Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 14 aħbarijiet IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum L-iscooters għadhom moda? Tnaqqis qawwi fir-reġistrazzjoni tagħhom f'sena ANTHEA CACHIA Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO), fl-ewwel tliet xhur tas- sena 2022 Malta kellha irreġistrat total ta' 414,669 vettura. Minn dan l-ammont ġiet irreġistrata 5,008 vettura użata u 3,060 vettura li kienet kompletament ġdida. Apparti minn hekk 7,084 vettura tneħħiet mit-toroq Maltin. B'kollox dawn jammontaw għal żieda ta' 18-il karozza fit-toroq, kuljum. Xi ħaġa li innotat din il-gazzetta kienet li l-iscooters elettriċi naqsu ħafna meta mqabbla mal-ewwel kwart tas-sena l-oħra hekk kif fl- 2021 ġew irreġistrati 332 u din is- sena 31. Kemm fl-2019 u l-2020 ma ġew irreġistrati ebda vetturi ta' dawn it-tip. Intant bejn l-2019 u l-2021, il- medja tar-reġistrar ta' muturi u roti elettriċi kienet ta' 632. Madankollu kien hemm distakk qawwi fl-2022 hekk kif iċ-ċifra rduppjat. Dan hekk kif fl-ewwel kwart ta' din is-sena, iċ-ċifra kienet ta' 1,312-il vettura rreġistrata. B'kuntrast ma' dan, L-istess ġara bil-karozzi ordinarji li għal għall- ewwel tliet xhur naqsu b'medja ta' 623 karozzi irreġistrati. L-istess ukoll fil-każ tat-tractors mhux agrikoli (li jistgħu jinstaqu fit-triq) hekk kif fl-2019 ġew irreġistrati 27, fl-2020 irreġistrati 16, fl-2021 ġew irreġistrati 14 u din is-sena disgħa biss. Minkejja li l-karozzi naqsu, xorta għadhom jiddominaw fit-toroq Maltin Minn 414,669 vettura li tinsab fit-triq bħalissa, l-maġġoranza tagħhom, jiġifieri 75.6%, huma karozzi ordinarji li jilqgħu fihom passiġġiera. 13.8% huma vetturi kummerċjali. Il-bqija, jiġifieri 9.4% jaqgħu fil-kategorija ta' muturi quad bikes, scooters elettrici u vetturi għal kull terren (eżempju tal-off-roading). Mit-total sa' l-aħħar ta' Marzu 2022, 59.2%, jiġifieri 245,391, kienu jużaw petrol bħala uwil filwaqt li 37.6% (155,761) kellhom magna li taħdem bid-diżil. Madankollu 1.7% biss mill-karozzi kollha rreġistrati, jiġifieri 7,112, kienu elettriċi. Dan ifisser li meta mqabbel mal- ewwel kwart tas-sena preċedenti, bejn Ottubru u Diċembru 2021, kien hemm żieda ta' 22.5% fil- karozzi hybrid tat-tip petrol u elettriku (plug-in hybrid), 15.6% żieda fil-karozzi hybrid tat-tip diżil u elettriku (mild hybrid) u 12.5% żieda fil-karozzi hybrid tat-tip petrol u elettriku (plug-in hybrid). Medja ta' 8,965 vettura irreġistrata fl-ewwel kwart tal- aħħar tliet snin Meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-aħħar tliet snin, Malta rat żieda medja ta' 8,965 fil-vetturi b'mod ġenerali, f 'dan il-kwart biss. Kull sena, l-ammont ta' vetturi żdiedu b'mod sostanzjali f 'dan il-perjodu. Fl-2019, l-ammont ta' vetturi reġistrati fl-ewwel kwart kien ta' 387,775 filwaqt li fl-2020 kien ta' 397,391. Dan jammonta għal differenza ta' 9,676. Min naħa l-oħra fl-ewwel kwart tal-2021 Malta rreġistrat 404,303 vetturi, jiġifieri 6,912 iżjed mis-sena preċedenti. In- numru ta' vetturi reġistrati f 'dan il-perjodu tela' ħafna aktar fl- ewwel kwart tal-2022, b'10,366 differenza. Fejn marru dawk is-7,084 vettura li tneħħew mit-toroq Maltin? L-NSO tgħid li 33.6% tal- karozzi li tneħħew mit-toroq ġew skrappjati filwaqt li 33.2% tħallew ġewwa garaxx. Dan filwaqt li 31.6% tal-vetturi reġgħu inbiegħu. L-aktar tip ta' vettura li tneħħiet mit-toroq kienet il-karozza ordinarja li għandha spazju għall- passiġġieri. Il-vetturi tal-agrikolura baqgħu jiżdiedu kull tliet xhur Din il-gazzetta tirrimarka li miċ-ċifri tal-NSO, jirriżulta li fil-każ ta' vetturi relatati mal- agrikolura dawn żdiedu kull tliet xhur, mill-2019 sa' Marzu tal-2022. B'kollox dawn il-vetturi żdiedu b'medja ta' 25 vettura għal kull tliet xhur. Fl-2019 il- medja kienet ta' 20, fl-2020 il- medja kienet ta' 34 u fl-2021 il-medja kienet ta' 20.6. Din is-sena, l-ammont ta' vetturi ddedikati għall-agrikoltura kien ta' 2,443 differenza ta' 312 mill- ewwel tliet xhur ta' tliet snin ilu. Fl-ewwel tliet xhur tal-2022 naqsu l-karozzi, it-tractors u l-iscooters elettriċi li ġew irreġistrati. Iżda mbagħad il-vetturi tal-agrikoltura dejjem baqgħu jiżdiedu. Ħarsa lejn iċ-ċifri tal-NSO...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022