Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 'Tifel li ma kienx jikkomunika llum kiteb żewġ kotba fosthom wieħed dwar l-awtiżmu' Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u titkellem magħha dwar proġett tal-Malta Trust Foundation immirat lejn dawn it-tfal li huma nieqsa mid-dawl u oħra fuq l-ispettru tal-awtiżmu li ma jitkellmux. Nhar is-Sibt li ġej, il-Fondazzjoni se tiġbor il-flus għat-tagħmir li jingħata lil dawn it-tfal waqt maratona ġbir ta' fondi YENDRICK CIOFFI "Kellna tfal bl-awtiżmu li qatt ma kkomunikaw u llum kapaċi jiktbu l-kotba." Hekk saħqet il- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca meta l-gazzetta ILLUM tkellmet magħha dwar il- proġett E-cubed li l-Malta Trust Foundation, li hi tmexxi, qed taħdem fuqu u se tkun qed tiġbor għalih waqt maratona li se ssir nhar is-Sibt 7 ta' Mejju. Dan il-proġett, li huwa tant għal qalb Coleiro Preca u l-Fondazzjoni, jaħdem biex joffri appoġġ lil tfal nieqsa mid-dawl u oħrajn li jinsabu fuq l-ispettru tal-awtiżmu u ma jitkellmux, biex permezz tat-teknoloġija jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom, jaċċessaw l-istudji tagħhom, jibqgħu jiżviluppaw u fuq kollox ikunu jistgħu jikkomunikaw. Fil-fatt, spjegat Coleiro Preca, għalhekk il-proġett jissejjaħ E-Cubed għax it-tir tiegħu huwa li jħeġġeġ, jinkoraġġixxi u jeduka (Empowerment, Encouragment and Educate). Tista' tgħid li dan huwa l-għan wara kull proġett li tidħol għalih il-Fondazzjoni anke biex tindirizza realtajiet li għalihom ma jeżistux servizzi speċjalizzati. Tagħmel dan, anke bis-saħħa tar- riċerka u l-kollaborazzjoni ma' diversi entitajiet. It-tagħmir ġieli jiswa anke €10,000 Tkellimna aktar fid-dettall dwar dan il-proġett, bil-President Emeritu tisħaq li llum it-teknoloġija tagħti tagħmir, li jaħdem skont il- bżonn tal-persuna partikolari. Dan it-tagħmir jiswa ħafna flus anke sa €10,000 u għalhekk li l-Fondazzjoni qed titlob l-għajnuna tal-pubblika. L-apparat li dwaru qed nitkellmu jvarja. Fost dawn hemm tfal nieqsa mid-dawl li ngħataw nuċċali li fih kamera żgħira u li jgħid lil dawn it-tfal f 'widnejhom dak li jkun qed jara n-nuċċali. Mistoqsija kemm jolqot nies proġett bħal dan, Coleiro Preca qalet li hemm mijiet ta' tfal li jistgħu jgawdu minn din it-teknoloġija. Fil-fatt, il-Fondazzjoni diġà ħadmet ma' 200 tifel u tifla u hemm mijiet oħra li tixtieq tgħin fix-xhur u s-snin li ġejjin. Bħal dejjem, il-Malta Trust Foundation ma taħdimx waħedha imma f 'dan il-proġett hemm ukoll il-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Sapport u t-Taqsima tagħha tal- ACTU (Access to Communication & Technology Unit), li twettaq assessjar tal-għajnuna u t-teknoloġija li kull tifel u tifla jkollha bżonn. "Aħna rajna mirakli jseħħu mat- tfal li diġà ħdimna magħhom," kompliet tgħid il-President Emeritu. "Tfal li qatt ma kkomunikaw kapaċi jiktbu ktieb. Għandna tifel ta' għaxar snin li kiteb żewġ kotba u f 'wieħed minnhom jispjega x'inhu l-awtiżmu. Dan it-tifel ma kienx jikkomunika. Bis-saħħa ta' dan it-tagħmir li permezz tiegħu qed jikkomunika, minn ittra ittra, kelma kelma, sentenza sentenza, kiteb żewġ kotba. Bħalu għandna tifel ieħor Għawdxi li llum jikteb il-poeżiji u l-proża. Tifel ieħor bl- awtiżmu qed jikkomponi l-mużika." Semmiet tfal oħra li ma jarawx u bis-saħħa ta' dan it-tagħmir illum qed jistudjaw is-sound engineering u saħansitra jdoqqu strumenti. 