il-vapur Grieg li jfakkar illi lanqas biss jista' jintuża fil-maltemp. "Allura fil-maltemp fuq tliet vapuri biss tista' tiddependi. Dan juri li n-Niklaus - anke jekk vera għen biex jitnaqqsu l-kjuwijiet - mhuwiex vijabbli." Borg sostna li għalhekk jemmen li l-proposta tal-PN għal żewġ vapuri ġodda li jkunu ta' pajjiżna, mhux ta' ħaddieħor, hija tajba. "Nemmen li dan li jagħti serħan il-moħħ, lill-passiġġiera u anke lil dawk li jkunu se jaqsmu l-fliegu bil-merkanzija." Borg b'appell lill-Ministru Chris Fearne... Induru malajr għat-trasport bl- ajru, qabel nagħtu ħarsa lejn il-mina. Hemm il-vapuri, il-fast ferry, qed tiġi diskussa l-mina, hemm bżonn heliport u helicopter ukoll? Mhux diġà kien hemm u falla? Mhux aktar art meqruda jfisser dan il-proġett? Borg jgħid illi l-PN jemmen li l-airstrip għandha issir iżda biss wara li jsiru l-istudji neċessarji inkluż dawk dwar l-impatt ambjentali. "Apparti minn hekk iżda dwar il- ħelikopter l-aktar ħaġa ta' bżonn - u hawn nixtieq nindirizza lill-Ministru Chris Fearne - huwa li qabel kien hemm helipad fl-Isptar ta' Għawdex li issa ma għadux hemm. Dan ifisser li jekk ikun hemm każ ta' pazjent bejn ħajja u mewt dan ma jsibx ħelikopter biex imur Mater Dei," saħaq Borg. Huwa appella sabiex dan is-servizz jerġa' jibda biex "wara kollox nevitaw milli jkollna imwiet." Mina: Favur jew kontra? Induru fuq il-mina. Il-PN kien wiegħed referendum dwar din il-materja, xi ħaġa li l-PL ma wiegħedx u allura probabbilment mhux se jkun qed isir. Però jekk isir jaħseb li l-Għawdxin jivvutaw favur jew kontra? Huwa ma jwegibx u jgħid biss li hu jisma' ħafna dak li jgħidu n-negozji u anke nies li huma mħassba dwar proġett ta' dan it-tip. Imma hu favur jew kontra l-mina? Mill-ġdid Borg ma jweġibx u jgħid li hu ma jixtieqx li jinfluwenza lill-Għawdxin, minkejja li fil-fatt huwa kien elett biex jirrapreżentahom! Huwa qal iżda li għandhom ikunu l-Għawdxin li jiddeċiedu jekk iridux il-mina jew le u jekk jaħsbu li hija ta' detriment din ma ssirx. Imma meta mar jiltaqa' man-nies fil- housevisits sema' aktar favur jew kontra? Huwa qal illi sema kemm diversi li huma kontra u diversi oħrajn favur u qal illi huwa proprju għalhekk li jemmen illi għandu jsir referendum, sabiex l-Għawdxin jiddeċiedu. "Naturalment dan wara li jsiru l-istudji neċessarji u jkunu ppubblikati ħalli n-nies ikunu jafu jekk mina hix ta' detriment jew le għal Għawdex," qal Borg mal-ILLUM. Bżonn ta' aktar sigurtà quddiem tessut soċjali li qed jinbiel U finalment nistaqsu dwar realtà partikolari. Ir-realtà ta' nies - u mhux it nies, imma mijiet u eluf - li qed imorru jgħixu Għawdex mhux bħala vaganza jew inkella fit-tieni proprjetà tal-familja, imma għaliex il-kirjiet huma baxxi. Naturalment dan ġab miegħu influss ta' nies, aktar traffiku, iktar problemi ta' parkeġġ, ifisser li l-infrastruttura mhijiex jew mhux se tkun qed tlaħħaq. Borg kif jaħseb li dawn l-isfidi għandhom ikunu ffaċċjati u jaħseb li qed ikunu? Borg jaqbel li din hija sfida ġdida u qal illi meta kien qed idur id-djar beda jinduna kemm żdiedu l-Maltin u barranin li issa qed jgħixu f 'Għawdex. "Dan qed iġib ċerti problemi ta' ffullar, ta' parkeġġ, ta' traffiku u anke ta' sigurtà. Ċerta Maltin u barranin li qed jiġu u forsi minħabba pagi żgħar jew nuqqas ta' xogħol jispiċċaw fil- kriminalità." Borg sostna li hemm bżonn li dawn il- kwistjonijiet jiġu indirizzati għaliex sostna li huma ħafna dawk li qed ikellmuh dwar aktar kriminalità f 'Għawdex. "Aħna nistgħu nagħtu l-appoġġ lill- pulizija - li diġà qed jagħmlu biċċa xogħol tajba - biex nindirizzaw dawn il-problemi għax jekk ma nagħmlux hekk, iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar dawn se jikbru," temm jgħid mal-ILLUM id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Alex Borg Ritratt: James Bianchi