'Prova mill-aktar tanġibbli u ċara li kulħadd għandu potenzjal' "Jiena kuntenta mmens b'dan il-progress. Din hija prova mill-aktar tanġibbli u ċara li kulħadd għandu potenzjal. Id- differenza hi li kulħadd għandu bżonn appoġġ differenti. Kollha għandna bżonn l-appoġġ partikolari tagħna biex nimxu 'l quddiem," kompliet tispjega Coleiro Preca. Illum, uħud minn dawn it-tfal huma żgħażagħ għax l-ewwel grupp ta' tfal, li ma kinux jaraw, gawda minn dan il-proġett erba' snin ilu. Fil-fatt dawn kienu 80 tifel u tifla minn skejjel primarji u sekondarji mifruxa madwar Malta u Għawdex u li ngħataw it- tagħmir li kellhom bżonn skont iċ- ċirkostanza tagħhom. "Aħna mhux nagħtu tagħmir u nieqfu hemm. It-tfal jikbru u t-tagħmir irid jiżviluppa magħhom skont il-livell edukattiv u l-potenzjal tagħhom," kompliet tispjega. "Aħna ma nitilquhomx." Kien hawn li saħqet li propju għalhekk li l-Malta Trust Foundation, għal darb'oħra se tkun qed iddur fuq il-poplu Malti u Għawdxi għall-għajnuna. "Għandna bżonn l-appoġġ ta' kulħadd. Jekk hemm tifel jew tifla waħda li mhux se tasal biex tilħaq il-potenzjal tagħha, se nkunu qed nitilfu kollha kemm aħna bħala soċjetà. Lil dawk it- tfal mhux biss qed nagħtuhom dinjità imma qed ngħinuhom biex għada pit għada jagħtu lura dak it-talent u dak il-potenzjal lill-pajjiż," saħqet Coleiro Preca. Semmiet esperjenza li tibqa' mnaqqxa f 'qalbha ta' omm li binha kkomunika magħha għall-ewwel darba wara għaxar snin. "Din l-omm qaltli li binha, f 'għaxar snin qatt ma sejħilha Ma, qatt ma qalilha xi jrid jiekol, qatt ma qalilha jekk ikun muġugħ jew fejn, qatt ma qalilha hux ferħan jew le. Illum il-folja nqalbet. Bis-saħħa ta' dan it-tagħmir, il-ħajja ta' din il-familja nbidlet. Illum jitkellmu flimkien," insistiet il-President Emeritu. Il-maratona se tkun imxandra fuq l-istazzjonijiet kollha Maltin nhar is-Sibt 7 ta' Marzu. Se tibda f 'nofsinhar u tibqa' sejra sa nofsilejl. Marie Louise Coleiro Preca temmet tisħaq li x-xewqa tagħha hija li l-poplu jiem li kull persuna, hi min hi u għandha x'għandha, għandha l-potenzjal tagħha u kulħadd huwa fi dmir biex jaħdem u jassigura li dik il-persuna tilħaq il- potenzjal tagħha. Għalhekk, l-appell tagħha huwa biex bħal dejjem, nhar is- Sibt, il-poplu jingħaqad u jagħti l-appoġġ tiegħu lil dan il-proġett u fuq kollox lil dawn it-tfal. Is-Sibt 7 ta' Mejju Minn nofsinhar sa nofsillejl fuq l-istazzjonijiet kollha VO/1761 Il-President Emeritu flimkien ma' Beppe Caruana li bis- saħħa tat-tagħmir mogħti lilu kiteb żewġ kotba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022